DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/819
tat-22 ta' Mejju 2015
li temenda l-Anness F tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE rigward il-format tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Unjoni
(notifikata bid-dokument C(2015) 3304)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,
Billi:
(1)
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-annimali bovini u ta' suwini fl-Unjoni. Din tipprovdi, fost l-oħrajn, li waqt it-trasport lejn id-destinazzjoni tagħhom, l-annimali bovini u suwini għandu jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma mal-Mudell 1 jew 2 kif xieraq, kif stabbilit fl-Anness F tagħha.
(2)
L-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE ġie emendat reċentement mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/798/UE (2) sabiex, fost oħrajn, jadatta l-format tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-mudell armonizzat anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 (3).
(3)
B'konformità mal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-annimali bovini għandhom ikunu akkumpanjati minn passaport bbażat fuq l-informazzjoni miżmuma fil-bażi ta' dejta kompjuterizzata stabbilita fl-Istat Membru ta' oriġini b'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 64/432/KEE, sakemm l-Istat Membru ta' oriġini ma jiskambjax dejta elettronika fl-Istat Membru tad-destinazzjoni permezz ta' sistema ta' skambju elettroniku msemmija fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.
(4)
B'konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2004 (5), għoġġiela ta' anqas minn erba ġimgħat jistgħu jkunu akkumpanjati waqt il-moviment tagħhom lejn Stat Membru ieħor b'passaport temporanju li jkun fih tal-inqas it-tagħrif stipulat fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu f'format approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ.
(5)
Madankollu, xi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar problemi relatati ma' xogħol amministrattiv addizzjonali kkawżati mill-obbligu li jipprovdu xi dettalji fil-punt I. 31 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ ta' annimali bovini, bħad-data tat-twelid u s-sess tal-annimali li jiffurmaw il-kunsinna. Għalhekk, u billi din l-informazzjoni diġà hija inkluża fid-dokumenti ta' identifikazzjoni li, minbarra ċ-ċertifikat tas-saħħa, għandhom jakkompanjaw il-konsenja ta' annimali bovini, huwa xieraq li jitħassru dawk l-entrati minn dak il-punt u li jkunu emendati kif jixraq id-deskrizzjonijiet rilevanti fin-Noti ta' dak il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa.
(6)
Barra minn hekk, kien ukoll mitlub mill-Istati Membri biex titħassar xi entrata relatata mas-sess tal-annimali minn punt I.31. tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ ta' ħnieżer billi din l-informazzjoni ma kinitx meħtieġa f'mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Anness F tad- Direttiva 64/432/KEE, qabel l-emendi introdotti bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/798/UE. Għalhekk, huwa xieraq li titħassar dik l-entrata minn dan il-punt u li tiġi emendata kif jixraq id-deskrizzjoni rilevanti fin-Noti tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ ta' ħnieżer.
(7)
Barra minn hekk, sabiex ikomplu jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-veterinarju uffiċjali, jixraq li titneħħa l-informazzjoni dwar l-ispeċi ta' annimali negozjati minn punt I.31 taż-żewġ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti fl-Anness F għad-Direttiva 64/432/KEE billi din l-informazzjoni hija diġà ddikjarata fil-punt I.19. ta' dawk il-mudelli ta' ċertifikati tas-saħħa.
(8)
Għaldaqstant, l-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE għandu jiġi emendat skont dan.
(9)
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/798/UE tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Anness F tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 64/432/KEE rigward il-format tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Unjoni u r-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa relatati mat-Trichinella għall-kummerċ tas-suwini domestiċi ġewwa l-Unjoni (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 50).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta' mudell armonizzat ta' ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44).
(4) Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lametti tal-widnejn, tal-passaporti u tar-reġistri (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 65):
ANNESS
“ANNESS F
MUDELL 1
Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali tal-ispeċi bovina għat-tgħammir/il-produzzjoni/il-qatla
(1) jew [Jiena, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika, li d-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tad-Direttiva 64/432/KEE huma ssodisfati u li b’mod partikolari l-annimali deskritti fil-Parti I jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:]
(1) (2) jew [Abbażi tal-informazzjoni pprovduta f’dokument uffiċjali jew ċertifikat li fih it-Taqsimiet A u B imtlew mill-veterinarju uffiċjali jew mill-veterinarju approvat responsabbli għall-impriża tal-oriġni, jiena, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika, li d-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tad-Direttiva 64/432/KEE huma ssodisfati u li b’mod partikolari l-annimali deskritti fil-Parti I jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:]
II.1. Taqsima A
II.1.1. L-annimali ġejjin minn impriża/i ta’ oriġini u żona/i li, b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali, mhuma soġġetti għall-ebda projbizzjoni jew restrizzjoni għal raġunijiet ta’ mard tal-annimali li jaffettwa l-annimali bovini.
(1) jew [II.1.2. L-annimali huma annimali bovini għat-tgħammir jew il-produzzjoni, u
II.1.2.1. kienu residenti, sa fejn jista’ jkun aċċertat, fl-impriża/i ta’ oriġini matul l-aħħar 30 jum, jew mit-twelid, jekk l-età tagħhom tkun ta’ anqas minn 30 jum, u l-ebda annimal importat minn pajjiż terz ma ġie introdott f’dawk l-impriżi matul dan il-perjodu, sakemm ma kienx iżolat mill-annimali l-oħra kollha tal-impriża/i;
II.1.2.2. jiġu minn merħla/iet li hija/huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, u
(1) jew [II.1.2.2.1. l-impriża/i tinsab/jinsabu fi Stat Membru jew f’parti mit-territorju tiegħu b’netwerk ta’ sorveljanza approvat skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni …/…/UE (niżżel in-numru);]
(1) u/jew [II.1.2.2.2 l-impriża/i tinsab/jinsabu fi Stat Membru jew f’parti mit-territorju tiegħu li hija rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi skont il-punt 4 tal-Anness A(I) tad-Direttiva 64/432/KEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/… (niżżel in-numru);]
(1) u/jew [II.1.2.2.3. huma annimali li l-età tagħhom hija anqas minn 6 ġimgħat;]
(1) u/jew [II.1.2.2.4. huma annimali li għandhom 6 ġimgħat jew iktar u li ġew ittestjati b’riżultat negattiv matul it-30 jum qabel it-tluq mill-impriża tal-oriġini, skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 64/432/KEE għat-tuberkolożi fi (niżżel id-data);]
II.1.2.3. jiġu minn merħla/iet li hija/huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi, u
(1) jew [II.1.2.3.1. l-impriża/i tinsab/jinsabu fi Stat Membru jew f’parti mit-territorju tiegħu b’netwerk ta’ sorveljanza approvat skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni …/…/UE (niżżel in-numru);]
(1) u/jew [II.1.2.3.2. l-impriża/i tinsab/jinsabu fi Stat Membru jew f’parti mit-territorju tiegħu li hija rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi skont il-punt 7 tal-Anness A(II) tad-Direttiva 64/432/KEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/… (niżżel in-numru);]
(1) u/jew [II.1.2.3.3. huma annimali kastrati li għandhom anqas minn 12-il xahar;]
(1) u/jew [II.1.2.3.4 . huma annimali li għandhom 12-il xahar jew iktar u li ġew ittestjati b’riżultat negattiv matul it-30 jum qabel it-tluq mill-impriża tal-oriġini, skont l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 64/432/KEE għall-bruċellożi fi (niżżel id-data);]
II.1.2.4. jiġu minn merħla/iet li hija/huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina, u
(1) jew [II.1.2.4.1. l-impriża/i tinsab/jinsabu fi Stat Membru jew f’parti mit-territorju tiegħu b’netwerk ta’ sorveljanza approvat skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni …/…/UE (niżżel in-numru);]
(1) u/jew [II.1.2.4.2. l-impriża/i tinsab/jinsabu fi Stat Membru jew f’parti mit-territorju tiegħu li hija rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina skont il-punt E tal-Anness D(I) tad-Direttiva 64/432/KEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/… (niżżel in-numru);]
(1) u/jew [II.1.2.4.3. huma annimali li għandhom anqas minn 12-il xahar;]
(1) u/jew [II.1.2.4.4. huma annimali li għandhom 12-il xahar jew iktar u li ġew ittestjati b’riżultati negattivi matul it-30 jum qabel it-tluq mill-impriża tal-oriġini, skont l-Artikolu 6(2)(c) tad-Direttiva 64/432/KEE għal-lewkożi enżootika bovina fi (niżżel id-data).]]
(1) jew [II.1.2. L-annimali huma annimali għall-qatla li jiġu minn merħla/iet uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi enżootika bovina, u
(1) jew [II.1.2.1. jiġu minn merħla/iet uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi;]]
II.3.1. L-annimali ġew spezzjonati skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 64/432/KEE fi (niżżel id-data) matul l-24 siegħa qabel it-tluq skedat u ma wrewx sinjali kliniċi ta’ mard infettiv jew li jittieħed.
II.3.2. L-annimali ġejjin mill-impriża/i tal-oriġini u, fejn applikabbli, minn ċentru tal-ġbir approvat, u ż-żona/i li, b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali, mhuma soġġetti għall-ebda projbizzjoni jew restrizzjoni għal raġunijiet ta’ mard tal-annimali li jaffettwa l-annimali bovini.
(1) [II.3.3. L-annimali jissodisfaw il-garanziji addizzjonali għar-rhinotracheitis bovina infettiva skont l-Artikolu … (niżżel in-numru tal-Artikolu) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/… (niżżel in-numru).]
II.3.4. L-annimali ma baqgħux għal aktar minn sitt ijiem fiċ-ċentru tal-ġbir approvat.
II.3.5. Isiru arranġamenti biex l-annimali jiġu trasportati f’mezzi ta’ trasport li huma mibnija b’tali mod li l-ħmieġ tal-annimali, l-iskart jew l-għalf ma jistgħux iċarċru jew jaqgħu mill-vettura, u li jitnaddfu u jiġu diżinfettati immedjatament wara t-trasport tal-annimali, jew minn kull prodott li jista’ jaffettwa s-saħħa tal-annimali, u jekk meħtieġ qabel it-tagħbija tal-annimali, bl-użu ta’ diżinfettanti awtorizzati uffiċjalment mill-awtorità kompetenti.
(5) (6) II.3.6. Fil-ħin tal-ispezzjoni l-annimali koperti b’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa kienu b’saħħithom biżżejjed biex jiġu ttrasportati, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, fuq il-vjaġġ intenzjonat li mistenni li jibda fi (niżżel id-data).
II.3.7. Dan iċ-ċertifikat
(1) jew [II.3.7.1. huwa validu għal 10 ijiem mid-data tal-ispezzjoni fl-impriża tal-oriġini, jew fiċ-ċentru tal-ġbir approvat fl-Istat Membru ta’ oriġini;]
(1) jew [II.3.7.1. jiskadi skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 64/432/KEE fi (niżżel id-data).]]
Noti
— It-Taqsimiet A u B taċ-ċertifikat għandhom ikunu ttimbrati u ffirmati:
— mill-veterinarju uffiċjali tal-impriża ta’ oriġini, jekk differenti mill-veterinarju uffiċjali li jiffirma t-Taqsima C; jew
— mill-veterinarju approvat tal-impriża tal-oriġini fejn l-Istat Membru tal-oriġini introduċa sistema ta’ netwerk ta’ sorveljanza approvata skont l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 64/432/KEE; jew
— mill-veterinarju uffiċjali responsabbli għaċ-ċentru tal-ġbir approvat fid-data tat-tluq tal-annimali.
— It-taqsima C għandha tkun ittimbrata u ffirmata mill-veterinarju uffiċjali:
— jew l-impiża tal-oriġini; jew
— taċ-ċentru tal-ġbir approvat li jinsab fl-Istat Membru tal-oriġini; jew
— taċ-ċentru tal-ġbir approvat li jinsab fi Stat Membru ta’ tranżitu meta jkun qed jimtela ċ-ċertifikat sabiex jintbagħtu l-annimali lejn l-Istati Membri destinatarji.
Parti I:
— Kaxxa ta’ referenza I.6: Indika n-numru/i tas-serje taċ-ċertifikat/i tas-saħħa magħmula fil-jum tal-ispezzjoni tas-saħħa fl-impriża/i tal-oriġini fl-Istati Membri tal-oriġini u li jakkumpanjaw l-annimali li jiffurmaw il-kunsinna li għalihom jinħareġ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa f’ċentru tal-ġbir li jinsab fl-Istat Membru ta’ tranżitu, kif deskritt fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 64/432/KEE.
— Kaxxa ta’ referenza I.7: Imla jekk applikabbli.
— Kaxxa ta’ referenza I.12: L-Uffiċċju tan-negozjant għandu jiġi mmarkat bħala l-Post tal-oriġini biss fil-każ ta’ annimali għall-qatla.
— Kaxxa ta’ referenza I.13: Fil-każ ta’ annimali għall-qatla, iċ-Ċentru tal-ġbir jew l-Istabbiliment għandu jiġi mmarkat bħala l-Post destinatarju kif deskritt fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 64/432/KEE.
— Kaxxa ta’ referenza I.23: Fil-każ ta’ kontenituri jew kaxex, għandu jiġi inkluż in-numru tal-kontenitur u n-numru tas-siġill (fejn applikabbli).
— Kaxxa ta’ referenza I.31: Identifikazzjoni Uffiċjali: Indika għal kull annimal fil-kunsinna, l-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni, kif deskritt fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 911/2004, muri fuq il-mezz viżibbli ta’ identifikazzjoni applikat b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.
Numru tal-passaport: Jekk passaporti temporanji għall-annimali ta’ anqas minn 4 ġimgħat jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti b’konformità mal-Artikolu 6(2) tar- Regolament (KE) Nru 911/2004, indika għal kull annimal fil-kunsinna in-numru tal-passaport temporanju. Għal kull annimal akkumpanjat minn passaport maħruġ skont l-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, li jitniżżel in-numru tal-passaport huwa fakultattiv.
(2) Għandu jkun iffirmat mill-veterinarju uffiċjali fiċ-ċentru tal-ġbir wara kontroll tad-dokumenti u tal-identità fuq annimali li jaslu b’dokument uffiċjali jew iċ-ċertifikat bit-Taqsimiet A u B mimlija, jekk le dan il-punt għandu jitħassar.
(3) Għandu jkun indikat, jekk id-distanza ta’ trasport taqbeż il-65 km.
(4) Ħassar, jekk iċ-ċertifikat huwa użat għall-moviment tal-annimali fl-Istat Membru tal-oriġini u t-Taqsi-miet A u B biss huma mimlija u ffirmati.
(5) Fil-każ meta kunsinna tkun miġbura f’ċentru tal-ġbir u tkun magħmula minn annimali li kienu mgħobbija f’dati differenti, id-data li fiha nbeda l-vjaġġ għall-kunsinna kollha hija meqjusa li hi l-aktar data bikrija meta kwalunkwe parti mill-kunsinna ħalliet l-impriża ta’ oriġini.
(6) Din id-dikjarazzjoni ma teżentax lit-trasportaturi mill-obbligi tagħhom skont ir-regoli tal-Unjoni fis-seħħ b’mod partikolari rigward l-istat tas-saħħa tal-annimali li jkunu se jiġu ttrasportati.
— Il-kulur tat-timbru u l-firma għandhom ikunu differenti minn dak tad-dettalji l-oħra fiċ-ċertifikat.
— Id-dettalji meħtieġa ta’ dan iċ-ċertifikat għandhom jitniżżlu fi TRACES fil-jum tal-ħruġ taċ-ċertifikat u tal-inqas fi żmien 24 siegħa minn dan.
Veterinarju uffiċjali
Isem (b’ittri kbar): Kwalifika u titolu:
Unità Veterinarja Lokali: Nru tal-UVL:
Data: Firma:
Timbru:
MUDELL 2
Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal suwini għat-tgħammir/il-produzzjoni/il-qatla
(1) jew [Jiena, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika, li d-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tad-Direttiva 64/432/KEE huma ssodisfati u li b’mod partikolari l-annimali deskritti fil-Parti I jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:]
(1) (2) jew [Abbażi tal-informazzjoni pprovduta f’dokument uffiċjali jew ċertifikat li fih it-Taqsimiet A u B imtlew mill-veterinarju uffiċjali jew mill-veterinarju approvat responsabbli għall-impriża tal-oriġni, jiena, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika, li d-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tad-Direttiva 64/432/KEE huma ssodisfati u li b’mod partikolari l-annimali deskritti fil-Parti I jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:]
II.1. Taqsima A
II.1.1. L-annimali ġejjin mill-impriża/i ta’ oriġini u żona/i li, b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali, mhuma soġġetti għall-ebda projbizzjoni jew restrizzjoni għal raġunijiet ta’ mard tal-annimali li jaffettwa s-suwini;
(1) u [l-impriża/i tinsab/jinsabu fi Stat Membru jew f’parti mit-territorju tiegħu b’netwerk ta’ sorveljanza approvat skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni …/…/UE (niżżel in-numru).]
(1) jew [II.1.2. L-annimali huma suwini għat-tgħammir jew għall-produzzjoni kif definit fl-Artikolu 2(2)(c) tad-Direttiva 64/432/KEE, li kienu residenti, sa fejn jista’ jkun aċċertat, fl-impriża/i ta’ oriġini matul l-aħħar 30 jum, jew mit-twelid, jekk l-età tagħhom tkun ta’ anqas minn 30 jum, u l-ebda annimal importat minn pajjiż terz ma ġie introdott f’dawk l-impriżi matul dan il-perjodu, sakemm ma kienx iżolat mill-annimali l-oħra kollha tal-impriża/i.]
(1) jew [II.1.2. L-annimali huma suwini għall-qatla, kif definit fl-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 64/432/KEE.]
(1) [II.1.3. L-annimali huma suwini domestiċi għat-tgħammir jew għall-produzzjoni li ġejjin minn impriża uffiċjali waħda jew aktar rikonoxxuti li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ sistemazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 u li ma jkunu għaddew mill-ebda ċentru tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2(2)(o) tad-Direttiva 64/432/KEE li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu I(A) tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005.]
(1) [II.1.3. L-annimali huma suwini domestiċi għall-qatla u huma
(1) jew [II.1.3.1 mhux miftuma u li għandhom inqas minn 5 ġimgħat;]]
(1) jew [II.1.3.1 ġejjin minn impriża waħda jew aktar uffiċjalment rikonoxxuti li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ sistemazzjoni skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005
(1) jew [II.1.3.1.1. suwini li minnhom il-karkassi tal-ħnieżer nisa’ u ċ-ċingjali kollha jiġu eżaminati għat-Trichinella;]]]
(1) u/jew [II.1.3.1.1. li minnhom 10 % tal-karkassi tal-annimali mibgħuta għall-qatla jiġu eżaminati għat-Trichinella;]]]
(1) jew [II.1.3.1.1. jinsabu fi Stat Membru fejn matul dawn l-aħħar 3 snin ma ġiet rikonoxxuta l-ebda infestazzjoni tat-Trichinella awtoktona f’suwini domestiċi miżmuma f’impriżi uffiċjalment rikonoxxuti li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ sistemazzjoni, li matulhom sar ittestjar kontinwu skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005;]]]
(1) jew [II.1.3.1.1. jinsabu fi Stat Membru li d-dejta storika tiegħu dwar l-ittestjar kontinwu mwettaq fuq popolazzjoni ta’ suwini maqtula ta’ dawn l-impriżi jew tal-kompartiment li jappartjenu għalih tipprovdi mill-inqas 95 % assi-gurazzjoni li l-prevalenza tat-Trichinella ma taqbiżx 1 għal kull miljun f’dik il-popolazzjoni;]]]
(1) jew [II.1.3.1 ġejjin minn impriża waħda jew aktar uffiċjalment rikonoxxuti li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ sistemazzjoni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 u li jinsabu fil-Belġju jew fid-Danimarka.]]
II.3.1. L-annimali ġew spezzjonati skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 64/432/KEE fi (niżżel id-data) matul l-24 siegħa qabel it-tluq skedat u ma wrewx sinjali kliniċi ta’ mard infettiv jew li jittieħed.
II.3.2. L-annimali ġejjin mill-impriża/i tal-oriġini u, fejn applikabbli, minn ċentru tal-ġbir approvat, u żona/i li, b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali, mhuma soġġetti għall-ebda projbizzjoni jew restrizzjoni għal raġunijiet ta’ mard tal-annimali li jaffettwa s-suwini;
(1) jew [II.3.3.1. Il-marda ta’ Aujeszky skont l-Artikolu … (niżżel in-numru tal-Artikolu) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/… (niżżel in-numru);]]
(1) u/jew [II.3.3.2. (niżżel isem il-marda relevanti skont l-Anness E(II) tad-Direttiva 64/432/KEE) skont l-Artikolu … (niżżel in-numru tal-Artikolu) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/… (niżżel in-numru).]]
II.3.4. L-annimali ma baqgħux għal aktar minn sitt ijiem fiċ-ċentru tal-ġbir approvat.
II.3.5. Isiru arranġamenti biex l-annimali jiġu trasportati f’mezzi ta’ trasport li huma mibnija b’tali mod li l-ħmieġ tal-annimali, l-iskart jew l-għalf ma jistgħux iċarċru jew jaqgħu mill-vettura, u li jitnaddfu u jiġu diżinfettati immedjatament wara t-trasport tal-annimali, jew minn kull prodott li jista’ jaffettwa s-saħħa tal-annimali, u jekk meħtieġ qabel it-tagħbija tal-annimali, bl-użu ta’ diżinfettanti awtorizzati uffiċjalment mill-awtorità kompetenti.
(5) (6) II.3.6. Fil-ħin tal-ispezzjoni l-annimali koperti b’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa kienu b’saħħithom biżżejjed biex jiġu ttrasportati, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, fuq il-vjaġġ intenzjonat li mistenni li jibda fi (niżżel id-data).
II.3.7. Dan iċ-ċertifikat
(1) jew [II.3.7.1. huwa validu għal 10 ijiem mid-data tal-ispezzjoni fl-impriża tal-oriġini, jew fiċ-ċentru tal-ġbir approvat fl-Istat Membru ta’ oriġini;]
(1) jew [II.3.7.1. jiskadi skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 64/432/KEE fi (niżżel id-data).]]
Noti
— It-Taqsimiet A u B taċ-ċertifikat għandhom ikunu ttimbrati u ffirmati minn:
— jew veterinarju uffiċjali tal-impriża ta’ oriġini, jekk differenti mill-veterinarju uffiċjali li jiffirma t-Taqsima C; jew
— mill-veterinarju approvat tal-impriża tal-oriġni fejn l-Istat Membru tal-oriġini introduċa sistema ta’ netwerk ta’ sorveljanza approvata skont l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 64/432/KEE; jew
— mill-veterinarju uffiċjali responsabbli għaċ-ċentru tal-ġbir approvat fid-data tat-tluq tal-annimali.
— It-Taqsima C taċ-ċertifikat għandha tkun ittimbrata u ffirmata mill-veterinarju uffiċjali:
— jew l-impiża tal-oriġini; jew
— taċ-ċentru tal-ġbir approvat li jinsab fl-Istat Membru tal-oriġini; jew
— taċ-ċentru tal-ġbir approvat li jinsab fi Stat Membru ta’ tranżitu meta jkun qed jimtela ċ-ċertifikat sabiex jintbagħtu l-annimali lejn l-Istati Membri destinatarji.
— Kaxxa ta’ referenza I.6: Indika n-numru/numri tas-serje taċ-ċertifikat(i) tas-saħħa magħmula fil-jum tal-ispezzjoni tas-saħħa fl-impriża/impriżi tal-oriġini fl-Istati Membri tal-oriġini u li jakkumpanjaw l-annimali li jiffurmaw il-kunsinna li għalihom jinħareġ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa f’ċentru tal-ġbir li jinsab fl-Istat Membru ta’ tranżitu, kif deskritt fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 64/432/KEE.
— Kaxxa ta’ referenza I.7: Imla jekk applikabbli.
— Kaxxa ta’ referenza I.12: L-Uffiċċju tan-negozjant għandu jiġi mmarkat bħala l-Post tal-oriġini biss fil-każ ta’ annimali għall-qatla.
— Kaxxa ta’ referenza I.13: Fil-każ ta’ annimali għall-qatla, iċ-Ċentru tal-ġbir jew l-Istabbiliment għandu jiġi mmarkat bħala l-Post destinatarju kif deskritt fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 64/432/KEE.
— Kaxxa ta’ referenza I.23: Fil-każ ta’ kontenituri jew kaxex, għandu jiġi inkluż in-numru tal-kontenitur u n-numru tas-siġill (fejn applikabbli).
— Kaxxa ta’ referenza I.31: Identifikazzjoni Uffiċjali: L-annimali għandhom jiġu identifikati skont id-Direttiva 2008/71/KE.
Età ta’ annimali ħajjin: Indika l-età f’ġimgħat tal-grupp ta’ annimali tal-kunsinna.
Parti II:
(1) Ħassar jekk mhux applikabbli.
(2) Għandu jkun iffirmat mill-veterinarju uffiċjali fiċ-ċentru tal-ġbir wara kontroll tad-dokumenti u tal-identità fuq annimali li jaslu b’dokument uffiċjali jew iċ-ċertifikat bit-Taqsimiet A u B mimlija, jekk le dan il-punt għandu jitħassar.
(3) Għandu jkun indikat, jekk id-distanza ta’ trasport taqbeż il-65 km.
(4) Ħassar, jekk iċ-ċertifikat huwa użat għall-moviment tal-annimali fl-Istat Membru tal-oriġini u t-Taqsimiet A u B biss huma mimlija u ffirmati.