|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/880 |
8.5.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/880
tal-25 ta’ Frar 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fil-Ftehim Kummerċjali Interim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Frar 2019 li jimplimenta klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta’ preferenzi f’ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/287 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta’ preferenzi f’ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiż terz wieħed jew aktar. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/287 japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tinsab f’tali ftehimiet kummerċjali, meta tali dispożizzjonijiet ma jkunux f’konformità ma’ dak ir-Regolament. Tali dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu f’ċerti ftehimiet kummerċjali huma elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2019/287. |
|
(2) |
L-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì kkonkludew Ftehim ta’ Kummerċjali Interim (2) li fih ċerti dispożizzjonijiet dwar salvagwardji bilaterali li mhumiex f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/287. Għalhekk, l-Anness ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi referenzi għal tali dispożizzjonijiet. |
|
(3) |
Konsegwentement, sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-leġġibbiltà, jenħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jiżdiedu mal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/287, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiżdied mat-test fl-Anness tar-Regolament (UE) 2019/287.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 53, 22.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/287/oj.
(2) ĠU L, 2024/2953, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/2953/oj.
ANNESS
“Ftehim Kummerċjali Interim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì
|
Data tal-Applikazzjoni |
01/02/2025 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali u/jew mekkaniżmi oħra |
Kapitolu Ħamsa Rimedji Kummerċjali, Taqsima C Miżuri ta’ Salvagwardja Bilaterali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Dispożizzjoni(jiet) li tinsab/jinsabu f’dan il-Ftehim |
Artikolu 5.9 (b)
Artikolu 5.10.2(b)(ii)
Artikolu 5.11.1(c)
…
Artikolu 5.11.2
Artikolu 5.11.3
Artikolu 5.14.
Artikolu 5.15 ‘Reġjuni ultraperiferiċi * tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 5.17.2
Artikolu 5.18.3(a)
Artikolu 5.18.5
Artikolu 5.19.2
Artikolu 5.22 ‘Sabiex tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni ta’ dokumenti fi proċeduri ta’ salvagwardja, l-awtorità investigattiva kompetenti tal-Parti inkarigata mill-proċedura għandha taċċetta d-dokumenti ppreżentati bl-Ingliż mill-partijiet interessati, diment li dawk il-partijiet jippreżentaw aktar tard, fi żmien skadenza itwal stabbilita mill-awtorità kompetenti, traduzzjoni tad-dokumenti fil-lingwa tal-proċedura ta’ salvagwardja.’” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/880/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)