<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑215/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0215</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:794">EU:C:2012:794</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20121213">13.12.2012</DATE> — KAWŻA C-215/11</P><P>SZYROCKA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1896/2006</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għal ordni li ma tissodisfax ir-rekwiżiti formali previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Natura eżawrjenti tal-kundizzjonijiet li għandha tissodisfa l-applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li jintalbu l-interessi li ddekorrew sad-data tal-ħlas tal-ammont prinċipali dovut</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-215/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Okręgowy we Wrocławiu (Il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110411">11 ta’ April 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20110509">9 ta’ Mejju 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Iwona Szyrocka</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">SiGer Technologie GmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President ta’ Awla, M. Ilešič (Relatur), E. Levits, J.-J. Kasel u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20120418">18 ta’ April 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar u M. Arciszewski, kif ukoll minn B. Czech, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Fernandes, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn M. Pere, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Ossowski, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A.-M. Rouchaud-Joët u K. Herrmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="399" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 399, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, imressqa minn I. Szyrocka, residenti fil-Polonja, kontra Technologie GmbH, li għandha s-sede tagħha fil-Ġermanja.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 189/2006</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 8, 9, 10, u 11 tar-Regolament Nru 1896/2006:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(8)</NO.P><TXT>L-impedimenti li jirriżultaw għal aċċess għal ġustizzja effiċjenti f’każijiet transkonfini u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern ikkawżata min-nuqqas ta’ ekwilibriju fir-rigward tat-tħaddim tal-mezzi proċedurali mogħtija lill-kredituri fi Stati Membri differenti jfissru l-ħtieġa ta’ leġislazzjoni Komunitarja li tiggarantixxi parità għall-kredituri u d-debituri fl-Unjoni Ewropea kollha.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jissimplifika, jħaffef u jnaqqas l-ispejjeż tal-litigazzjoni f’każijiet transkonfinali li jirrigwardjaw talbiet ta’ flus mhux ikkontestati billi joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea [...].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Il-proċedura stabbilita b’dan ir-Regolament għandha sservi ta’ mezz addizzjonali u fakultattiv għal pretendent, li jibqa’ liberu li jirrikorri għal proċedura prevista fil-liġi nazzjonali. Għaldaqstant, dan ir-Regolament la jissostitwixxi u lanqas jarmonizza l-mekkaniżmi eżistenti għall-irkupru ta’ talbiet mhux ikkontestati taħt il-liġi nazzjonali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Il-proċedura għandha tkun ibbażata, sa fejn l-aktar ikun possibbli, fuq l-użu ta’ formoli standard f’kwalunkwe komunikazzjoni bejn il-qorti u l-partijiet sabiex l-amministrazzjoni tagħha tkun aktar faċli u biex tippermetti l-użu ta’ l-ipproċessar awtomatiku tad-data.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessa 16 tal-imsemmi regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>[i]l-qorti għandha teżamina l-applikazzjoni, inkluż il-kwistjoni ta’ ġurisdizzjoni u d-deskrizzjoni tal-provi, abbażi ta’ l-informazzjoni pprovduta fil-formola ta’ applikazzjoni. Dan ikun jippermetti lill-qorti teżamina <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> l-merti tat-talba u <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> li teskludi talbiet li jkunu kjarament bla bażi jew applikazzjonijiet inammissibbli<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-premessa 29 tar-Regolament Nru 1896/2006, l-għan tal-imsemmi regolament huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>li jinħalaq mekkaniżmu uniformi, effiċjenti u rapidu għall-irkuprar ta’ talbiet ta’ flus mhux ikkontestati fl-Unjoni Ewropea kollha<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1896/2006 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-għan ta’ dan ir-Regolament hu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jissimplifika, iħaffef u jnaqqas l-ispejjeż ta’ litigazzjoni f’każijiet transkonfinali fir-rigward ta’ talbiet mhux kontestati ta’ flus permezz tal-ħolqien ta’ proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwistjonijiet ċivili u kummerċjali f’każijiet transkonfinali tkun liema tkun ix-xorta tal-qorti jew tat-tribunal. [...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, każ transkonfinali huwa wieħed fejn mill-inqas waħda mill-partijiet hija domiċiljata jew abitwalment residenti fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru fejn ikun sar rikors għall-qorti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess regolament jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea għandha tiġi stabbilita għall-ġbir ta’ talbiet ta’ flus ta’ ammont speċifiku li jridu jitħallsu fil-waqt meta tiġi sottomessa l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1896/2006 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi ddeterminata skond ir-regoli rilevanti tal-liġi Komunitarja [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea għandha ssir billi tintuża l-formola standard A, kif stabbilit fl-Anness 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-applikazzjoni għandha tiddikjara:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet, u, fejn applikabbli, ir-rappreżentanti tagħhom, u tal-qorti li lilha ssir l-applikazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-ammont tat-talba, inkluż it-talba prinċipali u, fejn applikabbli, l-imgħax u l-penali kuntrattwali u l-ispejjeż;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jekk jintalab l-imgħax fuq it-talba, ir-rata ta’ l-imgħax u l-perijodu ta’ żmien li għalih jintalab l-imgħax sakemm ma jiġix magħqud b’mod awtomatiku mal-prinċipali taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-kawża ta’ l-azzjoni, inkluż deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi invokati bħala l-bażi tat-talba u, fejn applikabbli, ta’ l-imgħax mitlub;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>deskrizzjoni ta’ evidenza li tappoġġa t-talba;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>ir-raġunijiet għall-ġurisdizzjoni;</TXT><?PAGE NO="4"?><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>in-natura transkonfini tal-każ fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-applikazzjoni, il-pretendent għandu jiddikjara li l-informazzjoni pprovduta hi vera skond l-għarfien u t-twemmin tiegħu u għandu jirrikonoxxi li kwalunkwe dikjarazzjoni deliberatament falza tista’ twassal għal penali xierqa taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>F’appendiċi għall-applikazzjoni l-pretendent jista’ jindika lill-qorti li hu jopponi trasferiment għal proċedimenti ċivili ordinarji […] f’każ ta’ oppożizzjoni mill-konvenut. Dan ma jimpedixxix lill-pretendent milli jinforma b’dan lill-qorti sussegwentement, iżda fi kwalunkwe każ qabel tkun ħarġet l-ordni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa fuq karta jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni, inkluż il-forma elettronika, aċċettat mill-Istat Membru ta’ oriġini u disponibbli għall-qorti ta’ oriġini.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għandha tkun iffirmata mill-pretendent jew, fejn applikabbli, mir-rappreżentant tiegħu. [...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-qorti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-rekwiżiti mniżżla fl-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7 ma jintlaħqux;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(3) tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Fl-ordni ta’ ħlas Ewropea, il-konvenut għandu jiġi infurmat bl-għażliet li jkollu biex:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>iħallas l-ammont indikat fl-ordni lill-pretendent;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1896/2006 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżati kombinati tal-qorti ta’ proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea u tal-proċedimenti ordinarji ċivili li jsegwu f’każ ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea fi Stat Membru m’għandhomx jaqbżu l-miżati tal-qorti ta’ proċedimenti ċivili ordinarji mingħajr proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea preċedenti f’dak l-Istat Membru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-miżati tal-qorti għandhom jinkludu miżati u spejjeż li għandhom jitħallsu lill-qorti, li l-ammont tagħhom huwa ffissat skond il-liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-kwistjonijiet proċedurali kollha li ma ġewx ittrattati b’mod speċifiku f’dan ir-Regolament għandhom jiġu rregolati mil-liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Anness I ta’ dan ir-regolament jinkludi l-formola A, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas ewropea<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-punt 7 tal-Linji gwida, intitolati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Linji Gwida biex timla l-formola ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li jinsab fl-Anness I ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Imgħax. Jekk l-imgħax huwa mitlub, dan għandu jiġi speċifikat għal kull takba skond il-kodiċi indikati f’din il-formola. […] Jekk l-interess huwa mitlub sad-deċiżjoni tal-Qorti, l-aħħar kaxxa [sa] għandha titħalla vojta. [...]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-formola E sabiex tinħareġ ordni ta’ ħlas Ewropea tinsab fl-Anness V tar-Regolament Nru 1896/2006.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 187(1) tal-Kodiċi ta’ proċedura ċibili, fil-kawżi li jikkonċernaw drittijiet ta’ natura patrimonjali, it-talba għandha tindika l-valur tas-suġġett tal-kawża, sakemm dan is-suġġett ma jikkorrispondix għall-ammont pekunjarju indikat.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 130(1) tal-Kodiċi ta’ proċedura ċivili jiddetermina l-konsegwenzi tal-preżentata ta’ talba vvizzjata formalment. Skont din id-dispożizzjoni, il-qorti, bħala regola ġenerali, tistieden lill-parti li tkun qed tressaq it-talba, taħt piena li jintbagħtu lura l-atti proċedurali, sabiex jirrettifikaha, jikkompletaha jew iħallas l-ispejjeż f’terminu ta’ ġimgħa.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110223">23 ta’ Frar 2011</DATE>, I. Szyrocka, residenti fil-Polonja ppreżentat quddiem is-Sąd Okręgowy ta’ Wrocław talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea kontra SiGer Technologie GmbH, li għandha s-sede tagħha f’Tangermünde (il-Ġermanja).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Waqt l-eżami tal-imsemmija talba, il-qorti ta’ rinviju kkonstatat li hija ma kinitx tissodisfa ċerti kundizzjonijiet formali, preskritti mid-dritt Pollakk, u b’mod partikolari li hija ma kinitx tispeċifika, bħal ma jirrikjedi d-dritt Pollakk, il-valur tas-suġġett tal-kawża f’valuta Pollakka, sabiex ikun jista jsir il-kalkolu tal-ispejjeż legali. Mill-fajl imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li I. Szyrocka indikat, fil-formola tal-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea, l-ammont prinċipali f’EUR. Barra minn hekk, il-qorti ta’ rinviju tenfasizza li I. Szyrocka indikat, f’din il-formola, li hija kienet qed titlob il-ħlas tal-interessi minn data speċifika sad-data ta’ ħlas tal-ammont prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi s-Sąd Okręgowy we Wrocławiu ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-[Regolament Nru 1896/2006] għandux jiġi interpretat fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jirregola b’mod eżawrjenti l-kundizzjonijiet kollha li għandhom jiġu sodisfatti minn applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>dan l-artikolu jistabbilixxi biss ir-rekwiżiti minimi ta’ din l-applikazzjoni, u għaldaqstant hija meħtieġa l-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt nazzjonali li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet formali mhux stabbiliti minn din id-dispożizzjoni?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li d-domanda 1(b) titwieġeb fl-affermattiv, jekk l-applikazzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet formali previsti mid-dritt tal-Istat Membru kkonċernat (pereżempju n-nuqqas ta’ kopja tal-applikazzjoni għall-parti l-oħra jew in-nuqqas ta’ indikazzjoni tal-valur tas-suġġett tal-kawża), għandu l-pretendent jintalab jikkompleta l-applikazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, inkonformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 1896/2006 jew mal-Artikolu 9 tal-istess regolament?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1896/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-karatteristiċi tat-talbiet ta’ flus li huma msemmija f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri l-likwidità u l-eżiġibbiltà tat-talba fil-mument meta tiġi sottomessa l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea, jikkonċernaw biss l-ammont prinċipali tal-imsemmija talba jew jikkonċernaw ukoll l-interessi moratorji?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1896/2006 timplika li meta d-dritt tal-Istat Membru kkonċernat ma jipprevedix żieda awtomatika ta’ interessi, l-ammonti li ġejjin, flimkien [mat]-talba prinċipali, jistgħu jintalbu bħala parti minn ordni ta’ ħlas Ewropea:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-interessi kollha, inklużi l-interessi msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>miftuħa<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (ikkalkolati mill-jum li jsiru dovuti kif indikat minn data speċifika sal-jum tal-ħlas li d-data tiegħu ma tkunx iddeterminata, pereżempju, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>mill-<DATE ISO="20110320">20 ta’ Marzu 2011</DATE> sal-jum tal-ħlas<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>dawk l-interessi biss li jkunu dovuti mill-jum li fih isiru dovuti indikat minn data speċifika sal-jum tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni jew sakemm tinħareġ l-ordni għall-ħlas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>esklussivament dawk l-interessi li jkunu dovuti mill-jum li fih isiru dovuti indikat minn data speċifika sal-jum tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-domanda 4(a) hija fl-affermattiv, kif għandha tiġi fformulata d-deċiżjoni tal-qorti dwar l-interessi fl-ordni ta’ ħlas, skont ir-Regolament Nru 1896/2006?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-domanda 4(b) hija fl-affermattiv, min għandu jindika l-ammont tal-interessi: il-parti kkonċernata jew il-qorti <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-domanda 4(c) hija fl-affermattiv, għandha l-parti kkonċernata tiddikjara fl-applikazzjoni l-ammont ta’ interessi kkalkolati?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>Jekk il-pretendent ma jikkalkolax l-ammont ta’ interessi dovuti sal-jum tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, il-qorti għandha tikkalkola dan l-ammont <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew għandha tistieden lill-parti kkonċernata biex tikkompleta l-informazzjoni li tkun nieqsa fl-applikazzjoni, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1896/2006?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti ta’ rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1896/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li jirregola b’mod eżawrjenti l-kundizzjonijiet li għandha tissodisfa l-applikazzjoni ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea jew jekk jinkludix biss il-kundizzjonijiet minimi ta’ din l-applikazzjoni, fejn id-dritt nazzjonali jirregola l-kundizzjonijiet formali l-oħra kollha li ma humiex marbuta ma’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, jeħtieġ li jsir riferiment kemm għall-kliem tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1896/2006, kif ukoll għall-istruttura u għall-għan ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament jinkludi serje ta’ rekwiżiti relatati mal-kontenut u mal-forma ta’ applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea. Għalhekk huwa jirregola, b’mod partikolari, il-kundizzjoni tal-preżentata ta’ tali applikazzjoni permezz ta’ formola standard,<?PAGE NO="7"?> l-elementi li jikkostitwixxuha, id-dikjarazzjoni tal-pretendent dwar l-eżattezza tal-informazzjoni pprovduta f’din l-applikazzjoni, il-possibbiltà li dan il-pretendent jopponi trasferiment lejn il-proċedura ċivili ordinarja, kif ukoll il-modalitajiet li jirregolaw l-iffirmar tal-imsemmija applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-kliem tal-imsemmi artikolu ma jinkludi ebda punt li jippermetti lil wieħed jasal għall-konklużjoni li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jimponu kundizzjonijiet addizzjonali, previsti mid-dritt nazzjonali tagħhom, fir-rigward tal-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħal ma jirriżulta b’mod ċar mill-Artikolu 7(2)(ċ), (3), (5) u (6) tar-Regolament Nru 1896/2006, meta din id-dispożizzjoni tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jirregolaw ċerti aspetti speċifiċi tar-rekwiżiti li għandha tissodisfa applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea permezz tad-dritt nazzjonali tagħhom, hija tagħmel dan espressament. Min-naħa l-oħra, ebda riferiment ieħor espress jew impliċitu li jawtorizza, b’mod ġenerali, l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet addizzjonali, previsti mid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, ma jirriżulta f’dan l-artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Sussegwentement, din l-interpretazzjoni litterali hija kkorroborata bl-istruttura tar-Regolament Nru 1896/2006. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat, minn naħa, bħal ma jirriżulta mill-premessa 16 ta’ dan ir-regolament, li l-qorti adita għandha teżamina l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea biss abbażi tal-informazzjoni li tinsab fiha. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2 sa 4 u 6 tal-imsemmi regolament, li jagħmlu kjarifikazzjonijiet dwar ċerti kundizzjonijiet li għalihom huwa suġġett l-għoti tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, ukoll ma jipprovdu ebda possibbiltà li jiġu imposti kundizzjonijiet supplimentari abbażi tad-dritt nazzjonali tal-Istati Membri. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 11(1)(a) tal-istess regolament, huwa biss in-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2 sa 4, 6 u 7 tagħha li jagħti lok għaċ-ċaħda tat-talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar, bħal ma jirriżulta b’mod ċar mill-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament Nru 1896/2006, li dan għandu bħala għan b’mod partikolari li jissemplifika, li jħaffef u li jnaqqas l-ispejjeż ta’ proċedura fit-tilwim transkonfinali dwar dejn pekunjarju mhux ikkontestat. Hekk kif inhu pprovdut fil-premessi 8, 10 u 29 ta’ dan ir-regolament, minkejja li ma jissostitwixxix u lanqas ma jarmonizza l-mekkaniżmi nazzjonali ta’ rkupru ta’ dejn mhux ikkontestata, sabiex jinkiseb dan l-għan, huwa jintroduċi strument uniformi ta’ rkupru ta’ tali dejn, li jiggarantixxi kundizzjonijiet identiċi għall-kredituri u għad-debituri fl-Unjoni kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, l-imsemmi għan jitqiegħed inkwistjoni kieku l-Istati Membri setgħu, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, jippreskrivu, b’mod ġenerali, rekwiżiti addizzjonali li għandhom jiġu sodisfatti bl-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea. Fil-fatt, tali rekwiżiti ma jagħtux biss lok għall-impożizzjoni, fid-diversi Stati Membri, ta’ kundizzjonijiet diverġenti għal tali applikazzjoni, iżda jwasslu wkoll għaż-żieda fil-kumplessità, fit-tul u fl-ispejjeż tal-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija biss l-interpretazzjoni li l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1896/2006 jirregola b’mod eżawrjenti l-kundizzjonijiet li għandha tissodisfa l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea li tiggarantixxi l-osservanza tal-għan tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-qorti nazzjonali tistax, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistieden lill-pretendent sabiex jikkompleta l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea sabiex din tkun tindika l-valur tas-suġġett tal-kawża f’valuta Pollakka sabiex ikunu jistgħu jiġu kkalkolati l-ispejjeż legali, għandu jiġi kkonstatat li huwa ammess li din il-qorti tistrieħ, għal dan il-għan, fuq l-Artikolu 25(2) tar-Regolament Nru 1896/2006, li jipprovdi li l-ammont tal-ispejjeż legali għandu jiġi ffissat skont id-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi kkonstatat li, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni ta’ mekkaniżmi nazzjonali ta’ rkupru ta’ djun mhux ikkontestati, il-modalitajiet proċedurali ta’ determinazzjoni tal-ammont tal-ispejjeż legali jaqgħu, suġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 tal-imsemmi<?PAGE NO="8"?> regolament, taħt l-ordinament ġuridiku intern tal-Istati Membri skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali ta’ dawn tal-aħħar. Madankollu, dawn il-modalitajiet ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern (prinċipju ta’ ekwivalenza) u lanqas li jkunu tali li jrendu impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Banco Español de Crédito, C-618/10, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-qorti nazzjonali tibqa’, bħala prinċipju, ħielsa li tikseb l-informazzjoni li teħtieġ dwar il-valur tas-suġġett tal-kawża skont il-modalitajiet previsti mid-dritt nazzjonali tagħha, dejjem sakemm ir-rekwiżiti proċedurali marbuta mad-determinazzjoni tal-ispejjeż legali ma jikkawżaw la tul eċċessiv tal-proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ ħlas u lanqas iċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal tali ordni.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għall-ewwel domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1896/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li jirregola b’mod eżawrjenti l-kundizzjonijiet li għandha tissodisfa l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea. Il-qorti nazzjonali tibqa’, skont l-Artikolu 25 ta’ dan ir-regolament u b’riżerva għall-kundizzjonijiet imsemmija f’dan l-artikolu, libera li tiddetermina l-ammont tal-ispejjeż legali skont il-modalitajiet previsti mid-dritt nazzjonali tagħha, dejjem sakemm dawn il-modalitajiet ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern u li huma ma jrendux impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u r-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet u r-raba’ domandi tagħha, il-qorti ta’ rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 4 u 7(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1896/2006 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-pretendent milli, fil-kuntest tal-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea, jitlob l-interessi għall-perijodu mid-data tal-eżiġibbiltà tagħhom sad-data ta’ ħlas tal-ammont prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1896/2006, id-dejn pekunjarju li tiegħu qed jintalab l-irkupru fil-kuntest tal-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea għandu jkun disponibbli fi flus u eżiġibbli, filwaqt li l-Artikolu 7(2)(ċ) tal-imsemmi regolament jipprovdi li, jekk jintalbu interessi fuq id-dejn, l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas għandha tindika r-rata ta’ interessi u l-perijodu li għalih qed jintalbu.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn naħa, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-interessi mitluba fil-kuntest tal-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea għandhomx ikunu disponibbli fi flus u eżiġibbli fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1896/2006, għandu jiġi kkonstatat li l-interpretazzjoni litterali ta’ dan l-artikolu ma jipprovdix indikazzjoni preċiża f’dan ir-rigward, ġaladarba b’mod partikolari din id-dispożizzjoni tirreferi, b’mod ġenerali għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>talbiet ta’ flus [dejn pekunjarju]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li jistgħu jintalbu fil-kuntest ta’ proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu għandu jiġi enfasizzat li mill-kuntest li fih tidħol din id-dispożizzjoni, u b’mod partikolari minn interpretazzjoni magħquda tagħha mal-Artikolu 7(2)(ċ) tal-imsemmi regolament, jirriżulta li l-kundizzjonijiet ta’ likwidità u ta’ eżiġibbiltà tad-dejn li jirriżultaw fihom ma jinkludux l-interessi.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħal ma tenfasizza ġustament il-Kummissjoni Ewropea, ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 1896/2006 ma jirrikjedi li l-pretendent jindika, fl-applikazzjoni tiegħu għal ordni ta’ ħlas Ewropea, l-ammont eżatt tal-interessi. B’mod partikolari, l-Artikolu 7(2)(ċ) ta’ dan ir-regolament jipprovdi biss, għall-każ fejn jintalbu interessi fuq id-dejn, li hemm lok li tiġi indikata r-rata ta’ interessi kif ukoll il-perijodu li għalih qed jintalbu l-interessi, liema fatt huwa wara kollox rifless mill-formola ta’ applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea li tinsab fl-Anness I tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-imsemmi Artikolu 7(2)(ċ) jipprekludix it-talba ta’ interessi għall-perijodu mid-data tal-eżiġibbiltà tagħhom sad-data tal-ħlas tal-ammont prinċipali, għandu jiġi enfasizzat li, filwaqt li ma jirrikjedix l-indikazzjoni tal-ammont tal-interessi fl-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas, huwa lanqas ma jispeċifika d-data sa liema jistgħu jintalbu dawn l-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-imsemmija dispożizzjoni għandha tiġi interpretata b’mod partikolari fid-dawl tal-għan tar-Regolament Nru 1896/2006, li hu, bħal ma ġie indikat fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, mhux biss li jiġi stabbilit mekkaniżmu sempliċi, iktar bil-ħeffa u effikaċi ta’ rkupru tad-dejn pekunjarju inkontestat, iżda wkoll li jnaqqas l-ispejjeż ta’ tali proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li interpretazzjoni tal-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1896/2006 li ċċaħħad lill-pretendent mill-possibbiltà li jitlob l-interessi li ddekorrew sad-data ta’ ħlas tal-ammont prinċipali ma tikkorrispondix mal-imsemmi għan. Fil-fatt, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 66 tal-konklużjonijiet tiegħu, kieku t-talba għal interessi kellha tkun limitata għall-interessi li ddekorrew fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea jew fid-data tal-għoti ta’ tali ordni, il-pretendent ikun f’pożizzjoni li jikseb l-interessi kollha dovuti sad-data tal-ħlas tal-ammont prinċipali biss permezz ta’ ħafna applikazzjonijiet suċċessivi, jiġifieri applikazzjoni inizjali għall-ammont prinċipali u l-interessi li ddekorrew, segwita minn applikazzjoni intiża għall-ħlas tal-interessi li jkunu fadlu għall-perijodu mill-preżentata tal-applikazzjoni inizjali jew mill-għoti tal-ordni ta’ ħlas sal-ħlas tal-ammont prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li interpretazzjoni tal-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1896/2006 li ma tippermettiex li jintalbu l-interessi li ddekorrew sad-data tal-ħlas tal-ammont prinċipali tista’ żżid it-tul u l-kumplessità tal-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea u żżid l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Qabel kollox, tali interpretazzjoni tista’ tiddiswadi lill-pretendent milli jibda’ proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea u tinċentivah pjuttost sabiex jirrikorri għall-proċeduri nazzjonali li jippermettulu jikseb l-interessi kollha. Għalkemm huwa, ċertament, minnu, hekk kif tipprovdi l-premessa 10 tar-Regolament Nru 1896/2006, li l-proċedura stabbilita minn dan ir-regolament jikkostitwixxi biss strument supplimentari u fakultattiv meta mqabbel ma’ dawk previsti mid-dritt nazzjonali, xorta jibqa’ l-fatt li, sabiex dan il-perijodu jirrappreżenta għażla vera għall-kredituri, dawn tal-aħħar għandhom ikunu f’pożizzjoni li jinvokaw l-istess drittijiet bħalma jagħmlu taħt il-proċeduri nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-Artikoli 4 u 7(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1896/2006 ma jipprekludux lill-pretendent milli jitlob, fil-kuntest tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, l-interessi li ddekorrew sad-data ta’ ħlas tal-ammont prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni ma titqiegħedx inkwistjoni mill-argumenti mressqa mill-gvern Portugiż u mill-gvern tar-Renju Unit favur l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fis-sens li l-interessi ma jistgħux jintalbu għall-perijodu wara l-għoti tal-ordni ta’ ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, bil-kontra ta’ dak li jsostni l-gvern tar-Renju Unit, iċ-ċirkustanza li l-linji gwida dwar kif għandha timtela’ l-formola għal applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea, li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament Nru 1896/2006, isemmu biss, fil-punt 7, li l-possibbiltà li jintalbu l-interessi li ddekorrew sad-data tad-deċiżjoni tal-qorti dwar tali talba, ma tistax iċċaħħad lill-pretendent mill-possibbiltà li jitlob ukoll l-interessi li ddekorrew wara din id-data. Fil-fatt, għalkemm dawn il-linji<?PAGE NO="10"?> gwida jistgħu mingħajr dubju jservu ta’ għajnuna għall-interpretazzjoni tal-imsemmi regolament, dawn, hekk kif ikkonstata l-Avukat Ġenerali fil-punt 86 tal-konklużjonijiet tiegħu, huma biss ta’ natura indikattiva, li ma jkoprux, b’mod eżawrjenti, is-sitwazzjonijiet kollha li jistgħu jirriżultaw fil-prattika.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument tal-Gvern Portugiż ibbażat fuq l-Artikolu 12(3)(a) tar-Regolament Nru 1896/2006, għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni tipprovdi li fl-ordni ta’ ħlas Ewropea, il-konvenut huwa informat dwar l-ammont li għandu jħallas lill-pretendent. Issa, il-konvenut huwa informat dwar dan l-ammont mhux biss meta l-ammonti finali tal-ammont prinċipali u tal-interessi jinsabu mniżżla fl-ordni ta’ ħlas Ewropea, iżda wkoll fl-ipoteżi fejn din l-ordni tindika l-ammont prinċipali kif ukoll ir-rata ta’ interessi u l-perijodu li għalih qed jintalbu dawn l-interessi. Barra minn hekk, interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni li ma tippermettix lill-pretendent jitlob l-interessi li ddekorrew sad-data ta’ ħlas tal-ammont prinċipali hija, għar-raġunijiet imsemmija fil-punti 44 sa 46 ta’ din is-sentenza, kuntrarja għall-għan ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1896/2006 ma jistgħux, fihom infushom, mingħajr bażi legali li tirregola r-relazzjoni ġuridika bejn il-pretendent u l-konvenut, jikkostitwixxu bażi legali għat-talba ta’ interessi li ddekorrew sad-data tal-ħlas ta’ dan id-dejn. Fil-fatt, peress li r-Regolament Nru 1896/2006 jirregola biss l-aspetti proċedurali tal-mekkaniżmu ta’ ordni ta’ ħlas, kull kwistjoni li taqa’ taħt id-dritt materjali, inkluża dik tat-tip ta’ interessi li jistgħu jintalbu fil-kuntest ta’ din il-proċedura, tibqa’, bħala prinċipju, irregolata mid-dritt applikabbli għar-relazzjoni bejn partijiet li minnhom jirriżulta d-dejn inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-risposta għat-tielet u r-raba’ domandi għandha tkun li l-Artikoli 4 u 7(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1896/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li pretendent jitlob, fil-kuntest tal-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea, l-interessi għall-perijodu mid-data tal-eżiġibbiltà tagħhom sad-data ta’ ħlas tal-ammont prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, b’liema mod għandha timtela’ l-formola għal ordni ta’ ħlas Ewropea li tinsab fl-Anness V tar-Regolament Nru 1896/2006, jekk jiġi ordnat lill-konvenut iħallas lill-pretendent l-interessi li ddekorrew sad-data tal-ħlas tal-ammont prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi speċifikat li, fl-imsemmija formola, tinsab linja orizzontali intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Imgħax [minn]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> maġenb tliet kolonni vertikali, intitolati rispettivament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Munita<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Ammount<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Data (jum/xahar/sena)<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, bħal ma jirriżulta mill-premessa 11 tar-Regolament Nru 1896/2006, li l-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea għandha tibbaża ruħha, sa fejn huwa possibli, fuq l-użu ta’ formoli standard sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvolġiment tagħha u sabiex ikun jista’ jsur użu mill-informatika.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Issa, peress li l-formoli huma bbażatu fuq l-iktar sitwazzjonijiet tipiċi li jistgħu jirriżultaw fil-prattika, għandu jiġi kkonstatat li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn il-formola għal ordni ta’ ħlas Ewropea ma tipprovdix espressament il-possibbiltà li jiġi indikat li l-konvenut għandu l-obbligu li jħallas lill-pretendent l-interessi li ddekorrew sad-data ta’ ħlas tal-ammont prinċipali, il-kontenut tal-imsemmija formola għandu jiġi adattat għaċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, b’tali mod li l-qorti tista’ tieħu tali deċiżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>B’hekk, il-formola għal ordni ta’ ħlas Ewropea għandha timtela’ b’mod li tippermetti lill-konvenut, minn naħa, li jifhem mingħajr ebda dubju d-deċiżjoni li huwa għandu jħallas lill-pretendent l-interessi li ddekorrew sad-data tal-ħlas tal-ammont prinċipali u, min-naħa l-oħra li jidentifika b’mod ċar ir-rata ta’ interessi kif ukoll id-data li minnha dawn l-interessi qegħdin jintalbu. Sa fejn dawn ir-rekwiżiti huma osservati, il-modalitajiet konkreti relatati ma’ kif għandha timtela’ l-imsemmija formola jistgħu jiġu ddeterminati mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Bħala eżempju, il-qorti nazzjonali tista’ tindika, fil-formola għal ordni ta’ ħlas Ewropea, il-valuta fil-kolonna prevista għal dan il-għan, ir-rata ta’ interessi fil-kolonna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Amount<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> kif ukoll, fil-kolonna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Data (jum/xahar/sena)<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, il-preċiżazzjoni li l-konvenut għandu l-obbligu jħallas l-interessi minn ċertu data sad-data ta’ ħlas tal-ammont prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ħames domanda għandha tkun li, meta jiġi ordnat lill-konvenut iħallas lill-pretendent l-interessi li ddekorrew sad-data ta’ ħlas tal-ammont prinċipali, il-qorti nazzjonali tibqa’ libera li tagħżel il-modalitajiet konkreti sabiex tiġi kkompletata l-formola ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea, li tinsab fl-Anness V tar-Regolament Nru 1896/2006, sa fejn il-formola hekk ikkompletata tippermetti lill-konvenut, minn naħa, li jiddistingwi mingħajr ebda dubju d-deċiżjoni li tgħid li għandu jħallas l-interessi li ddekorrew sad-data tal-ħlas tal-ammont prinċipali u, min-naħa l-oħra, li jidentifika b’mod ċar ir-rata ta’ interessi kif ukoll id-data li minnha ntalbu dawn l-interessi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt, is-seba’ u t-tmien domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tielet u għar-raba’ domandi, ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domandi l-oħra magħmula.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirregola b’mod eżawrjenti l-kundizzjonijiet li għandha tissodisfa l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea.</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">Il-qorti nazzjonali tibqa’, skont l-Artikolu 25 ta’ dan ir-regolament u b’riżerva għall-kundizzjonijiet imsemmija f’dan l-artikolu, libera li tiddetermina l-ammont tal-ispejjeż legali skont il-modalitajiet previsti mid-dritt nazzjonali tagħha, dejjem sakemm dawn il-modalitajiet ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern u li huma ma jrendux impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 4 u 7(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1896/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li pretendent jitlob, fil-kuntest tal-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea, l-interessi għall-perijodu mid-data tal-eżiġibbiltà tagħhom sad-data ta’ ħlas tal-ammont prinċipali.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="12"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Meta jiġi ordnat lill-konvenut iħallas lill-pretendent l-interessi li ddekorrew sad-data ta’ ħlas tal-ammont prinċipali, il-qorti nazzjonali tibqa’ libera li tagħżel il-modalitajiet konkreti sabiex tiġi kkompletata l-formola ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea, li tinsab fl-Anness V tar-Regolament Nru 1896/2006, sa fejn il-formola hekk ikkompletata tippermetti lill-konvenut, minn naħa, li jiddistingwi mingħajr ebda dubju d-deċiżjoni li tgħid li għandu jħallas l-interessi li ddekorrew sad-data tal-ħlas tal-ammont prinċipali u, min-naħa l-oħra, li jidentifika b’mod ċar ir-rata ta’ interessi kif ukoll id-data li minnha ntalbu dawn l-interessi.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>