3.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/66


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 248/2017

tal-15 ta’ Diċembru 2017

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2019/1654]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/128/UE tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar l-approvazzjoni tal-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl f’ċerti funzjonijiet tad-dawl ta’ vetturi M1 bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE tas-27 ta’ Ġunju 2013 dwar l-approvazzjoni tal-Alternatur ta’ Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/451/UE tal-10 ta’ Settembru 2013 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta’ inkapsulament tal-kompartiment tal-magna tal-kumpanija Daimler bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/529/UE tal-25 ta’ Ottubru 2013 dwar l-approvazzjoni tas-sistema tal-kumpanija Bosch għall-prekundizzjonament tal-istat ta’ ċarġ tal-batterija tal-vetturi ibridi abbażi tan-navigazzjoni bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/128/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar l-approvazzjoni tal-modulu LED bir-raġġ baxx “E-Light” bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/465/UE tas-16 ta’ Lulju 2014 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE (6) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/806/UE tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/158 tat-30 ta’ Jannar 2015 dwar l-approvazzjoni ta’ żewġ alternaturi ta’ effiċjenza għolja Robert Bosch GmbH bħala t-teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/206 tad-9 ta’ Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tad-dawl effiċjenti fuq barra tad-Daimler AG bl-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/279 tad-19 ta’ Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Asola bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/295 tal-24 ta’ Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti MELCO GXi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1132 tal-10 ta’ Lulju 2015 dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni tal-coasting tal-Porsche AG bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(13)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2280 tas-7 ta’ Diċembru 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(14)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/160 tal-5 ta’ Frar 2016 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta’ illuminazzjoni esterna effiċjenti tat-Toyota Motor Europe li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(15)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/265 tal-25 ta’ Frar 2016 dwar l-approvazzjoni tal-ġeneratur MELCO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(16)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/362 tal-11 ta’ Marzu 2016 dwar l-approvazzjoni tat-tank tal-ħażna tal-entalpija tal-MAHLE Behr GmbH & Co. KG bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(17)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/587 tal-14 ta’ April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fis-sistema ta’ illuminazzjoni esterna ta’ effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(18)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/588 tal-14 ta’ April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi ta’ effiċjenza għolja ta’ 12 Volts bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(19)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1721 tas-26 ta’ Settembru 2016 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta’ illuminazzjoni esterna ta’ effiċjenza għolja tat-Toyota li tuża dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f’vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(20)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1926 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(21)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 21aec (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010) tal-Kapitolu III tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“21aed.

32013 D 0128: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/128/UE tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar l-approvazzjoni tal-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl f’ċerti funzjonijiet tad-dawl ta’ vetturi M1 bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 14.3.2013, p. 7).

21aee.

32013 D 0341: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE tas-27 ta’ Ġunju 2013 dwar l-approvazzjoni tal-Alternatur ta’ Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 98).

21aef.

32013 D 0451: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/451/UE tal-10 ta’ Settembru 2013 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta’ inkapsulament tal-kompartiment tal-magna tal-kumpanija Daimler bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 242, 11.9.2013, p. 12).

21aeg.

32013 D 0529: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/529/UE tal-25 ta’ Ottubru 2013 dwar l-approvazzjoni tas-sistema tal-kumpanija Bosch għall-prekundizzjonament tal-istat ta’ ċarġ tal-batterija tal-vetturi ibridi abbażi tan-navigazzjoni bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 26.10.2013, p. 36).

21aeh.

32014 D 0128: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/128/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar l-approvazzjoni tal-modulu LED bir-raġġ baxx ‘E-Light’ bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 30).

21aei.

32014 D 0465: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/465/UE tas-16 ta’ Lulju 2014 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE (ĠU L 210, 17.7.2014, p. 17).

21aej.

32014 D 0806: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/806/UE tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 332, 19.11.2014, p. 34).

21aek.

32015 D 0158: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/158 tat-30 ta’ Jannar 2015 dwar l-approvazzjoni ta’ żewġ alternaturi ta’ effiċjenza għolja Robert Bosch GmbH bħala t-teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 31.1.2015, p. 31).

21ael.

32015 D 0206: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/206 tad-9 ta’ Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tad-dawl effiċjenti fuq barra tad-Daimler AG bl-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 10.2.2015, p. 52).

21aem.

32015 D 0279: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/279 tad-19 ta’ Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Asola bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 26).

21aen.

32015 D 0295: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/295 tal-24 ta’ Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti MELCO GXi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 11).

21aeo.

32015 D 1132: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1132 tal-10 ta’ Lulju 2015 dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni tal-coasting tal-Porsche AG bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 184, 11.7.2015, p. 22).

21aep.

32015 D 2280: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2280 tas-7 ta’ Diċembru 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 64).

21aeq.

32016 D 0160: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/160 tal-5 ta’ Frar 2016 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta’ illuminazzjoni esterna effiċjenti tat-Toyota Motor Europe li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 31, 6.2.2016, p. 70).

21aer.

32016 D 0265: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/265 tal-25 ta’ Frar 2016 dwar l-approvazzjoni tal-ġeneratur MELCO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 50, 26.2.2016, p. 30).

21aes.

32016 D 0362: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/362 tal-11 ta’ Marzu 2016 dwar l-approvazzjoni tat-tank tal-ħażna tal-entalpija tal-MAHLE Behr GmbH & Co. KG bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 67, 12.3.2016, p. 59).

21aet.

32016 D 0587: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/587 tal-14 ta’ April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fis-sistema ta’ illuminazzjoni esterna ta’ effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 17).

21aeu.

32016 D 0588: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/588 tal-14 ta’ April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi ta’ effiċjenza għolja ta’ 12 Volts bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 25).

21aev.

32016 D 1721: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1721 tas-26 ta’ Settembru 2016 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta’ illuminazzjoni esterna ta’ effiċjenza għolja tat-Toyota li tuża dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f’vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 259, 27.9.2016, p. 71).

21aew.

32016 D 1926: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1926 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 18).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/128/UE, 2013/341/UE, 2013/451/UE, 2013/529/UE, 2014/128/UE, 2014/465/UE, 2014/806/UE, (UE) 2015/158, (UE) 2015/206, (UE) 2015/279, (UE) 2015/295, (UE) 2015/1132, (UE) 2015/2280, (UE) 2016/160, (UE) 2016/265, (UE) 2016/362, (UE) 2016/587, (UE) 2016/588, (UE) 2016/1721 u (UE) 2016/1926 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2017 tas-16 ta’ Ġunju 2017 (21), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 70, 14.3.2013, p. 7.

(2)   ĠU L 179, 29.6.2013, p. 98.

(3)   ĠU L 242, 11.9.2013, p. 12.

(4)   ĠU L 284, 26.10.2013, p. 36.

(5)   ĠU L 70, 11.3.2014, p. 30.

(6)   ĠU L 210, 17.7.2014, p. 17.

(7)   ĠU L 332, 19.11.2014, p. 34.

(8)   ĠU L 26, 31.1.2015, p. 31.

(9)   ĠU L 33, 10.2.2015, p. 52.

(10)   ĠU L 47, 20.2.2015, p. 26.

(11)   ĠU L 53, 25.2.2015, p. 11.

(12)   ĠU L 184, 11.7.2015, p. 22.

(13)   ĠU L 322, 8.12.2015, p. 64.

(14)   ĠU L 31, 6.2.2016, p. 70.

(15)   ĠU L 50, 26.2.2016, p. 30.

(16)   ĠU L 67, 12.3.2016, p. 59.

(17)   ĠU L 101, 16.4.2016, p. 17.

(18)   ĠU L 101, 16.4.2016, p. 25.

(19)   ĠU L 259, 27.9.2016, p. 71.

(20)   ĠU L 297, 4.11.2016, p. 18.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(21)   ĠU L 142, 7.6.2018, p. 41.