<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-28/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0028</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:673">EU:C:2019:673</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190905">5.9.2019</DATE> – Kawża C‑28/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Verein für Konsumenteninformation</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat‑trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 260/2012</KEYWORD><KEYWORD>Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA)</KEYWORD><KEYWORD>Pagamenti permezz ta’ debitu dirett</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9(2)</KEYWORD><KEYWORD>Aċċessibbiltà tal-pagamenti</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit ta’ residenza</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑28/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20180117">17 ta’ Jannar 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Verein für Konsumenteninformation</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Deutsche Bahn AG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan (Relatur), President tal-Awla, C. Lycourgos, E. Juhász, M. Ilešič u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: D. Dittert, Kap ta’ Unità,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20190130">30 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Verein für Konsumenteninformation, minn S. Langer, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal Deutsche Bahn AG, minn C. Pöchhacker u L. Riede, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Tserepa‑Lacombe u T. Scharf, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20120314">14 ta’ Marzu 2012</DATE> li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 94, p. 22</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Verein für Konsumenteninformation (Assoċjazzjoni għall-Informazzjoni tal-Konsumaturi, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>VKI<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Deutsche Bahn AG fir-rigward tal-impossibbiltà li l-vjaġġaturi li ma għandhomx residenza fil-Ġermanja jħallsu l-biljetti rriżervati fuq is-sit internet ta’ din il-kumpannija permezz ta’ debitu dirett iddenominat fl-euro mwettaq permezz tal-iskema ta’ debiti diretti stabbilita fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>debitu dirett SEPA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 6, 9, 10 u 32 tar-Regolament Nru 260/2012 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(1)</NO.P><TXT>Il-ħolqien ta’ suq integrat għall-pagamenti elettroniċi bl-euro, mingħajr l-ebda distinzjoni bejn pagamenti nazzjonali u transkonfinali hu meħtieġ għall-funzjonament xieraq tas-Suq Intern. Għal dak il-għan, il-proġett taż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>is-SEPA<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) għandu l-għan li jiżviluppa servizzi ta’ pagamenti komuni għall-Unjoni kollha biex jieħdu post is-servizzi attwali ta’ pagament nazzjonali. B’konsegwenza tal-introduzzjoni ta’ standards, regoli u prassi komuni u miftuħa tal-pagamenti, u permezz tal-ipproċessar integrat tal-pagamenti, is-SEPA għandha tipprovdi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lin-negozji b’servizzi ta’ pagament bl-euro sikuri, bi prezzijiet kompetittivi, faċli jintużaw u affidabbli. Dan għandu japplika għall-pagamenti SEPA fi ħdan u bejn il-fruntieri nazzjonali taħt l-istess kundizzjonijiet bażiċi u skont l-istess drittijiet u obbligi, jkunu fejn ikunu fl-Unjoni. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Hija biss migrazzjoni rapida u komprensiva lejn it-trasferimenti tal-krediti u d-debiti diretti fl-Unjoni kollha li se tiġġenera l-benefiċċji sħaħ ta’ suq tal-pagamenti integrat, sabiex l-ispejjeż għolja tat-tħaddim b’mod parallel tal-prodotti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>li ilhom jintużaw<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> kif ukoll tas-SEPA jkunu jistgħu jiġu eliminati. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli sabiex ikopru t-twettiq tat-trasferimenti tal-krediti kollha u t-tranżazzjonijiet tad-debiti diretti denominati fl-euro fl-Unjoni. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Għat-twettiq ta’ trasferiment tal-kreditu, il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jkun aċċessibbli. Għaldaqstant, sabiex tiġi inkoraġġita l-adozzjoni b’suċċess madwar l-Unjoni kollha ta’ servizzi ta’ trasferiment ta’ kreditu u ta’ debitu dirett, għandu jiġi stabbilit obbligu tal-aċċessibbiltà fl-Unjoni kollha. Sabiex titjieb it-trasparenza, huwa wkoll xieraq li jiġu kkonsolidati f’att uniku dak l-obbligu u l-obbligu tal-aċċessibbiltà għad-debiti diretti li diġà huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 924/2009 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="266" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 266, p. 11</REF.DOC.OJ>)]. Il-kontijet ta’ pagament tal-benefiċjarju kollha aċċessibbli għal trasferiment ta’ kreditu nazzjonali għandhom ikunu aċċessibbli wkoll permezz ta’ skema ta’ trasferiment ta’ kreditu applikabbli fl-Unjoni kollha. Il-kontijiet kollha ta’ pagament ta’ min iħallas aċċessibbli għal trasferiment ta’ debitu dirett nazzjonali għandhom ikunu aċċessibbli wkoll permezz ta’ skema ta’ debitu dirett applikabbli fl-Unjoni kollha. Dan għandu japplika ukoll jekk il-PSP jiddeċidi li jipparteċipa jew le għal skema partikulari ta’ trasferiment ta’ kreditu jew ta’ debitu dirett.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>L-interoperabilità teknika hi prerekwiżit għall-kompetizzjoni. Sabiex jinħoloq suq integrat għas-sistemi ta’ pagament elettroniċi bl-euro, hu essenzjali li l-ipproċessar tat-trasferimenti tal-kreditu u d-debiti diretti ma jkunx imfixkel minn regoli tan-negozju jew ostakli tekniċi bħall-adeżjoni obbligatorja għal iktar minn sistema waħda għas-saldu ta’ pagamenti transkonfinali. Trasferiment ta’ kreditu u debiti diretti għandhom jitwettqu skont skema li r-regoli bażiċi tagħha għandhom jiġu addottati mill-PSPs li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-PSPs fil-maġġoranza tal-Istati Membri u jikkostitwixxu il-maġġoranza tal-PSPs fl-Unjoni u li jkunu l-istess għat-trasferimenti tal-krediti u għat-tranżazzjonijiet tad-debiti diretti, kemm transkonfinali kif ukoll purament nazzjonali. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(32)</NO.P><TXT>Sabiex jiġi żgurat appoġġ pubbliku wiesa’ għas-SEPA, huwa essenzjali li jkun hemm livell għoli ta’ protezzjoni għal min iħallas, b’mod partikolari għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett. L-unika skema ta’ debitu dirett għall-konsumaturi pan-Ewropea kurrenti żviluppata mill-EPC tipprovdi għal dritt ta’ rifużjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>mingħajr mistoqsijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, bla kundizzjonijiet għall-pagamenti awtorizzati f’perijodu ta’ tmien ġimgħat mid-data li fiha l-fondi kienu debitati, waqt li dak id-dritt ta’ rifużjoni huwa suġġett għal diversi kondizzjonijiet skont l-Artikoli 62 u 63 tad-Direttiva 2007/64/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20071113">13 ta’ Novembru 2007</DATE> dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 319, p. 1</REF.DOC.OJ>)]. Fid-dawl tas-sitwazzjoni prevalenti tas-suq u tal-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-impatt ta’ dawk id-dispożizzjonijiet għandu jkun evalwat fir-rapport li, skont l-Artikolu 87 tad-Direttiva 2007/64/KE, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20121101">1 ta’ Novembru 2012</DATE>, tressaq quddiem il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-[Bank Ċentrali Ewropew] akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposta għar-reviżjoni tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 260/2012, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Suġġett u ambitu [kamp ta’ applikazzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għat-tranżazzjonijiet ta’ trasferiment tal-kreditu u ta’ debiti diretti denominati fl-euro fi ħdan l-Unjoni meta kemm il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min iħallas kif ukoll il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-benefiċjarju jkunu jinsabu fl-Unjoni, jew fejn il-fornitur tas-servizz ta’ pagament uniku (PSP) involut fit-tranżazzjoni tal-pagament ikun jinsab fl-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>debitu dirett<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tfisser servizz ta’ pagament nazzjonali jew transkonfinali għad-debitu ta’ kont ta’ pagament ta’ min iħallas, meta tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju abbażi tal-kunsens ta’ min iħallas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>min iħallas<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> tfisser pesuna fiżika jew ġuridika li jkollha kont ta’ pagament u tippermetti ordni ta’ pagament minn dak il-kont ta’ pagament, jew, kont ta’ pagament fejn ma jkun hemm l-ebda kont ta’ pagament ta’ min iħallas, tkun persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel ordni ta’ pagament għall-kont ta’ pagament ta’ benefiċjarju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>benefiċjarju<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont tal-pagament u li tkun ir-reċipjent intiż tal-fondi li kienu s-suġġett tat-tranżazzjoni ta’ pagamenti;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>kont ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tfisser kont miżmum f’isem ta’ utent wieħed jew iżjed tas-servizz ta’ pagament li jintuża għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagamenti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>mandat<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> tfisser l-espressjoni ta’ kunsens u awtorizzazzjoni mogħtija minn min iħallas lill-benefiċjarju u (direttament jew indirettament permezz tal-benefiċjarju) lill-PSP ta’ min iħallas biex jippermetti lill-benefiċjarju jibda jiġbor id-debitu tal-kont tal-pagament speċifikat ta’ min iħallas u biex il-PSP ta’ min iħallas ikun jista’ jikkonforma ma’ tali istruzzjonijiet;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(26)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>tranżazzjoni ta’ pagament transkonfinali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tfisser tranżazzjoni ta’ pagament mibdija minn min se jħallas jew minn benefiċjarju fejn il-PSP ta’ min se jħallas u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(27)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>tranżazzjoni ta’ pagament nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tfisser tranżazzjoni ta’ pagament mibdija minn min se jħallas jew minn benefiċjarju, fejn il-PSP ta’ min se jħallas u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…].<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Aċċessibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Il-PSP tal-benefiċjarju li huwa aċċessibbli għal trasferiment taħt skema ta’ pagament għandu jkun aċċessibbli, skont ir-regoli tal-iskema ta’ pagament applikabbli madwar l-Unjoni kollha, għat-trasferimenti tal-krediti mibdija minn min iħallas permezz ta’ PSP li jinsab fi kwalunkwe Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Aċċessibbiltà tal-pagamenti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jistabbilixxi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Benefiċjarju li jaċċetta trasferimenti ta’ kreditu jew juża’ debitu dirett biex jiġbor il-fondi minn min irid iħallas li għandu kont ta’ pagament fl-Unjoni ma għandhux jispeċifika l-Istat Membru li fih dak il-kont ta’ pagament għandu jinstab, sakemm dak il-kont ta’ pagament ikun aċċessibbli skont l-Artikolu 3.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>VKI għandha, skont il-leġiżlazzjoni Awstrijaka, <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> għall-finijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Deutsche Bahn hija impriża ta’ trasport ferrovjarju li s-sede tagħha hija stabbilita f’Berlin (il-Ġermanja). Hija tippermetti li l-konsumaturi jirriżervaw vjaġġi ferrovjarji internazzjonali fuq is-sit internet tagħha. Għal dan il-għan, hija tikkonkludi, abbażi tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ trasport tagħha, kuntratti ma’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont waħda mill-klawżoli inklużi f’dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ trasport, il-biljetti rriżervati fuq is-sit internet ta’ Deutsche Bahn jistgħu jitħallsu permezz ta’ karta ta’ kreditu, permezz ta’ PayPal, permezz ta’ trasferiment bankarju instantanju jew permezz ta’ debitu dirett SEPA. Skont din il-klawżola, dan l-aħħar metodu ta’ ħlas huwa madankollu aċċettat biss suġġett għall-osservanza ta’ diversi kundizzjonijiet, jiġifieri li min iħallas għandu residenza fil-Ġermanja, li jagħti l-kunsens għad-debitu dirett fuq kont f’bank jew f’bank ta’ tfaddil li għandu s-sede tiegħu fi Stat li jipparteċipa<?PAGE NO="5"?> fis-SEPA, li huwa jordna lill-bank jew lill-bank ta’ tfaddil jonora d-debitu dirett u li huwa jirreġistra ruħu fuq is-sit internet ta’ Deutsche Bahn. Barra minn hekk, l-attivazzjoni tad-debitu dirett SEPA teħtieġ li min iħallas jagħti l-kunsens tiegħu għal analiżi ta’ solvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>VKI adixxiet lill-Handelsgericht Wien (il-Qorti Kummerċjali ta’ Vjenna, l-Awstrija) b’rikors għal inġunzjoni sabiex Deutsche Bahn tiġi kkundannata tieqaf tuża l-imsemmija klawżola fil-kuntratti tagħha mal-konsumaturi. Insostenn ta’ dan ir-rikors, VKI sostniet li l-klawżola inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li min iħallas għandu, b’mod partikolari, ikollu, sabiex iwettaq ħlas permezz ta’ debitu dirett SEPA, residenza fil-Ġermanja, tmur kontra l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012, peress li, minn naħa, il-kont ta’ ħlas ta’ konsumatur jinsab, bħala regola ġenerali, fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħu u li, min-naħa l-oħra, din il-klawżola timponi xkiel saħansitra iktar sinjifikattiv minn kundizzjoni li teħtieġ il-ftuħ, minn min iħallas, ta’ kont ta’ ħlas fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Deutsche Bahn sostniet, min-naħa tagħha, li r-Regolament Nru 260/2012, peress li huwa indirizzat għall-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas, huwa intiż li jipproteġi l-ħlasijiet u mhux lil min iħallas. Dan ir-regolament ma jimponix fuq il-benefiċjarji tal-pagamenti li jipproponu d-debitu dirett SEPA lill-konsumaturi kollha fl-Unjoni kollha. Barra minn hekk, il-konsumaturi għandhom metodi alternattivi ta’ ħlas għax-xiri ta’ biljetti fuq is-sit internet tagħha. Fi kwalunkwe każ, il-kundizzjoni dwar ir-residenza tal-konsumatur hija ġġustifikata. Fil-fatt, fil-kuntest ta’ skema ta’ debitu dirett, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas, bil-kontra ta’ dak li huwa l-każ għal skemi oħra ta’ ħlas, ma jipprovdi ebda garanzija ta’ ħlas lill-benefiċjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20160713">13 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-Handelsgericht Wien (il-Qorti Kummerċjali ta’ Vjenna) laqgħet it-talba ta’ VKI għall-konsumaturi li għandhom ir-residenza tagħhom fl-Awstrija, wara li osservat li l-imsemmija klawżola kienet tmur kontra l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-appell, l-Oberlandesgericht Wien (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Vjenna, l-Awstrija), permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20170314">14 ta’ Marzu 2017</DATE>, annullat din is-sentenza u ċaħdet it-talba ta’ VKI, għar-raġuni li, għalkemm l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012 jiggarantixxi lil min iħallas kif ukoll lill-benefiċjarji li huma għandu jkollhom biss kont wieħed ta’ ħlas sabiex ikunu jistgħu jwettqu pagamenti nazzjonali u transkonfinali permezz ta’ debiti diretti, dan ir-regolament ma jobbligax lill-benefiċjarji jaċċettaw, fil-każijiet kollha, strumenti ta’ ħlas speċifiċi għall-ħlas tat-tranżazzjonijiet kummerċjali ma’ konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), adita fl-appell minn VKI, tqis li, billi jipprojbixxi lil min iħallas u lill-benefiċjarji milli jispeċifikaw l-Istat Membru li fih għandu jkun jinsab il-kont tal-parti l-oħra, l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012 ma huwiex indirizzat għall-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas, iżda japplika għar-relazzjonijiet bejn il-benefiċjarji u min iħallas u, għaldaqstant, huwa intiż li jipproteġi lil dawn tal-aħħar. Issa, għalkemm huwa minnu li, interpretata letteralment, din id-dispożizzjoni sempliċement tipprojbixxi l-iffissar ta’ kriterju ta’ lokalizzazzjoni ġeografika tal-kont tal-ħlas, xorta jibqa’ l-fatt li klawżola bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi d-debitu dirett SEPA meta min iħallas ma għandux ir-residenza tiegħu fl-istess Stat Membru bħal dak li fih il-benefiċjarju stabbilixxa s-sede tal-attivitajiet tiegħu, tista’ tkun tmur kontra l-imsemmija dispożizzjoni, peress li l-kont tal-ħlas ta’ min iħallas jinstab, bħala regola ġenerali, fl-Istat Membru li fih dan għandu r-residenza tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>L-Artikolu 9(2) tar-[Regolament Nru 260/2012] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-benefiċjarju huwa pprojbit milli jissuġġetta l-aċċettazzjoni ta’ pagamenti permezz ta’ debitu dirett SEPA għall-kundizzjoni li l-persuna li tħallas ikollha d-domċilju tagħha fl-Istat Membru li fih l-benefiċjarju għandu wkoll ir-residenza jew id-domiċilju tiegħu, meta mezzi oħra ta’ pagament, bħal pereżempju permezz ta’ karta ta’ kreditu, ikunu aċċettati wkoll?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi klawżola kuntrattwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-ħlas permezz ta’ debitu dirett SEPA meta min iħallas ma għandux ir-residenza tiegħu fl-istess Stat Membru bħal dak li fih il-benefiċjarju stabbilixxa s-sede tal-attivitajiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-premessa 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 260/2012 ġie adottat fil-kuntest tal-proġett ta’ ħolqien tas-SEPA, intiża sabiex jiġu stabbiliti, għall-pagamenti ddenominati f’euro, servizzi ta’ ħlas komuni għall-Unjoni kollha billi jiġu ssostitwiti s-servizzi ta’ ħlas nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tiegħu, l-għan ta’ dan ir-regolament huwa li jistabbilixxi r-regoli għat-tranżazzjonijiet ta’ trasferiment tal-kreditu u ta’ debiti diretti ddenominati fl-euro fi ħdan l-Unjoni meta kemm il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min iħallas kif ukoll il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-benefiċjarju jkunu jinsabu fl-Unjoni, jew fejn il-fornitur tas-servizz ta’ pagament uniku involut fit-tranżazzjoni tal-pagament ikun jinsab fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-premessi 1 u 6 tal-imsemmi regolament, ir-rekwiżiti tekniċi u kummerċjali previsti minnu japplikaw għall-pagamenti nazzjonali u transkonfinali mwettqa fil-kuntest tas-SEPA skont l-istess kundizzjonijiet bażiċi u skont l-istess drittijiet u obbligi, indipendentement mil-lokalizzazzjoni fl-Unjoni, u dan sabiex tiġi żgurata migrazzjoni kompleta lejn it-trasferimenti u d-debiti diretti stabbiliti fuq il-livell tal-Unjoni u b’dan il-mod jiġi stabbilit suq integrat għall-ħlasijiet elettroniċi f’euro, li fih ma teżisti ebda differenza bejn pagamenti nazzjonali u pagamenti transkonfinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012 jipprevedi li benefiċjarju li juża debitu dirett sabiex jirċievi fondi li joriġinaw minn min iħallas li għandu kont ta’ ħlas fi ħdan l-Unjoni ma għandux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>jippreċiża<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> l-Istat Membru li fih dan il-kont tal-ħlas għandu jkun jinsab, sakemm il-kont ta’ ħlas huwa aċċessibbli skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, peress li għandu jiġi osservat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>debitu dirett<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 2(2) tal-imsemmi regolament bħala li jirrigwarda servizz ta’ pagament nazzjonali jew transkonfinali għad-debitu ta’ kont ta’ pagament ta’ min iħallas, meta tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju abbażi tal-kunsens ta’ min iħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 260/2012, fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min iħallas li huwa aċċessibbli sabiex iwettaq debitu dirett nazzjonali, konformement ma’ skema ta’ ħlas, għandu jkun aċċessibbli, bl-istess mod, hekk kif jirriżulta wkoll mill-premessa 9 ta’ dan ir-regolament, sabiex iwettaq id-debiti diretti mibdija minn benefiċjarju, skont ir-regoli ta’ skema ta’ ħlas fuq il-livell tal-Unjoni, permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jinsab fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalhekk, minn kliem l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012, moqri flimkien mal-Artikolu 3(2) tiegħu, jirriżulta li benefiċjarju ta’ debitu dirett huwa pprojbit milli jimponi li l-kont ta’ min iħallas ikun jinsab fi Stat Membru partikolari, meta dan il-kont huwa aċċessibbli għal debitu dirett nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li, għalkemm il-klawżola inkwistjoni fil-kawża prinċipali timponi fuq min iħallas l-obbligu li jkollu r-residenza tiegħu fl-istess Stat Membru bħal dak li fih il-benefiċjarju stabbilixxa s-sede tal-attivitajiet tiegħu, jiġifieri l-Ġermanja, hija ma teżiġix, min-naħa l-oħra, li min iħallas ikollu kont ta’ ħlas fi Stat Membru speċifiku. Għaldaqstant, tali klawżola ma hijiex imsemmija espliċitament minn kliem l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hemm lok, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li ma jittiħidx inkunsiderazzjoni biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tifforma parti (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181017">17 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Günter Hartmann Tabakvertrieb</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑425/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:830">EU:C:2018:830</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa minnu li l-għan essenzjali tar-Regolament Nru 260/2012, kif imfakkar fil-punti 18 sa 20 ta’ din is-sentenza, huwa li jiġu stabbiliti rekwiżiti tekniċi u kummerċjali, b’mod partikolari fir-rigward tad-debiti diretti, sabiex jiġu stabbiliti servizzi ta’ ħlas komuni fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Dan espost, l-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-regolament, sa fejn jikkonċerna espressament ir-relazzjoni speċifika bejn min iħallas u l-benefiċjarju, jikkontribwixxi wkoll għat-twettiq tal-għan li jikkonsisti f’li jintlaħaq il-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi neċessarju sabiex tiġi żgurata, kif jirriżulta mill-premessa 32 tal-imsemmi regolament, l-adeżjoni ta’ dawn tal-aħħar mas-SEPA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tippermetti l-użu, għall-finijiet ta’ ħlas permezz ta’ debitu dirett, ta’ kont wieħed u uniku ta’ ħlas għal kull tranżazzjoni fi ħdan l-Unjoni, u b’dan il-mod tevita l-ispejjeż marbuta maż-żamma ta’ diversi kontijiet ta’ ħlas, u dan billi tagħmel mod, kif jirriżulta mill-premessa 10 tar-Regolament Nru 260/2012, li l-effett tar-regoli kummerċjali ma jkunx li jostakolaw il-possibbiltà li l-konsumaturi jwettqu, fil-kuntest ta’ suq integrat għall-pagamenti elettroniċi f’euro, kull ħlas lejn kontijiet miżmuma minn benefiċjarji ma’ fornituri ta’ servizzi li jinsabu fi Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li hemm ir-riskju li klawżola, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi distinzjoni bbażata fuq il-kriterju tar-residenza ta’ min iħallas, tkun prinċipalment ta’ detriment għall-konsumaturi li ma għandhomx kont ta’ ħlas fl-Istat Membru li fih il-benefiċjarju stabbilixxa s-sede tal-attivitajiet tiegħu. Fil-fatt, huwa paċifiku li l-konsumaturi għandhom ħafna drabi kont ta’ ħlas fl-Istat Membru li fih huma għandhom ir-residenza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Tali klawżola għalhekk indirettament tammonta għal indikazzjoni tal-Istat Membru li fih għandu jkun jinsab il-kont tal-ħlas, u b’dan il-mod toħloq effetti komparabbli għal dawk li jirriżultaw minn tali indikazzjoni ta’ Stat Membru speċifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-parti l-kbira tal-każijiet, din il-kundizzjoni ta’ residenza tirrestrinġi l-aċċessibbiltà għall-ħlas permezz ta’ debitu dirett SEPA biss għal min iħallas li għandu kont ta’ ħlas fl-Istat Membru li fih il-benefiċjarju stabbilixxa s-sede tal-attivitajiet tiegħu u, għaldaqstant, teskludi minn dan il-metodu ta’ ħlas lil min iħallas li jkollu kont ta’ ħlas fi Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minħabba f’hekk, din il-klawżola tirriżerva dan il-metodu ta’ ħlas essenzjalment għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas nazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 2(27) tar-Regolament Nru 260/2012, jiġifieri għal dawk imwettqa bejn min iħallas u benefiċjarju li kull wieħed minnhom għandu kont ta’ ħlas ma’ fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jinsabu fl-istess Stat Membru, u dan bl-esklużjoni, konsegwentement, tal-parti l-kbira tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas transkonfinali, li jimplikaw, skont l-Artikolu 2(26) ta’ dan ir-regolament, fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jinsabu fi Stati Membri differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li klawżola bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija tali li tippreġudika l-effett utli tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012, peress li din iċċaħħad lil min iħallas mill-possibbiltà li jwettaq debitu dirett minn kont li jinsab fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu. Din il-klawżola għalhekk ixxejjen l-għan imfittex minn din id-dispożizzjoni, li jikkonsisti, hekk kif imfakkar fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, f’li jiġi prekluż li regoli kummerċjali jippreġudikaw l-implimentazzjoni ta’ suq integrat għall-ħlasijiet elettroniċi f’euro, imsemmi fil-premessa 1 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-fatt li l-konsumatur jista’ juża metodi ta’ ħlas alternattivi huwa irrilevanti. Fil-fatt, għalkemm il-benefiċjarji ta’ ħlasijiet jibqgħu liberi li joffru jew li ma joffrux lil min iħallas il-possibbiltà li jwettaq ħlas permezz ta’ debiti diretti SEPA, min-naħa l-oħra, bil-kontra ta’ dak li ssostni Deutsche<?PAGE NO="8"?> Bahn, fil-każ li dawn joffru tali possibbiltà, dawn il-benefiċjarji ma jistgħux jissuġġettaw l-użu ta’ dan il-metodu ta’ ħlas għal kundizzjonijiet li jippreġudikaw l-effett utli tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont Deutsche Bahn, mir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE> dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 60</REF.DOC.OJ> I, p. 1; rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="066" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 66, p. 1</REF.DOC.OJ>) jista’ madankollu jiġi dedott li l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012 ma jirrigwardax kundizzjoni ta’ residenza, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, minbarra l-fatt li mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jeskludi s-servizzi fil-qasam tat-trasport, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u l-fatt li sar applikabbli biss mit-<DATE ISO="20181203">3 ta’ Diċembru 2018</DATE>, jiġifieri wara l-fatti tat-tilwima fil-kawża prinċipali, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li r-Regolament 2018/302, li jikkonċerna speċifikament l-imblukkar ġeografiku, huwa nieqes minn kull effett fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, fl-assenza ta’ rabta stabbilita mil-leġiżlatur tal-Unjoni bejn dawn iż-żewġ regolamenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Deutsche Bahn issostni wkoll li kundizzjoni ta’ residenza, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija ġġustifikata min-neċessità li tiġi kkontrollata s-solvenza ta’ min iħallas, peress li r-riskju ta’ abbuż u ta’ nuqqas ta’ ħlas huwa partikolarment għoli meta, bħal fil-kawża prinċipali, id-debitu dirett isegwi mandat mogħti direttament minn min iħallas lill-benefiċjarju mingħajr intervent tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ xi wieħed jew ieħor. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-benefiċjarju jkollu, huwa nnifsu, jevalwa r-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-klijent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 46 u 47 tal-konklużjonijiet tiegħu, la l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012 u lanqas ebda dispożizzjoni oħra tiegħu ma jipprevedu eċċezzjoni għall-obbligu previst f’din id-dispożizzjoni, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni ħa suffiċjentement inkunsiderazzjoni d-diversi interessi involuti bejn min iħallas u benefiċjarji fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, xejn ma jipprekludi lil benefiċjarju milli jnaqqas ir-riskji ta’ abbuż jew ta’ nuqqas ta’ ħlas, hekk kif indikat il-Kummissjoni waqt is-seduta, billi jipprovdi, pereżempju, li l-kunsinna jew l-istampar tal-biljetti jkunu possibbli biss wara li dan il-benefiċjarju jkun irċieva l-konferma li l-pagament effettivament sar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 260/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi klawżola kuntrattwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-ħlas permezz ta’ debitu dirett SEPA meta min iħallas ma għandux ir-residenza tiegħu fl-istess Stat Membru bħal dak li fih il-benefiċjarju stabbilixxa s-sede tal-attivitajiet tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20120314">14 ta’ Marzu 2012</DATE> li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi klawżola kuntrattwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-ħlas permezz ta’ debitu dirett iddenominat fl-euro mwettaq permezz tal-iskema ta’ debiti diretti stabbilita fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea (debitu dirett SEPA) meta min iħallas ma għandux ir-residenza tiegħu fl-istess Stat Membru bħal dak li fih il-benefiċjarju stabbilixxa s-sede tal-attivitajiet tiegħu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>