|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/686 |
3.4.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2025/686
tal-1 ta’ April 2025
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova) (EUPM Moldova/1/2025)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/855 tal-24 ta' April 2023 dwar Missjoni ta' Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/855, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat mill-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta' Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Molodova (EUPM Moldova), inkluż is-setgħa biex jinħatar Kap tal-Missjoni fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”). |
|
(2) |
Fis-27 ta’ April 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/871 (2), li taħtar is-Sur Cosmin DINESCU bħala l-Kap tal-Missjoni ta' EUPM Moldova mill-25 ta’ April 2023 sal-24 ta’ April 2024. |
|
(3) |
Fit-23 ta' April 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1202 (3) li testendi l-mandat tas-Sur Cosmin DINESCU bħala Kap tal-Missjoni ta' EUPM Moldova mill-25 ta' April 2024 sal-24 ta' April 2025. |
|
(4) |
Fl-20 ta' Frar 2025, ir-Rappreżentant Għoli pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Cosmin DINESCU bħala Kap tal-Missjoni ta' EUPM Moldova mill-25 ta' April 2025 sal-24 ta' April 2026, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Cosmin DINESCU bħala Kap tal-Missjoni ta' Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Molodova (EUPM Moldova) huwa b’dan estiż mill-25 ta' April 2025 sal-24 ta' April 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2025.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 110, 25.4.2023, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/855/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/871 tas-27 ta’ April 2023 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova) (EUPM Moldova/1/2023) (OJ L 113, 28.4.2023, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/871/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1202 tat-23 ta’ April 2024 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova) (EUPM Moldova/1/2024) (ĠU L, 2024/1202, 24.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1202/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/686/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)