|
24.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/491
tat-23 ta' Marzu 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2014 li jemenda, għall-finijiet tal-introduzzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' periklu u prekawzjoni fil-lingwa Kroata u tal-adattament tagħha għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 37(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2014, li ġie adottat fil-5 ta' Ġunju 2014 (2), jistipula l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet ġodda jew aġġornati għall-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' għadd ta' sustanzi sa mill-1 ta' April 2015. Minħabba xi dewmien fil-proċess tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, dan il-perjodu tranżitorju sal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 605/2014 huwa ħafna iqsar minn dawk applikati għal adattamenti preċedenti għall-progress tekniku u xjentifiku. Għaxar xhur ma jidhirx li huma biżżejjed biex l-operaturi ekonomiċi jaddattaw għar-regoli l-ġodda, li biċċiet minnhom jaffettwaw kimiċi li jintużaw ħafna. Id-data tal-applikazzjoni għalhekk trid tiġi diferita biex tippermetti għal perjodu tranżitorju li huwa konformi mal-prassi għal adattamenti preċedenti għall-progress tekniku u xjentifiku tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
|
(2) |
Sabiex ikun żgurat li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jiddependu fuq id-diferiment tad-data għall-applikazzjoni obbligatorja malajr kemm jista' jkun, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 605/2014, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
“3. L-Artikolu 1(3) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2014 tal-5 ta' Ġunju 2014 li jemenda, għall-finijiet tal-introduzzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' periklu u prekawzjoni fil-lingwa Kroata u tal-adattament tagħha għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 36).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).