24.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/3


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1933 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

(2017/C 358/05)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 (1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1933 (2) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 (3) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom ikomplu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2017/1933 u fir-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/1755, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel it-2 ta' Lulju 2018, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tasal ser jittieħed kont tagħha għall-fini tar-reviżjoni li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2017/1933 u l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2015/1755 tal-lista ta' persuni deżinjati.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 u fir-raba’ u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37.

(2)  ĠU L 273, 24.10.2017, p. 9.

(3)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 1.