|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2202 |
15.3.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11426 – PLATINUM EQUITY / KOHLER ENERGY)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/2202)
1.
Fis-7 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Platinum Equity Group (l-Istati Uniti), |
|
— |
Kohler Energy (l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Kohler Co. (l-Istati Uniti) |
Plantinum Equity Group jakkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Kohler Energy kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Platinum Equity Group jispeċjalizza fl-għaqdiet, l-akkwist u l-operat ta’ kumpaniji li jipprovdu servizzi u soluzzjonijiet lill-klijenti f’firxa wiesgħa ta’ negozju, inkluża t-teknoloġija tal-informazzjoni u t-telekomunikazzjonijiet, il-loġistika, is-servizzi ta’ metall, il-manifattura u d-distribuzzjoni, |
|
— |
Kohler Energy hija kumpanija tal-manifattura li toffri sistemi tal-enerġija industrijali, teknoloġiji tal-motopropulsjoni u soluzzjonijiet tal-enerġija fid-djar. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11426 – PLATINUM EQUITY / KOHLER ENERGY
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘Regolament dwar l-Għaqdiet’).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2202/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)