European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/182

3.2.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/182

tal-31 ta’ Jannar 2025

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/901 biex tiġi kkoreġuta l-formula kimika tal-melħ monosodiku tar-riboflavina-5′-fosfat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza riboflavina-5′-fosfat melħ tal-monosodju prodotta bil-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) ġiet awtorizzata bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/901 (2) għal 10 snin.

(2)

Madankollu, il-formula kimika fil-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva mhijiex korretta u jeħtieġ li tiġi sostitwita bil-formula valida.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Korrezzjoni lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/901

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/901, in-numru tal-identifikazzjoni 3a 826, ir-raba’ kolonna “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku”, il-formula “C17H22N4O9PNa” hija sostitwita bil-formula “C17H20N4O9PNa”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/901 tad-29 ta’ Mejju 2019 dwar l-awtorizzazzjoni tar-riboflavina prodotta mill-Ashbya gossypii (DSM 23096), ir-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u r-riboflavina-5’-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) (sorsi ta’ vitamina B2) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 144, 3.6.2019, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/901/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/182/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)