|
8.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/511
tat-26 ta’ Marzu 2020
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposti magħmula mill-Gvern Belġjan, dak Ġermaniż u dak Malti,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 300(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kumitat tar-Reġjuni jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
L-Artikolu 305 tat-Trattat jipprevedi li l-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u numru ugwali ta’ membri supplenti jinħatru mill-Kunsill għal mandat ta’ ħames snin skont il-proposti magħmula minn kull Stat Membru. |
|
(3) |
Ladarba l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni skada fil-25 ta’ Jannar 2020, jenħtieġ li jinħatru membri u membri supplenti ġodda. |
|
(4) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2). Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, il-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern Ċek, Daniż, Estonjan, Ċiprijott, Latvjan, Lussemburgiż, Netherlandiż, Awstrijak, Rumen, Sloven, Slovakk u dak Żvediż. Id-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 ħatret ukoll għall-istess perijodu tliet membri proposti mill-Gvern Belġjan, 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż, tmien membri u tmien membri supplenti proposti mill-Gvern Irlandiż, 16-il membru u 16-il membru supplenti proposti mill-Gvern Spanjol, 10 membri u 14-il membru supplenti proposti mill-Gvern Taljan, erba’ membri u erba’ membri supplenti proposti mill-Gvern Malti u tmien membri u tmien membri supplenti proposti mill-Gvern Finlandiż. Il-membri u l-membri supplenti li għalihom ma waslux proposti lill-Kunsill mill-Istati Membri rispettivi qabel il-15 ta’ Novembru 2019 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2019/2157. |
|
(5) |
Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (3). Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, lill-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern Grieg, Franċiż, Kroat, Litwan, Ungeriż u dak Portugiż, kif ukoll erba’ membri u erba’ membri supplenti proposti mill-Gvern Belġjan, membru wieħed propost mill-Gvern Bulgaru, membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Irlandiż, membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Spanjol, 14-il membru u 10 membri supplenti proposti mill-Gvern Taljan u 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Pollakk. Il-membri u l-membri supplenti li għalihom ma waslux proposti lill-Kunsill mill-Istati Membri rispettivi qabel l-20 ta’ Diċembru 2019 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2020/102. |
|
(6) |
Fit-3 ta’ Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/144 (4). Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, erba’ membri u erba’ membri supplenti proposti mill-Gvern Spanjol, kif ukoll membru u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Finlandiż. Il-membri u l-membri supplenti li għalihom ma waslux proposti lill-Kunsill mill-Istati Membri rispettivi qabel it-23 ta’ Jannar 2020 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2020/144. |
|
(7) |
Il-Belġju ppropona l-kandidati tiegħu għas-siġġijiet tal-membri u tal-membri supplenti tiegħu li fadal, il-Ġermanja pproponiet il-kandidat tagħha għal membru supplenti wieħed u Malta pproponiet il-kandidat tagħha għal membru wieħed. Dawk il-membri u l-membri supplenti jenħtieġ li jinħatru għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika b’mod retroattiv mis-26 ta’ Jannar 2020. |
|
(8) |
Il-ħatra tal-membri u l-membri supplenti l-oħra li għalihom għad ma ġewx ikkomunikati proposti lill-Kunsill ser issir fi stadju aktar tard, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025:
|
— |
bħala membri, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness I; |
|
— |
bħala membri supplenti, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness II. |
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mis-26 ta’ Jannar 2020.
Magħmul fi Brussell, it-26 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/144 tal-3 ta’ Frar 2020 li taħtar il-membri u membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 32, 4.2.2020, p. 16).
ANNESS I
ПРИЛОЖЕНИЕ I - ANEXO I - PŘÍLOHA I - BILAG I - ANHANG I - I LISA -ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι - ANNEX I - ANNEXE I - PRILOG I - ALLEGATO I -I PIELIKUMS - I PRIEDAS - I. MELLÉKLET - ANNESS I - BIJLAGE I -ZAŁĄCZNIK I - ANEXO I - ANEXA I - PRÍLOHA I - PRILOGA I - LIITE I - BILAGA I
Членове/Miembros/Členové/Medlemmer/Mitglieder/Liikmed/Μέλη/Members/Membres/Članovi/Membri/Locekļi/Nariai/Tagok/Membri/Leden/Członkowie/Membros/Membri/Členovia/Člani/Jäsenet/Ledamöter
BELGIË/BELGIQUE/BELGIEN
Mr Andries GRYFFROY
Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament
Ms Joke SCHAUVLIEGE
Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament
Mr Willem-Frederik SCHILTZ
Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament
Mr Koen VANDENHEUVEL
Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament
Mr Karl VANLOUWE
Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament
MALTA
Mr Anthony MIFSUD
Member of a Regional Executive: North Region
ANNESS II
ПРИЛОЖЕНИЕ II - ANEXO II - PŘÍLOHA II - BILAG II - ANHANG II - II LISA -ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ ΙΙ - ANNEX II - ANNEXE II - PRILOG II - ALLEGATO II -II PIELIKUMS - II PRIEDAS - II. MELLÉKLET - ANNESS II - BIJLAGE II -ZAŁĄCZNIK II - ANEXO II - ANEXA II - PRÍLOHA II - PRILOGA II - LIITE II - BILAGA II
Заместник-членове/Suplentes/Náhradníci/Suppleanter/Stellvertreter/Asendusliikmed/Αναπληρωτές/Alternate members/Suppléants/Zamjenici članova/Supplenti/Aizstājēji/Pakaitiniai nariai/Póttagok/Membri Supplenti/Plaatsvervangers/Zastępcy członków/Suplentes/Supleanți/Náhradníci/Nadomestni člani/Varajäsenet/Suppleanter
BELGIË/BELGIQUE/BELGIEN
Ms Karin BROUWERS
Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament
Ms Allessia CLAES
Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament
Mr Steven COENEGRACHTS
Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament
Mr Jan DURNEZ
Representative of a regional body with political accountability to an elected Assembly: Council of the province of West-Vlaanderen
Mr Joris NACHTERGAELE
Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament
Mr Yonnec POLET
Member of a Local Assembly: Municipal Council of Berchem-Sainte-Agathe
Ms Annabel TAVERNIER
Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament
Mr Jean-Luc VANRAES
Member of a Local Assembly: Municipal Council of Uccle
DEUTSCHLAND
Mr Andreas DITTMANN
Representative of a local body with political accountability to an elected Assembly: Landtag von Sachsen-Anhalt