<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0500444101.case.xml"><NO.CASE>C-83/09 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CC0083</NO.CELEX><NO.SEQ>0035.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-4445</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-4476</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>32</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET JÄÄSKINEN — KAWŻA C-83/09 P</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs KRONOPLY U KRONOTEX</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Jääskinen</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (li saret il-Qorti Ġenerali), tal-<DATE ISO="20081210">10 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Kronoply u Kronotex vs Il-Kummissjoni (T-388/02, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) li permezz tagħha ddikjarat ammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat minn Kronoply GmbH &amp; Co. KG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kronoply<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Kronotex GmbH &amp; Co. KG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kronotex<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 2018 finali, tad-<DATE ISO="20020619">19 ta’ Ġunju 2002</DATE>, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil Zellstoff Stendal GmbH (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) għall-kostruzzjoni ta’ fabbrika għall-produzzjoni tal-polpa tal-karta. Il-Kummissjoni titlob ukoll li r-rikors għal annullament ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali kontra l-imsemmija deċiżjoni kkontestata jiġi ddikjarat inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-kawża, il-Kummissjoni qed tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja biex ma tikkunsidrax il-ġurisprudenza attwali, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Cook u Matra<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Sentenzi tad-<DATE ISO="19930519">19 ta’ Mejju 1993</DATE>, Cook vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-198/91" PAGE.ECR="I-2487" YEAR="1993">C-198/91, Ġabra p. I-2487</REF.DOC.ECR>); tal-<DATE ISO="19930615">15 ta’ Ġunju 1993</DATE>, Matra vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-225/91" PAGE.ECR="I-3203" YEAR="1993">C-225/91, Ġabra p. I-3203</REF.DOC.ECR>), kif ukoll tat-<DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-367/95 P" PAGE.ECR="I-1719" YEAR="1998">C-367/95 P, Ġabra p. I-1719</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, dwar il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni tadotta fil-kuntest tal-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat abbażi tal-Artikolu 88(3) KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Peress li s-sentenza kkontestata ngħatat fl-<DATE ISO="20081210">10 ta’ Diċembru 2008</DATE>, ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE jsegwu n-numerazzjoni applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, filwaqt li jiena favur protezzjoni effettiva tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel xi preċiżazzjonijiet fil-ġurisprudenza Cook u Matra sabiex tiġi ċċarata l-proċedura, filwaqt li jiġi sodisfatt rekwiżit ta’ ċertezza legali li jipprevali fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4446"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u s-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kkontestata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Kronoply u Kronotex, kumpanniji rregolati mid-dritt Ġermaniż, jiffabbrikaw materjali derivati mill-injam fis-siti tal-produzzjoni tagħhom stabbiliti f’Heiligengrabe, fil-Land ta’ Brandenbourg (il-Ġermanja).</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>B’ittra tad-<DATE ISO="20020409">9 ta’ April 2002</DATE>, l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw lill-Kummissjoni pjan ta’ għajnuna mill-Istat favur Zellstoff Stendal GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ZSG<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) sabiex tiġi ffinanzjata l-kostruzzjoni ta’ fabbrika għall-produzzjoni tal-polpa tal-karta ta’ kwalità għolja, kif ukoll il-ħolqien ta’ impriża għall-provvista tal-injam u ta’ impriża ta’ loġistika f’Arneburg fil-Land ta’ Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja).</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>B’ittra tad-<DATE ISO="20020619">19 ta’ Ġunju 2002</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata. Fit-<DATE ISO="20020928">28 ta’ Settembru 2002</DATE>, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 26(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ippubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> komunikazzjoni sommarja li ssemmi d-deċiżjoni kkontestata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="232" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="1999">ĠU C 232, p. 2</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Meta jittieħdu inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta’ kapaċità żejda f’dan is-settur u n-numru ta’ impjiegi diretti (580 impjieg dirett fil-fabbrika tal-polpa) u indiretti (madwar <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> impjieg indirett fir-reġjun ikkonċernat jew fiż-żoni ġirien) maħluqa, il-Kummissjoni ddeċidiet li tawtorizza l-miżuri nnotifikati li jikkonsistu f’self mhux rimborsabbli, primjum fiskali għall-investiment u att ta’garanzija.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru, fit-<DATE ISO="20021223">23 ta’ Diċembru 2002</DATE>, Kronoply u Kronotex ippreżentaw quddiem il-Qorti Ġenerali rikors għal annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>B’att separat, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20030225">25 ta’ Frar 2003</DATE>, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq żewġ motivi li min-naħa tagħhom huma bbażati, l-ewwel nett, fuq in-natura tardiva tar-rikors u, it-tieni nett, fuq in-nuqqas ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tar-rikorrenti. B’digriet tal-<DATE ISO="20050614">14 ta’ Ġunju 2005</DATE>, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tgħaqqad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mal-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq in-natura tardiva tar-rikors filwaqt li laqgħet il-motiv li kien jiċħad lill-kumpanniji rikorrenti l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> li jikkontestaw il-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata. Min-naħa l-oħra, il-Qorti<?PAGE NO="I-4447"?> Ġenerali ddikjarat bħala ammissibbli t-talba tagħhom intiża sabiex jiġu protetti l-garanziji proċedurali peress li kkunsidratha infondata.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali enfasizzat, fil-punti 57 sa 59 tas-sentenza appellata, id-differenza, fl-istħarriġ tal-Kummissjoni tal-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq komuni, bejn il-fażi preliminari tal-eżami u l-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha, fil-punti 60 u 61 tal-imsemmija sentenza, fuq il-ġurisprudenza fejn jingħad li r-rikors ta’ parti interessata, fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE, ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fi tmiem il-fażi preliminari għandu jiġi ddikjarat ammissibbli sakemm ikollu l-għan li jipproteġi l-garanziji proċedurali li jislet minn dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, wara li ppreċiżat, fil-punt 62 tas-sentenza appellata li, peress li qed tiġi kkontestata l-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata, rikorrent għandu juri l-istatus partikolari tiegħu fis-sens tal-ġurisprudenza Plaumann vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19630715">15 ta’ Lulju 1963</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="25/62" PAGE.ECR="197" YEAR="1963">25/62, Ġabra p. 197</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 63 tal-istess sentenza, li, bir-rikors tagħhom, ir-rikorrenti kienu qed jikkontestaw kemm ir-rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali kif ukoll il-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata. B’hekk hija wettqet eżami tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwalità tar-rikorrenti biex jikkontestaw il-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet lir-rikorrenti <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sa fejn huma ma stabbilewx li kellhom status partikolari fis-sens tas-sentenza Plaumann vs Il-Kummissjoni, u, konsegwentement, ċaħdet din il-parti tar-rikors minħabba inammissibbiltà fil-punti 64 sa 69 tas-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sabiex ikunu protetti l-garanziji proċedurali, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 77 tas-sentenza appellata, li r-rikorrenti stabbilew kif titlob il-liġi rabta ta’ kompetizzjoni u r-riskju li l-pożizzjoni tagħhom tiġi affettwata fis-suq biex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati, fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE u, konsegwentement, iddikjarat ir-rikorsi tagħhom ammissibbli sa fejn huma intiżi sabiex jiddefendu d-drittijiet proċedurali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fuq din il-bażi, il-Qorti Ġenerali wettqet eżami ta’ kull motiv invokat mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Wara li osservat, fil-punt 80 tas-sentenza appellata, li t-tieni motiv biss kien jirrigwarda n-nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punti 81 sa 83 tal-imsemmija sentenza, li, anki jekk skont il-ġurisprudenza hija ma kellhiex il-ġurisdizzjoni li tinterpreta l-motivi intiżi esklużivament sabiex jikkontestaw il-fondatezza tad-deċiżjoni bħala li tabilħaqq huma intiżi sabiex jipproteġu d-drittijiet proċedurali, hija setgħet tivverifika jekk xi argumenti fuq il-mertu jikkontribwux xi elementi insostenn<?PAGE NO="I-4448"?> ta’ motiv li jsostni l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji li għandhom jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE. Konsegwentement, hija ddikjarat li l-ewwel u t-tieni motivi kienu ammissibbli, filwaqt li ċaħdet it-tielet motiv bħala inammissibbli. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ddeterminat li l-Kummissjoni kellha raġun li ma fetħitx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-appell tal-Kummissjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni qed tinvoka tliet aggravji.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Bl-ewwel aggravju tagħha, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 88 KE u tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE, il-Kummissjoni qed tilmenta li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq ġurisprudenza kuntrarja għall-imsemmija artikoli tat-Trattat. B’hekk, il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, bniet ir-raġunament tagħha fuq il-prinċipju speċifikat fil-punt 60 tas-sentenza appellata, jiġifieri li meta, mingħajr ma tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna f’deċiżjoni meħuda abbażi tal-Artikolu 88(3) KE, il-garanziji proċedurali previsti fl-Artikolu 88(2) KE jistgħu jkunu applikabbli biss jekk il-benefiċjarji tagħhom jkollhom il-possibbiltà li jikkontestaw dik id-deċiżjoni quddiem il-qorti Komunitarja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Il-Kummissjoni ssemmi l-ġurisprudenza Cook u Matra kif ukoll is-sentenza Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, iċċitata iktar ’il fuq, u tikkritika l-punt 60 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Bit-tieni aggravju tagħha, ibbażat fuq kontradizzjoni tar-raġunijiet fl-interpretazzjoni tal-motivi tar-rikorrenti, il-Kummissjoni tikkritika l-approċċ tal-Qorti Ġenerali li wassal, fil-fehma tagħha, biex tiġi eliminata d-differenza bejn il-motivi li jirrigwardaw id-drittijiet proċedurali u l-motivi fuq il-mertu, maħsuba biss għall-partijiet interessati li d-drittijiet tagħhom ġew affettwati b’mod sinjifikattiv b’deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-interpretazzjoni li tagħti l-Qorti Ġenerali fil-punti 82 u 83 tas-sentenza appellata b’hekk twassal għall-estensjoni tal-kunċett ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Bit-tielet aggravju tagħha, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ parti interessata, il-Kummissjoni qed tilmenta li l-Qorti Ġenerali ma segwietx il-prattika użwali meta kkunsidrat li għandu jiġi rikonoxxut lill-kompetituri ta’ benefiċjarju ta’ għajnuna fl-uniku suq ta’ provvista ta’ materja prima l-istatus ta’ partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4449"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-risposta ta’ ZSG</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fl-appell tagħha, il-Kummissjoni hija sostnuta minn ZSG li ppreżentat risposta fit-<DATE ISO="20090223">23 ta’ Frar 2009</DATE> fejn żviluppat argument tagħha li però jikkonċidi fil-parti l-kbira mal-aggravji tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>ZSG qed titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel nett, sabiex tannulla s-sentenza kkontestata sa fejn tiddeċiedi li r-rikors ta’ Kronoply u Kronotex huwa ammissibbli u, it-tieni nett, li tiċħad fl-intier tiegħu r-rikors għal annullament ta’ Kronoply u Kronotex bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li ZSG tgħid espressament fin-nota tagħha li kulma se tagħmel huwa li tippreżenta ċertu numru ta’ riflessjonijiet supplimentari dwar l-aggravji prinċipali mqajma mill-Kummissjoni. Konsegwentement, għandha tkun il-Qorti tal-Ġustizzja li tidentifika fost l-argumenti mressqa minn ZSG dawk li jistgħu jiġu indikati bħala aggravji li jikkostitwixxu appell inċidentali.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, mill-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali jiġu kkunsidrati bħala partijiet quddiem dik il-qorti. Għaldaqstant, peress li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija s-suġġett ta’ appell, fir-rigward tagħhom huwa applikabbli l-Artikolu 115(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, u dan jeżentahom milli jkollhom jippreżentaw rikors għal intervent ġdid quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikoli 93 u 123 tar-Regoli tal-Proċedura<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19990211">11 ta’ Frar 1999</DATE>, Antillean Rice Mills <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-390/95 P" PAGE.ECR="I-769" YEAR="1999">C-390/95 P, Ġabra p. I-769</REF.DOC.ECR>, punt 20).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>B’hekk, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jipprekludix li intervenjent jirreferi għal argumenti differenti minn dawk tal-parti li qed isostni, sakemm ikollu l-għan li jsostni t-talbiet ta’ dik il-parti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, Chemie Linz vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-245/92 P" PAGE.ECR="I-4643" YEAR="1999">C-245/92 P, Ġabra p. I-4643</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-fatt, parti intervenjenti li tibbenefika mid-dritt li tippreżenta risposta tal-appell, skont l-Artikolu 115 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, fin-nuqqas ta’ limitu espliċitu, għandha tkun tista’ tqajjem aggravji dwar kull punt tad-dritt li jikkostitwixxi l-bażi tas-sentenza appellata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza Antillean Rice Mills <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punti 21 u 22).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma hemm xejn li jipprekludi li ċerti argumenti ta’ ZSG jiġu kkwalifikati bħala aggravji ta’ appell inċidentali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Osservazzjonijiet ġenerali dwar in-natura tad-dritt mogħti lill-partijiet interessati abbażi tal-Artikolu 88(2) KE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Qabel ma neżamina l-aggravji invokati fl-appell, nixtieq infakkar ċerti regoli rilevanti tas-sistema ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat stabbilita mit-Trattat KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4450"?><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-Artikolu 88 KE jipprevedi proċedura speċjali li torganizza l-eżami kostanti u l-istħarriġ tal-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni. L-għajnuna l-ġdida, li l-Istati Membri jkollhom il-ħsieb li jagħtu, hija suġġetta għal proċedura preliminari li mingħajrha l-ebda miżura ma tista’ tiġi kkunsidrata bħala li ġiet stabbilita regolarment. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 88(3) KE, il-proġetti biex tingħata jew biex tiġi mmodifikata għajnuna għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel ma jiġu implementati. Din imbagħad tagħmel l-ewwel eżami tal-għajnuna proposta. Jekk, wara dak l-eżami, jidhrilha li proġett ma jkunx kompatibbli mas-suq komuni, hija għandha mingħajr dewmien tibda l-proċedura prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, iċċitata iktar ’il fuq (punti 35 u 36).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Kif osserva l-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża British Aggregates vs Il-Kummissjoni, id-deċiżjonijiet adottati mingħajr ma tkun infetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, huma atti mfasslin fi tmiem evalwazzjoni sommarja, imwettqa fi żmien qasir u, fil-parti l-kbira tal-każijiet, fi ħdan djalogu esklużiv bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat. L-intenzjoni tal-leġiżlatur kienet li dawn l-atti kellhom jippermettu lill-Kummissjoni tevita d-dewmien ikkawżat minn investigazzjoni kompluta fil-każ li fih tirriżulta diġà <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> manifesta l-ineżistenza ta’ għajnuna, jew il-kompatibbiltà tagħha mar-regoli tas-suq komuni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi ippreżentati fil-kawża li wasslet għas-sentenza tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-487/06 P" PAGE.ECR="I-10505" YEAR="2008">C-487/06 P, Ġabra p. I-10505</REF.DOC.ECR>, punt 74).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li, fl-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tosserva r-rekwiżiti li, l-ewwel nett, jillimitaw is-setgħa tagħha li tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà ta’ għajnuna biss għal dawk il-miżuri li ma jqajmu l-ebda diffikultà serja, b’tali mod li dan il-kriterju għandu natura esklużiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni ma tistax tirrifjuta li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali billi tibbaża ruħha fuq ċirkustanzi oħra, bħall-interessi ta’ terzi, kunsiderazzjonijiet tal-ekonomija tal-ġudizzju u kull raġuni oħra ta’ konvenjenza amministrattiva. Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20010315">15 ta’ Marzu 2001</DATE>, Prayon-Rupel vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-73/98" PAGE.ECR="II-867" YEAR="2001">T-73/98, Ġabra p. II-867</REF.DOC.ECR>, punt 44).</P></NOTE>. It-tieni nett, meta l-Kummissjoni ssib diffikultajiet serji, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza Prayon-Rupel vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 45).</P></NOTE>. It-tielet nett, il-kunċett ta’ diffikultajiet serji huwa ta’ natura oġġettiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-431/07 P" PAGE.ECR="I-2665" YEAR="2009">C-431/07 P, Ġabra p. I-2665</REF.DOC.ECR>, punti 61 sa 63).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>B’hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Kummissjoni tista’ tillimita lilha nfisha għall-fażi preliminari tal-eżami, skont l-Artikolu 88(3) KE, sabiex tieħu deċiżjoni favorevoli għal għajnuna biss jekk hija tkun konvinta, fi tmiem eżami preliminari, li din l-għajnuna hija kompatibbli mat-Trattat. Min-naħa l-oħra, jekk dan l-eżami preliminari jwassal lill-Kummissjoni għall-konvinzjoni<?PAGE NO="I-4451"?> opposta, jew ma jippermettilhiex issolvi d-diffikultajiet kollha mqajma mill-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq komuni, il-Kummissjoni hija obbligata tiġbor l-opinjonijiet kollha neċessarji u tiftaħ, f’dan ir-rigward, il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="19840320">20 ta’ Marzu 1984</DATE>, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="84/82" PAGE.ECR="145" YEAR="1984">84/82, Ġabra p. 145</REF.DOC.ECR>, punt 13); Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, iċċitata iktar ’il fuq (punt 39); tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-521/06 P" PAGE.ECR="I-5829" YEAR="2008">C-521/06 P, Ġabra p. I-5829</REF.DOC.ECR>, punt 34); u s-sentenza Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 61); Prayon-Rupel vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 42), kif ukoll tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19950918">18 ta’ Settembru 1995</DATE>, SIDE vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-49/93" PAGE.ECR="II-2501" YEAR="1995">T-49/93, Ġabra p. II-2501</REF.DOC.ECR>, punt 58).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Huwa biss fil-kuntest tal-eżami msemmi l-aħħar, li huwa intiż sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiġbor informazzjoni kompluta dwar il-fatti kollha tal-kawża, li t-Trattat jobbliga lill-Kummissjoni tavża lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenzi Cook vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, (punt 22); Matra vs Il-Kummissjoni (punt 16); tat-<DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-78/03 P" PAGE.ECR="I-10737" YEAR="2005">C-78/03 P, Ġabra p. I-10737</REF.DOC.ECR>, punt 34); u s-sentenza Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punti 34 u 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li n-natura tad-dritt li jiġu ppreżentati osservazzjonijiet mogħti mill-Artikolu 88(2) KE ma jistax jiġi konfuż mad-dritt għal smigħ interpretat bħala l-hekk imsejjaħ dritt tad-difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>B’hekk, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), fost l-elementi essenzjali tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tinkludi d-dritt ta’ kull persuna għal smigħ, qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tolqotha negattivament, id-dritt ta’ kull persuna li jkollha aċċess għall-fajl li jikkonċernaha kif ukoll l-obbligu għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Karta pproklamata f’Nice fis-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="364" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2000">ĠU C 364, p. 1</REF.DOC.OJ>). Skont l-Artikolu 41(1) tal-Karta, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Id-dritt għal amministrazzjoni tajba<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[k]ull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-rispett tad-dritt għal smigħ f’kull proċedura li tista’ twassal għal att li jikkawża preġudizzju għal persuna partikolari jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt Komunitarju li għandu jiġi ggarantit anki fin-nuqqas ta’ regoli li jirregolaw il-proċedura<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19961024">24 ta’ Ottubru 1996</DATE>, Il-Kummissjoni vs Lisrestal <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-32/95 P" PAGE.ECR="I-5373" YEAR="1996">C-32/95 P, Ġabra p. I-5373</REF.DOC.ECR>, punt 21), kif ukoll tad-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Alrosa (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-441/07 P" PAGE.ECR="I-05949" YEAR="2010">C-441/07 P, Ġabra p. I-05949</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Issa, sa fejn l-uniku destinatarju tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda abbażi tal-Artikolu 88(2) huwa Stat Membru<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Pereżempju, ara l-punt 81 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża Il-Ġermanja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kronofrance (sentenza tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-75/05 P+C-80/05 P" PAGE.ECR="I-6619" YEAR="2008">C-75/05 P u C-80/05 P, Ġabra p. I-6619</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-imsemmi prinċipju għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv sabiex il-Kummissjoni tapplikah fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li, anki jekk l-Artikolu 88(2) KE jippermetti lill-partijiet<?PAGE NO="I-4452"?> interessati li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, din id-dispożizzjoni hija interpretata fil-ġurisprudenza fis-sens li l-partijiet interessati għandhom biss dritt li jiġu involuti fil-proċedura amministrattiva sa fejn ikun xieraq fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19980625">25 ta’ Ġunju 1998</DATE>, British Airways <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-371/94+T-394/94" PAGE.ECR="II-2405" YEAR="1998">T-371/94 u T-394/94, Ġabra p. II-2405</REF.DOC.ECR>, punt 60); tas-<DATE ISO="20030306">6 ta’ Marzu 2003</DATE>, Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-228/99+T-233/99" PAGE.ECR="II-435" YEAR="2003">T-228/99 u T-233/99, Ġabra p. II-435</REF.DOC.ECR>, punt 125); tat-<DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, Olympiaki Aeroporia Ypiresies vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-68/03" PAGE.ECR="II-2911" YEAR="2007">T-68/03, Ġabra p. II-2911</REF.DOC.ECR>, punt 42); u tas-<DATE ISO="20080626">26 ta’ Ġunju 2008</DATE>, SIC vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-442/03" PAGE.ECR="II-1161" YEAR="2008">T-442/03, Ġabra p. II-1161</REF.DOC.ECR>, punti 222 sa 225).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>F’din il-proċedura, huwa essenzjali, fil-fehma tiegħi, li jiġi enfasizzat li l-Artikolu 88(2) KE jinvolvi biss id-dritt li jiġu ppreżentati osservazzjonijiet u mhux id-drittijiet tad-difiża<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Olympiaki Aeroporia Ypiresies vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 43). Bil-kontra tal-partijiet interessati, l-Istat Membru għandu dritt veru u proprju għall-smigħ xieraq fil-kuntest ta’ proċedura bħal din, u l-ksur tiegħu jista’ jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, sakemm jiġi stabbilit li, fin-nuqqas ta’ dik l-irregolarità, il-proċediment seta’ jiġi konkluż b’riżultat differenti; ara l-punti 53 sa 56 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi ppreżentati fil-kawża Il-Kummissjoni vs Scott (sentenza tat-<DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-290/07 P" PAGE.ECR="I-07763" YEAR="2010">C-290/07 P, Ġabra p. I-07763</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta b’mod ċar li partijiet interessati minbarra l-Istat Membru responsabbli għall-għoti tal-għajnuna ma jistgħux jippretendu li huma stess ikollhom diskussjoni kontradittorja mal-Kummissjoni, bħalma jista’ jagħmel l-imsemmi Stat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, iċċitata iktar ’il fuq (punt 59); sentenza tal-<DATE ISO="20020924">24 ta’ Settembru 2002</DATE>, Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-74/00 P+C-75/00 P" PAGE.ECR="I-7869" YEAR="2002">C-74/00 P u C-75/00 P, Ġabra p. I-7869</REF.DOC.ECR>, punt 82); sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-62/08" PAGE.ECR="II-03229" YEAR="2010">T-62/08, Ġabra p. II-03229</REF.DOC.ECR>, punt 162).</P></NOTE>. Kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza SFEI, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>min-naħa l-waħda, l-obbligu ta’ notifika u l-projbizzjoni preliminari tal-implementazzjoni tal-pjanijiet ta’ għajnuna previsti mill-Artikolu 93(3) huma indirizzati lill-Istat Membru. Min-naħa l-oħra, dan huwa wkoll id-destinatarju tad-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna u tistiednu jirrevokaha fit-termini ddeterminati minnha<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19960711">11 ta’ Lulju 1996</DATE>, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-39/94" PAGE.ECR="I-3547" YEAR="1996">C-39/94, Ġabra p. I-3547</REF.DOC.ECR>, punt 73).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fil-fatt, wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh li l-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat għandha natura amministrattiva, u hija nieqsa minn kwalunkwe element kważi-ġudizzjarju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel aggravju tal-appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-Kummissjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fl-ewwel aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tar-rikorrenti, fuq ġurisprudenza kuntrarja għall-Artikolu 88 KE u għar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE sa fejn hija tagħti aċċess għall-Qorti tal-Ġustizzja lil rikorrenti li, mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà meħtieġa<?PAGE NO="I-4453"?> mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE, jikkontestaw deċiżjoni meħuda abbażi tal-Artikolu 88 KE filwaqt li jinvokaw il-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali allegatament previsti fl-Artikolu 88(2) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Wara li enfasizzat id-differenza bejn il-proċeduri previsti mill-Artikolu 88(2) KE u mill-Artikolu 88(3) KE, il-Kummissjoni ppreċiżat li huwa biss abbażi tal-Artikolu 88(2) KE li l-partijiet interessati għandhom il-possibbiltà li jsostnu l-argumenti tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, fid-dawl tat-Trattat, fl-ebda każ ma hemm in-neċessità li tiġi stabbilita protezzjoni ġuridika partikolari li tiġġustifika deroga mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE biex ikun sodisfatt il-prinċipju tal-legalità tal-azzjoni tal-Kummissjoni u biex tkun iggarantita protezzjoni ġudizzjarja sħiħa fil-każ ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ kompatibbiltà mingħajr il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Fil-fatt, billi juri r-rabta kawżali bejn in-nuqqas tal-Kummissjoni (li ma fetħitx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali) u l-allegata illegalità tad-deċiżjoni tagħha, l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ tali deċiżjoni jkun iggarantit sakemm ir-rikorrent jissodisfa l-imsemmija kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont il-Kummissjoni, mis-sentenza appellata, u b’mod partikolari mill-punt 70 tagħha, jirriżulta li l-Qorti Ġenerali tiddefendi argument li l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sabiex ikunu protetti d-drittijiet proċedurali ma jeżiġix li r-rikorrent ikun individwalment u direttament ikkonċernat mid-deċiżjoni kkontestata. Sabiex tkun tista’ tiġi difiża tali pożizzjoni, huwa neċessarju li jiġi pprovat li l-Artikolu 88(2) KE ma jistabbilixxix biss obbligu ġuridiku tal-Kummissjoni imma joħloq ukoll dritt għall-partijiet interessati.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Issa, min-naħa l-waħda, l-Artikolu 88(2) KE huwa dispożizzjoni amministrattiva li tirregola l-proċedura partikolari tal-istħarriġ tal-għajnuna mill-Istat u mhux il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-Qorti tal-Ġustizzja. Min-naħa l-oħra, il-leġiżlatur Komunitarju, billi stabbilixxa espliċitament il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE, ikun assurd li jiġi kkunsidrat li ried jistabbilixxi b’mod impliċitu deroga minnu permezz tal-Artikolu 88 KE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ammissibbiltà tar-rikorsi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u l-introduzzjoni tas-soluzzjoni Cook u Matra</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Qabel kollox<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Għandu jiġi osservat li l-emendi introdotti bit-Trattat ta’ Lisbona ma kellhomx effett fuq l-eżami tal-kawża inkwistjoni.</P></NOTE>, għandu jitfakkar li, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE, persuna fiżika jew ġuridika tista’ tippreżenta rikors kontra deċiżjoni indirizzata lil xi<?PAGE NO="I-4454"?> persuna oħra biss jekk tkun tikkonċernaha direttament u individwalment<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Koninklijke FrieslandCampina (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-519/07 P" PAGE.ECR="I-8495" YEAR="2009">C-519/07 P, Ġabra p. I-8495</REF.DOC.ECR>, punti 47 sa 54).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni fformulata b’dan il-mod, skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex individwu jkun direttament ikkonċernat jeħtieġ li l-miżura Komunitarja inkwistjoni tipproduċi direttament effetti fuq is-sitwazzjoni legali tiegħu u li din il-miżura ma tħalli ebda setgħa diskrezzjonali lid-destinatarji ta’ din il-miżura li huma responsabbli għall-implementazzjoni tagħha, liema implementazzjoni jkollha natura purament awtomatika u tirriżulta biss mil-leġiżlazzjoni Komunitarja mingħajr applikazzjoni ta’ regoli intermedjarji oħra<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19980505">5 ta’ Mejju 1998</DATE>, Dreyfus vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-386/96 P" PAGE.ECR="I-2309" YEAR="1998">C-386/96 P, Ġabra p. I-2309</REF.DOC.ECR>, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata); kif ukoll is-sentenza Il-Kummissjoni vs Koninklijke FrieslandCampina, iċċitata iktar ’il fuq (punti 47 sa 54).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni prevista fl-Artikolu 230 KE, il-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>individwalment<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ikkonċernat ġiet iddefinita mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Plaumann vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza ċċitata iktar ’il fuq li sadanittant ġiet ikkonfermata minn ġurisprudenza stabbilita. Ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="20001019">19 ta’ Ottubru 2000</DATE>, L-Italja u Sardegna Lines vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-15/98+C-105/99" PAGE.ECR="I-8855" YEAR="2000">C-15/98 u C-105/99, Ġabra p. I-8855</REF.DOC.ECR>, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata); kif ukoll Il-Kummissjoni vs Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum, iċċitata iktar ’il fuq (punt 33).</P></NOTE> minn fejn jirriżulta li persuna fiżika jew ġuridika, minbarra d-destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata, tista’ tippretendi li hija individwalment ikkonċernata biss jekk id-dispożizzjoni kkontestata taffettwaha minħabba ċerti kwalitajiet li huma partikolari għaliha jew minħabba stat ta’ fatt li jiddistingwiha minn kull persuna oħra<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20060622">22 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-182/03+C-217/03" PAGE.ECR="I-5479" YEAR="2006">C-182/03 u C-217/03, Ġabra p. I-5479</REF.DOC.ECR>, punt 59).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li, fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja introduċiet soluzzjonijiet partikolari li jirrigwardaw l-ammissibbiltà tar-rikorsi ta’ terzi persuni sabiex tkun sodisfatta l-ispeċifiċità tal-proċedura applikabbli f’dan il-qasam. B’mod ġenerali, f’dan il-qasam, il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà jvarjaw skont jekk id-deċiżjoni kkontestata tkunx ġiet adottata fi tmiem il-fażi preliminari jew fi tmien il-fażi tal-investigazzjoni formali.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rikorsi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tiftaħx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikkwalifikat bħala liberali mid-duttrina, huwa ċċentrat fuq il-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE, jiġifieri, il-partijiet li kellhom il-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet fil-kuntest tal-proċedura li nfetħet abbażi tal-Artikolu 88(2) KE imma li ġew imċaħda minn dik il-possibbiltà minħabba d-deċiżjoni finali li ġiet adottata mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 88(3) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Cook vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza ċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE>, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja segwiet is-suġġerimenti<?PAGE NO="I-4455"?> tal-Avukat Ġenerali Tesauro<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tesauro ppreżentati f’din il-kawża Cook vs Il-Kummissjoni.</P></NOTE>, minflok ma użat il-kriterji stabbiliti fis-sentenza Cofaz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Test li jipprevedi l-kriterju li parti tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ġiet affettwata b’mod sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> mill-miżura. Ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19860128">28 ta’ Jannar 1986</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="169/84" PAGE.ECR="391" YEAR="1986">169/84, Ġabra p. 391</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-rikors ta’ kompetitur kien ammissibbli billi stabbiliet kunċett ta’ terz interessat, fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE, fuq il-livell ta’ regola ġudizzjarja applikabbli fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata abbażi tal-Artikolu 88(3) KE, u affermat mill-ġdid dan l-approċċ xahar wara fis-sentenza Matra vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza ċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tas-sentenzi Cook u Matra, meta, mingħajr ma tiftaħ il-proċedura tal-Artikolu 93(2) tat-Trattat KEE (li sar l-Artikolu 88(2) KE), il-Kummissjoni tikkonstata, abbażi tal-Artikolu 93(3), li l-miżura nnotifikata ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat jew tkun għajnuna kompatibbli mas-suq komuni, il-persuni, l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet eventwalment affettwati fl-interessi tagħhom mill-għoti tal-għajnuna, b’mod partikolari l-impriżi kompetituri u l-organizzazzjonijiet professjonali li, bħala partijiet interessati, jibbenefikaw minn garanziji proċedurali meta tiġi implementata l-proċedura tal-Artikolu 88(2) KE, għandhom jitħallew jippreżentaw rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni li tagħmel din il-konstatazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-ammissibbiltà tar-rikors, skont id-duttrina tas-sentenzi Cook u Matra, għaldaqstant tiddependi min-natura tal-motivi, min-naħa l-waħda, u mill-kwalità tar-rikorrent, mill-oħra. Il-kundizzjonijiet tal-ammissibbiltà għandhom jiġu vverifikati billi ssir distinzjoni bejn il-partijiet li jikkontestaw il-mertu tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-partijiet li jinvokaw il-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali tagħhom. Wara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum, din id-distinzjoni pjuttost ċara tiddetermina t-test applikabbli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza ċċitata iktar ’il fuq, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja pprovat tispjega s-soluzzjoni tas-sentenzi Cook u Matra.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Is-soluzzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Cookvs Il-Kummissjoni u Matra vs Il-Kummissjoni ma tatx lok għal kunsens unanimu fid-duttrina u huwa utli li hawnhekk jitfakkru l-elementi prinċipali tad-dibattitu li qajmet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Għal kummenti ġenerali, ara J. Winter, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>The rights of complainants in State aid cases: judicial review of Commission decisions adopted under article 88 (ex 93) EC<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, <HT TYPE="ITALIC">Common Market Law Review,</HT> 1999, Nru 36.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Uħud josservaw li, fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja tmur lil hinn mis-suġġerimenti li taha l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża Unión de Pequeños Agricultores vs Il-Kunsill<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20020725">25 ta’ Lulju 2002</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-50/00 P" PAGE.ECR="I-6677" YEAR="2002">C-50/00 P, Ġabra p. I-6677</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> biex jitħaffu l-kundizzjonijiet ta’ aċċess ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi għall-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara M. Honoré, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>The standing of third parties in State aid cases: the lessons to be drawn from the judgement case C-78/03 P, Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum v. Commission<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, <HT TYPE="ITALIC">European state aid law quarterly,</HT> EStAL, Vol. 5 (2006), Nru 2, p. 269 sa 284, b’mod partikolari p. 274.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4456"?><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fil-fatt, wara l-imsemmija sentenzi Cook vs Il-Kummissjoni u Matra vs Il-Kummissjoni, il-kategorija tal-persuni li huwa ammissibbli li jikkontestaw deċiżjoni tal-Kummissjoni hija iktar estiża minn dik li titħalla tikkontesta l-att inkwistjoni abbażi tal-Artikolu 88(2) KE. B’hekk, il-partijiet interessati kollha, fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE, huma kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>konċernati individwalment<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tiftaħx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Il-Kummissjoni vs Sytraval (punt 41); Il-Kummissjoni vs Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum (punt 35); kif ukoll British Aggregates vs Il-Kummissjoni (punt 28). Ara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20010321">21 ta’ Marzu 2001</DATE>, Hamburger Hafen- und Lagerhaus <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-69/96" PAGE.ECR="II-1037" YEAR="2001">T-69/96, Ġabra p. II-1037</REF.DOC.ECR>, punt 37); u tat-<DATE ISO="20040113">13 ta’ Jannar 2004</DATE>, Thermenhotel Stoiser Franz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-158/99" PAGE.ECR="II-1" YEAR="2004">T-158/99, Ġabra p. II-1</REF.DOC.ECR>, punt 73).</P></NOTE>. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ukoll b’mod ċar li l-fatt stess li l-partijiet kellhom il-possibbiltà li jsostnu l-argumenti tagħhom waqt il-proċedura ta’ eżami preliminari, abbażi tal-Artikolu 88(3) KE, ma jistax jiċħadhom mid-dritt li tiġi osservata l-garanzija proċedurali li jagħtihom espressament l-Artikolu 88(2) KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, BUPA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-289/03" PAGE.ECR="II-81" YEAR="2008">T-289/03, Ġabra p. II-81</REF.DOC.ECR>, punt 76).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Issa, huwa stabbilit li, fil-kuntest tad-deċiżjoni adottata abbażi tal-Artikolu 88(2) KE, is-sempliċi fatt li l-partijiet rikorrenti jistgħu jiġu kkunsidrati bħala partijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>interessati<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ma jistax ikun suffiċjenti biex tkun ammessa l-ammissibbiltà tar-rikors għaliex dan fih innifsu ma jagħtihomx <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>. Anzi, ladarba jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-partijiet għandu jkollhom status partikolari f’konformità mal-ġurisprudenza Plaumann vs Il-Kummissjoni, li jinkludi, b’mod partikolari, il-prova tal-effett sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva tagħhom permezz ta’ għajnuna awtorizzata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Għaldaqstant jirriżulta li, fl-istat attwali tal-ġurisprudenza, ir-rikorrenti għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sa fejn għandhom l-għan li jiksbu r-rispett tad-drittijiet proċedurali li huma jisiltu mill-Artikolu 88(2) KE mingħajr ma jkunu obbligati jipprovaw li l-pożizzjoni tagħhom fis-suq ikkonċernat kienet ġiet affettwata b’mod sostanzjali permezz tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara s-sentenza Il-Ġermanja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kronofrance, iċċitata iktar ’il fuq (punt 44).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Diversi avukati ġenerali diġà kkritikaw ferm il-konsegwenzi tal-ġurisprudenza tas-sentenzi Cook u Matra.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>B’hekk, l-Avukat Ġenerali Jacobs ikkwalifika l-ġurisprudenza derivata mis-sentenzi msemmija iktar ’il fuq Cook vs Il-Kummissjoni u Matra vs Il-Kummissjoni bħala insodisfaċenti, kumplessa, u apparantement nieqsa mil-loġika u mill-koerenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Konklużjonijiet tal-kawża Il-Kummissjoni vs Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum, iċċitata iktar ’il fuq (punt 138).</P></NOTE>. Wara li enfasizza l-konfużjoni li tinqala’ meta l-kriterju tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-Artikolu 88(2) KE jiġi assimilat ma’ dak tal-Artikolu 88(3) KE, huwa kkontesta<?PAGE NO="I-4457"?> wkoll l-eżistenza stess tad-deroga mid-dispożizzjonijiet tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE. Konsegwentement, l-Avukat Ġenerali ssuġġerixxa li fil-każijiet kollha fejn ir-rikorrent jikkontesta deċiżjoni meħuda abbażi tal-Artikolu 88(3) KE jiġi applikat il-kriterju tal-interess dirett u individwali, indipendentement mill-motivi li fuqhom ikun ibbażat ir-rikors, filwaqt li interpreta l-kriterju tal-interess individwali b’mod inqas restrittiv milli sar fil-ġurisprudenza Plaumann vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punti 139 u 141).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura tal-atti adottati abbażi tal-Artikolu 88(3) KE, l-Avukat Ġenerali Mengozzi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara l-punt 75 tal-konklużjonijiet fil-kawża British Aggregates vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 75).</P></NOTE>, min-naħa tiegħu, staqsa jekk ikunx iktar xieraq li l-istħarriġ tal-qorti Komunitarja fuq dawn l-atti jkun limitat f’kull każ, u b’hekk indipendentement mill-bażi tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tar-rikorrenti, għall-verifika tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet li jilleġittimaw in-nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, jiġifieri il-konstatazzjoni tal-ineżistenza ta’ dubji serji fuq il-fatt li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna jew fuq il-fatt li din xorta waħda hija kompatibbli mas-suq komuni. Id-deċiżjoni fuq il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kwistjonijiet ta’ mertu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, tkun b’dan il-mod posposta, fil-każ ta’ annullament, għall-eżami tar-rikors eventwalment ippreżentat kontra d-deċiżjoni finali adottata mill-Kummissjoni fi tmiem l-imsemmija proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Id-distinzjoni li saret mill-qorti Komunitarja f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati kontra deċiżjoni adottata abbażi tal-Artikolu 88(3) KE wasslet ukoll lill-Avukat Ġenerali Bot biex jagħmel xi kritika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Konklużjonijiet tal-kawża Il-Ġermanja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kronofrance, iċċitata iktar ’il fuq (punti 106 u 109).</P></NOTE>. Skont dan tal-aħħar, il-ġurisprudenza tas-sentenzi Cook u Matra twassal finalment għar-restrizzjoni tad-drittijiet mogħtija lill-parti interessata fil-kuntest tal-proċedura ta’ stħarriġ ta’ għajnuna mill-Istat. Wara li enfasizza n-natura artifiċjali tal-kunċett ġudizzjarju fis-seħħ, l-Avukat Ġenerali Bot osserva li l-għan tar-rikorrent huwa identiku indipendentement mill-fatt li huwa jinvoka l-ħarsien tad-drittijiet proċedurali tiegħu jew li huwa jikkontesta l-fondatezza tad-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni tal-għajnuna inkwantu dan huwa intiż sabiex jingħata bidu għall-fażi ta’ investigazzjoni formali. Konsegwentement, huwa ppropona li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tammetti li, meta persuna tikkontesta l-fondatezza tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, adottata wara t-tmiem tal-eżami preliminari, hija neċessarjament tikkontesta n-nuqqas ta’ bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali u għaldaqstant għandha l-għan li tikseb id-difiża tad-drittijiet proċedurali tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punti 104 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kawża 3F vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston f’din il-kawża (sentenza tad-<DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-319/07 P" PAGE.ECR="I-5963" YEAR="2009">C-319/07 P, Ġabra p. I-5963</REF.DOC.ECR>, punti 39 sa 43).</P></NOTE> tat lok, min-naħa tal-Avukat Ġenerali Sharpston, għal kummenti ta’ oġġezzjoni fil-konfront ta’ approċċ formalistiku li jippenalizza rikorrent li jkun<?PAGE NO="I-4458"?> ippreżenta osservazzjonijiet anċillari dwar il-kontenut tal-miżuri kkontestati.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-validità tal-ġurisprudenza tas-sentenzi Cook u Matra</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fil-fehma tiegħi, il-punt ta’ tluq għandu jkun il-premessa li t-Trattat jagħti b’mod ċar id-dritt lill-partijiet interessati li jippreżentaw osservazzjonijiet fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Il-parti interessata għandha tkun tista’ tippreżenta b’mod effettiv il-fehma tagħha dwar ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u taċ-ċirkustanzi li huma s-suġġett tal-eżami tal-Kummissjoni meta jidhrilha li l-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet abbażi tal-Artikolu 88(3) KE mingħajr ma kellha għarfien sħiħ tad-data kollha li tista’ tagħti lok għal diffikultajiet meta tiġi evalwata l-miżura inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, għaldaqstant dan huwa dritt proċedurali awtonomu li jitlob protezzjoni ġudizzjarja speċifika u li ma għandux jiġi eliminat minħabba n-nuqqas ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> fil-kontestazzjoni tal-fondatezza tad-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Madankollu, dan il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> ma jistax ikun suffiċjenti biex tkun ikkontestata l-fondatezza tad-deċiżjoni bħala tali. Għal dan il-għan għandu jkun hemm l-istatus partikolari ddefinit mis-sentenza Plaumann vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fil-konklużjonijiet li ppreżenta fil-kawża British Aggregates vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, l-Avukat Ġenerali Mengozzi osserva li l-ġurisprudenza tas-sentenzi Cook u Matra, partikolarment kumplessa u pjuttost formalistika, tiġi spjegata bil-ħtieġa li jiġi żgurat li, fejn ir-rikors ikun ġie ppreżentat minn persuna li tinvoka biss il-kwalità tagħha ta’ parti interessata skont l-Artikolu 88(2) KE, l-istħarriġ eżerċitat mill-qorti Komunitarja fuq id-deċiżjoni kkontestata ma jmurx lil hinn minn dak neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-osservanza tal-prerogattivi proċedurali rikonoxxuti minn din id-dispożizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Skont l-Avukat Ġenerali Mengozzi, dan iseħħ jekk il-qorti ma tillimitax ruħha sabiex tivverifika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet li jilleġittimaw in-nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, jiġifieri n-nuqqas ta’ diffikultajiet serji fil-kwalifikazzjoni tal-miżura bħala għajnuna jew fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni, iżda tikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna (jew tal-elementi individwali li jikkostitwixxu għajnuna li l-Kummissjoni tkun ikkunsidrat li kienu mankanti), jew in-nuqqas tal-kundizzjonijiet invokati mill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-kompatibbiltà tagħha mat-Trattat. Fil-fatt, f’sitwazzjoni bħal din, ir-rikorrenti tikseb, minbarra l-ftuħ eventwali tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, anki r-riżultat li l-Kummissjoni tkun marbuta bl-imsemmija konstatazzjonijiet tal-qorti Komunitarja u r-riżultat tad-determinazzjoni minn qabel, għall-inqas f’parti, tal-kontenut tad-deċiżjoni li ser tiġi adottata fit-tmiem ta’ dawn il-proċeduri, jiġifieri ta’ att li hija, fis-sempliċi kwalità tagħha ta’ parti interessata skont l-Artikolu 88(2) KE, ma kienx ikollha d-dritt tikkontesta (punt 71 tal-konklużjonijiet).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, huwa fundamentali li tingħata importanza lin-natura amministrattiva tal-proċedura mwettqa mill-Kummissjoni sabiex issir distinzjoni bejn il-kwistjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> ħalli tkun ikkontestata l-legalità ta’ att tad-dritt<?PAGE NO="I-4459"?> tal-Unjoni u l-kwistjoni tal-benefiċċju tad-drittijiet proċedurali quddiem awtorità amministrattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 88(2) KE jistabbilixxi regola tal-proċedura amministrattiva Ewropea, filwaqt li l-Artikolu 230 KE jistipula regola tal-kawżi amministrattivi Ewropej.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandha tiġi enfasizzata r-rilevanza tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Dan il-prinċipju ta’ oriġini ġudizzjarja, stabbilit reċentement fl-Artikolu 41 tal-Karta, huwa prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara t-test tal-ispjegazzjonijiet dwar it-test komplut tal-Karta: http://www.europarl.europa.eu/charter/pdf/04473_en.pdf. Ara l-konklużjonijiet fil-kawża Il-Kummissjoni vs Scott, iċċitata iktar ’il fuq, (punt 60 u l-ġurisprudenza ċċitata), pereżempju s-sentenza tat-<DATE ISO="20050222">22 ta’ Frar 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs max.mobil (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-141/02 P" PAGE.ECR="I-1283" YEAR="2005">C-141/02 P, Ġabra p. I-1283</REF.DOC.ECR>, punt 72). Ara wkoll is-sentenzi tad-<DATE ISO="19831019">19 ta’ Ottubru 1983</DATE>, Lucchini Siderurgica vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="179/82" PAGE.ECR="3083" YEAR="1983">179/82, Ġabra p. 3083</REF.DOC.ECR>, punt 27); u tal-<DATE ISO="19920331">31 ta’ Marzu 1992</DATE>, Burban vs Il-Parlament (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-255/90 P" PAGE.ECR="I-2253" YEAR="1992">C-255/90 P, Ġabra p. I-2253</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Billi l-imsemmi prinċipju jeżiġi eżami diliġenti u imparzjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, iċċitata iktar ’il fuq (punt 62); kif ukoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20020130">30 ta’ Jannar 2002</DATE>, max.mobil vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-54/99" PAGE.ECR="II-313" YEAR="2002">T-54/99, Ġabra p. II-313</REF.DOC.ECR>, punt 48).</P></NOTE>, nikkunsidra li d-dritt li jkun jista’ jintalab il-ftuħ tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2) KE sabiex ikunu protetti l-prerogattivi proċedurali tagħha jirriżulta mill-obbligu li għandha l-Kummissjoni li tieħu d-deċiżjoni tagħha abbażi tal-Artikolu 88(3) KE, fin-nuqqas ta’ diffikultajiet serji.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja dan l-aħħar iddeċidiet li l-parteċipazzjoni fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent fil-kundizzjonijiet previsti mid-Direttiva 85/337/KEE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20030526">26 ta’ Mejju 2003</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466).</P></NOTE> hija separata u għandha għan differenti minn rikors ġudizzjarju, fejn dan tal-aħħar jista’, jekk ikun il-każ, jiġi ppreżentat kontra deċiżjoni meħuda fi tmiem dan il-proċess. Għaldaqstant, din il-parteċipazzjoni ma taffettwax il-kundizzjonijiet għall-preżentata tar-rikors<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-263/08" PAGE.ECR="I-9967" YEAR="2009">C-263/08, Ġabra p. I-9967</REF.DOC.ECR>, punt 38).</P></NOTE>. Mingħajr ma rrid nipparaguna d-dritt li wieħed ikun assoċjat mal-proċedura abbażi tal-Artikolu 88(2) KE mad-dritt li wieħed jipparteċipa fi proċedura amministrattiva fil-qasam tal-ambjent, nixtieq nenfasizza li dan tal-aħħar huwa ddefinit b’mod iktar wiesa’ mid-dritt li tittieħed azzjoni fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi osservat li l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Matra vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, ma hijiex qed tirriskja li testendi d-drittijiet proċedurali li t-Trattat u d-dritt sekondarju jagħtu lill-partijiet interessati fil-kuntest tal-proċeduri ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Anzi, din hija l-affermazzjoni ta’ dritt espressament mogħti mit-Trattat fil-kuntest tal-proċedura fejn il-kunċett ta’ parti interessata jista’ jiġi applikat totalment. B’hekk, l-għan tal-ġurisprudenza Matra vs Il-Kummissjoni jikkonsisti fil-konferma ta’<?PAGE NO="I-4460"?> dritt rikonoxxut fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali u mhux f’rikonoxximent ta’ dritt ġdid fil-kuntest tal-proċedura preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq, in-natura tad-dritt li jirriżulta mill-Artikolu 88(2) KE hija ddefinita mill-fatt li hija assoċjata mal-proċedura ta’ eżami u bl-ebda mod ma tagħti lill-partijiet interessati kwalità li tista’ tikkomprometti l-kundizzjonijiet tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fid-dawl tal-kritika tad-duttrina kif ukoll tal-istediniet ta’ diversi Avukati Ġenerali, naħseb li wasal il-mument biex il-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li tħares l-idea prinċipali tal-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet tal-partijiet interessati fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, tiċċara definittivament ir-regoli li jirregolaw l-ammissibbiltà tar-rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiġu adottati abbażi tal-Artikolu 88(3) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Issa huwa stabbilit li r-regoli li jirregolaw il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għandhom l-għan li jikkontestaw id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 88(3) KE, huma attwalment vagi u konfużi. Fil-fatt jidhirli li huwa impossibbli attwalment, kemm għall-partijiet kif ukoll għall-Qorti Ġenerali, li jidentifikaw b’mod ċar f’taħlita ta’ motivi dawk li għandhom l-għan li jipproteġu d-drittijiet proċedurali u dawk li jirrigwardaw il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Diversi eżempji bbażati fuq il-ġurisprudenza jixhdu inċertezza dwar l-eżitu tal-eżami u dwar it-trattament<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara l-analiżi komparattiva tal-kawżi, M. Honoré, iċċitat iktar ’il fuq (p. 275 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, l-aħħar sentenzi tal-Qorti Ġenerali bħal dawk mogħtija fil-kawżi Kronoply<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Sentenza appellata.</P></NOTE>, Deutsche Post u DHL International vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20090210">10 ta’ Frar 2009</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-388/03" PAGE.ECR="II-199" YEAR="2009">T-388/03, Ġabra p. II-199</REF.DOC.ECR>), li hija s-suġġett tal-appell fil-kawża Il-Belġju vs Deutsche Post <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C-148/09 P), pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE> u Scheucher Fleisch <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-375/04" PAGE.ECR="II-4155" YEAR="2009">T-375/04, Ġabra p. II-4155</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> taw lok fid-duttrina għal dubji dwar l-osservanza taċ-ċertezza legali peress li l-Qorti Ġenerali għandha t-tendenza li tagħżel fost l-argumenti li jirreferu għall-mertu l-argumenti li f’għajnejha jkunu relatati mal-motivi li għandhom l-għan li jipproteġu d-drittijiet proċedurali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>A. Maitrepierre, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Għajnuna mill-Istat <HT TYPE="ITALIC">— Locus standi</HT> u interess ġuridiku: Il-Qorti Ġenerali tammetti l-ammissibbiltà ta’ rikors magħqud kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra allegata miżura ta’ għajnuna mill-Istat, peress li r-rikorrenti għandhom il-kwalità ta’ kompetituri diretti tal-benefiċjarju ta’ dik il-miżura (Deutsche Post AG - DHL)<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni libera], <HT TYPE="ITALIC">Concurrences,</HT> Nru 2-2009, Nru 25983, pp. 154-155; H. Peytz, T. Mygind, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Direct Action in State Aid Cases — Tightropes and Legal Protection<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, <HT TYPE="ITALIC">EStAL,</HT> 2/2010, punti 331 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>. Barra minn hekk, fl-appell tagħha, il-Kummissjoni ssostni li tali approċċ iwassal biex ikunu affettwati d-drittijiet tad-difiża tagħha u l-prinċipju ta’ trattament ugwali.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, skont il-ġurisprudenza mfakkra<?PAGE NO="I-4461"?> fil-punti 30 u 31 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li għajnuna tkun kompatibbli biss jekk hija ma jkollha l-ebda dubju dwar il-kompatibbiltà tagħha. Ir-rikorrent, għalhekk, għandu jagħmel ħiltu biex juri li l-Kummissjoni sabet diffikultajiet serji fl-evalwazzjoni tal-miżuri inkwistjoni. Issa, l-għan ta’ rikorrent li jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata wara l-proċedura ta’ eżami preliminari huwa li tinfetaħ il-fażi formali abbażi tal-Artikolu 88(2) KE. Anki jekk l-għan tar-rikorrent jista’ jkun l-annullament fuq il-mertu tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, skont il-loġika proċedurali r-rikorrent jipprova jobbliga lill-Kummissjoni sabiex hija tagħmel eżami iktar approfondit li jista’ jwassal għal bidla fl-evalwazzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Nammetti li l-kunċett ta’ diffikultajiet serji għandu applikazzjoni kumplessa jekk mhux ukoll artifiċjali, għaliex il-kwistjoni vera hija dik jekk il-Kummissjoni kinitx tieħu deċiżjoni differenti abbażi tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Madankollu, huwa stabbilit li l-istruttura ġenerali tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istħarriġ tal-għajnuna mill-Istat hija definittivament ikkaratterizzata minn ċertu formaliżmu. Dan il-formaliżmu li ta lok għal kritika fid-duttrina<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara l-konklużjonijiet fil-kawża Il-Kummissjoni vs Scott, iċċitata iktar ’il fuq (punt 55).</P></NOTE> u li huwa rifless fil-ġurisprudenza Cook u Matra, paradossalment jista’ jagħti kontribut sabiex jiġu ċċarati r-regoli applikabbli u sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali tal-individwi fil-formulazzjoni tal-motivi quddiem il-qorti tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-motiv imqajjem quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi tal-protezzjoni tal-prerogattivi proċedurali għandu jkun espliċitament proċedurali, jiġifieri li missha nfetħet il-proċedura abbażi tal-Artikolu 88(2) KE, imma l-argumenti insostenn tiegħu jistgħu jirreferu għall-fatti u għall-provi li misshom wasslu lill-Kummissjoni sabiex ikollha dubji serji. Dawn l-elementi bilfors għandhom natura materjali għaliex jikkostitwixxu l-mertu tal-proċedura amministrattiva. It-test stabbilit fis-sentenza Plaumann vs Il-Kummissjoni jista’ jiġi applikat totalment ladarba r-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni minħabba li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna illegali jew għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Huwa lejn din l-għażla li l-Qorti tal-Ġustizzja orjentat ruħha fis-sentenza 3F vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Sentenza ċċitata iktar ’il fuq (punt 35). F’dan ir-rigward, ara L. Haasbeek, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>A Step in the Right Direction<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, <HT TYPE="ITALIC">EStAL,</HT> 1/2010, p. 147.</P></NOTE>. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Ċertament, kif jirriżulta mill-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 659/1999, il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet meta hija tikkonstata li l-miżura nnotifikata ma tqajjem l-ebda dubju dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni. Meta rikorrent jitlob l-annullament ta’ tali<?PAGE NO="I-4462"?> deċiżjoni, huwa essenzjalment jikkontesta l-fatt li d-deċiżjoni dwar l-għajnuna ġiet adottata mingħajr il-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali mill-Kummissjoni, u b’hekk tikser id-drittijiet proċedurali tiegħu. Sabiex il-kawża tiegħu tirnexxi, ir-rikorrenti jista’ jipprova juri li l-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni kellha tagħti lok għal dubji. L-użu ta’ tali argumenti madankollu ma għandu jkollu bħala konsegwenza la l-bidla tas-suġġett tar-rikors u lanqas tal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mil-lat kostituzzjonali, nikkunsidra li, meta qorti suprema tiftaħ triq ta’ protezzjoni ġudizzjarja lill-individwi lil hinn mid-diċitura tat-test leġiżlattiv, din il-protezzjoni ta’ oriġini ġudizzjarja tista’ tiġi rrifjutata b’mod definittiv biss mil-leġiżlatur stess. B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħmel ħilitha biex tispeċifika l-metodi ta’ eżekuzzjoni tad-dritt mogħti fil-ġurisprudenza tagħha imma ma tistax tikkundanna tali mezz hija stess. Huma biss it-trattati li jistgħu jagħlqu l-bieb li fetħet il-ġurisprudenza tas-sentenzi Cook u Matra.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ngħad iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha diversi għażliet li jippermettulha taġġusta l-ġurisprudenza tas-sentenzi Cook u Matra.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-test tal-ammissibbiltà li għandu jiġi applikat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi espliċitament li, indipendentement min-natura tal-aggravju, hija meħtieġa kundizzjoni waħda, jiġifieri jew il-formula stretta tal-ġurisprudenza Plaumann vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, jew it-test ferm iktar flessibbli tal-parti interessata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>J.-L. Buendia Sierra, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Standing before the Community Courts in the context of State aid litigation<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, <HT TYPE="ITALIC">EStAL</HT>, Novembru 2007, p. 11.</P></NOTE>. L-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Plaumann għandha twassal għall-invalidazzjoni pura u sempliċi tas-soluzzjoni li tippermetti li l-partijiet interessati, fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE, jibbenefikaw mil-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġew adottati abbażi tal-Artikolu 88(3) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura tal-aggravji li għandhom jiġu invokati, il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tabbanduna d-distinzjoni bejn l-aggravji proċedurali u l-aggravji li jirrigwardaw il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirku ta’ rikorrenti potenzjali, il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tillimita l-kunċett ta’ parti interessata b’tali mod li jkun eskluż kwalunkwe riskju ta’ proliferazzjoni tal-kawżi li jirriżultaw mill-Artikolu 88(3) KE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, wara li ġibdet l-attenzjoni, fil-punti 57 sa 59 tas-sentenza appellata, għad-distinzjoni bejn il-fażi ta’ eżami preliminari u l-proċedura ta’ investigazzjoni formali li tikkaratterizza l-istħarriġ, mill-Kummissjoni,<?PAGE NO="I-4463"?> tal-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq komuni, il-Qorti Ġenerali enfasizzat, fil-punt 60 ta’ din l-istess sentenza, li r-rikors għal annullament ta’ parti interessata, fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE, kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet wara l-fażi preliminari għandu jiġi ddikjarat ammissibbli sakemm b’dan ir-rikors il-parti interessata jkollha l-għan li tipproteġi d-drittijiet proċedurali li hija tislet minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Filwaqt li ppreċiżat, fil-punt 62 tas-sentenza appellata, li l-kwalità ta’ parti interessata madankollu tista’ tiġġustifika biss il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> f’rikors limitat għall-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali, billi l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> ta’ rikorrent kontra l-fondatezza ta’ deċiżjoni għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-ġurisprudenza tal-ġurisprudenza Plaumann vs Il-Kummissjoni ċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, bil-motivi tagħhom, ir-rikorrenti qed jikkontestaw f’dan il-każ, kemm ir-rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali kif ukoll il-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Sa fejn niddefendi l-legalità tas-soluzzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Cook vs Il-Kummissjoni u Matra vs Il-Kummissjoni fir-rigward tar-rikonoxximent tal-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiċħad l-ewwel aggravju tal-Kummissjoni inkwantu r-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa applikazzjoni korretta tal-imsemmija ġurisprudenza. Min-naħa l-oħra, huwa evidenti li jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tagħżel li ma tikkunsidrax il-ġurisprudenza inkwistjoni, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali jkun ivvizjat bi żball ta’ liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, it-tieni u t-tielet aggravji tal-appell għandhom jiġu eżaminati biss jekk tkun sostnuta l-ġurisprudenza tas-sentenzi Cook u Matra. Bil-kontra, jekk jintlaqa’ l-ewwel aggravju, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali jkollha tiġi annullata u l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħti deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tar-rikors ta’ Kronoply u Kronotex.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-Kummissjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta minn ZSG, qed tilmenta li l-Qorti Ġenerali, minkejja li fil-punt 81 tas-sentenza appellata qalet li hija ma kellhiex il-ġurisdizzjoni biex tinterpreta l-motivi tar-rikorrenti ħalli tiddetermina sa liema punt qed jikkontestaw il-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata jew għandhom l-għan li jipproteġu d-drittijiet proċedurali tagħhom, tabilħaqq tat tali interpretazzjoni fil-punt 82 tas-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tiċċita s-sentenza Stadtwerke Schwäbisch Hall <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs<?PAGE NO="I-4464"?> Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE> (C-176/06 P).</P></NOTE>, minn fejn jirriżulta b’mod ċar li l-Qorti Ġenerali ma hijiex awtorizzata tiddefinixxi mill-ġdid, kif għamlet fil-punt 51 tas-sentenza appellata, is-suġġett tar-rikors. Issa, meta għamlet dan, min-naħa l-waħda, il-Qorti Ġenerali marret lil hinn mill-kompetenzi tagħha, minħabba li hija marbuta bir-rikors kif jirriżulta min-noti ppreżentati quddiemha. Tali approċċ iwassal, min-naħa l-oħra, biex jiġu ffavoriti r-rikorrenti u b’hekk biex ma jiġix osservat il-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-partijiet għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>95.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tenfasizza, b’mod partikolari, li fid-dawl tal-punt 83 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kellha l-intenzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-motivi kollha, biex b’hekk telimina d-differenza bejn l-invokazzjoni tad-drittijiet proċedurali u l-invokazzjoni tal-motivi fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>96.</NO.P><TXT>ZSG iżżid li, b’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali kienet qed tantiċipa, b’mod żbaljat, l-eżami li kienet se tagħmel ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda fi tmiem proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sentenza appellata u l-problema ta’ definizzjoni mill-ġdid tar-rikors inizjali fl-ewwel istanza</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>97.</NO.P><TXT>Qabel xejn, kif ifakkar l-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-konklużjonijiet li ppreżenta fil-kawża British Aggregates vs Il-Kummissjoni, għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti tal-Ġustizzja teskludi kwalunkwe possibbiltà li jiġi rrimedjat in-nuqqas ta’ motivi bbażati espressament fuq il-ksur tal-garanziji proċedurali rikonoxxuti mill-Artikolu 88(2) jew il-ksur tal-obbligu tal-Kummissjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Il-Qorti tal-Ġustizzja teskludi prattikament kwalunkwe possibbiltà li jiġi rrimedjat għan-nuqqas ta’ tressiq tal-imsemmija motivi permezz ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ dawk espliċitament imressqa<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Konklużjonijiet imsemmija iktar ’il fuq (punt 70).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>98.</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi żball ta’ liġi, anki jekk it-talbiet imressqa quddiem il-Qorti Ġenerali u l-motivi kollha mqajma insostenn tagħhom iwasslu għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata fuq il-mertu, id-definizzjoni mill-ġdid, mill-Qorti Ġenerali, tas-suġġett stess tar-rikors li għandha quddiemha u li wassalha biex tikkunsidra, b’mod żbaljat, li r-rikorrenti kellhom l-għan li jipproteġu l-garanziji proċedurali li kellhom jibbenefikaw minnhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Sentenza Schwabisch Hall <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 25).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>99.</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni mill-ġdid tar-rikors, li tammonta għal definizzjoni mill-ġdid tas-suġġett tiegħu, ġiet iċċensurata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali, li, anki fin-nuqqas ta’ motiv ibbażat b’mod espliċitu fuq il-ksur, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-obbligu li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE,<?PAGE NO="I-4465"?> ir-rikors għandu, fid-dawl tal-motivi favur l-annullament invokati insostenn tiegħu, jiġi interpretat bħala li jakkuża lill-Kummissjoni li ma fetħitx, minkejja d-diffikultajiet serji fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuniet ikkonċernati, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-imsemmija dispożizzjoni u bħala li huwa intiż, fl-aħħar mill-aħħar, biex jipproteġi d-drittijiet proċedurali mogħtija minn din id-dispożizzjoni, jidhru li ma huma bbażati fuq l-ebda raġuni oġġettiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Sentenza ċċitata iktar ’il fuq (punti 44 u 45).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>100.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, wara li fakkret, ġustament, il-ġurisprudenza li tirregola l-eżami ta’ rikors mill-Qorti Ġenerali, hija ddeċidiet fil-punt 82 tas-sentenza appellata li tali limitu għas-setgħa ta’ interpretazzjoni tal-motivi mill-Qorti Ġenerali ma għandhiex l-effett li twaqqaf lil din il-qorti milli teżamina l-argumenti fuq il-mertu mressqa minn rikorrent sabiex ikun ivverifikat jekk dawn jikkontribwux ukoll xi elementi insostenn ta’ motiv, ukoll imressaq mir-rikorrent, li jsostni espressament l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji li kienu jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>101.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punt 83 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, biex tagħti deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tat-tieni motiv, għandhom jiġu eżaminati l-motivi l-oħra kollha mressqa mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni kkontestata, sabiex jiġi evalwat jekk l-argumenti mressqa fil-kuntest tal-ewwel u tat-tielet motivi jistgħux ikunu marbuta ma’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-garanziji proċedurali, fejn għandhom l-għan li jidentifikaw diffikultà serja li meta l-Kummissjoni ltaqgħet magħha missha fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP><NP><NO.P>102.</NO.P><TXT>Issa, huwa ovvju li, b’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali fittxet fil-motivi l-oħra kollha mressqa quddiemha u li jikkontestaw il-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata, elementi li jistgħu jiġġustifikaw motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-garanziji proċedurali.</TXT></NP><NP><NO.P>103.</NO.P><TXT>Anki jekk l-approċċ f’dan il-każ ma huwiex identiku għal dak stabbilit mill-ġurisprudenza tas-sentenza Stadwerke Schwäbisch Hall <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, jidhirli li dan jista’ jiġi kkritikat u jista’ jikkostitwixxi, fil-fehma tiegħi, żball ta’ liġi fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>In-nuqqas ta’ osservanza tal-ġurisprudenza tas-sentenza Stadwerke Schwäbisch Hall <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, min-naħa l-waħda, u tal-ġurisprudenza tas-sentenzi Cook u Matra, mill-oħra.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>104.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, skont ġurisprudenza klassika, il-qorti Komunitarja għandha tinterpreta l-motivi ta’ rikorrent mil-lat tal-kontenut tagħhom iktar milli tal-klassifikazzjoni tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19611215">15 ta’ Diċembru 1961</DATE>, Fives Lille Cail <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs L-Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="19/60+21/60+2/61+3/61" PAGE.ECR="559" YEAR="1961">19/60, 21/60, 2/61 u 3/61, Ġabra p. 559</REF.DOC.ECR>, p. 588).</P></NOTE>, u li l-Qorti Ġenerali diġà adottat dan<?PAGE NO="I-4466"?> l-approċċ sabiex tivverifika jekk ir-rikorrent jikkontribwix ukoll elementi insostenn ta’ motiv li jsostni l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji li kienu jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Sentenza Thermenhotel Stoiser Franz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punti 148, 155, 161 u 167), kif ukoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20070920">20 ta’ Settembru 2007</DATE>, Fachvereinigung Mineralfaserindustrie vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-254/05" PAGE.ECR="II-124" YEAR="2007">T-254/05, Ġabra p. II-124</REF.DOC.ECR>, p. 124).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>105.</NO.P><TXT>Huwa stabblit li l-Qorti Ġenerali għandha tapplika l-massima magħrufa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>agħtini l-fatt, u ngħidlek id-dritt<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> [traduzzjoni libera]<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/><HT TYPE="ITALIC">Da mihi factum, dabo tibi ius</HT><QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jiġifieri, il-qorti għandha tapplika d-dispożizzjonijiet legali adatti għall-fatti kif inhuma ppreżentati mill-partijiet. Din il-massima tirriżulta mill-prinċipju ġenerali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/><HT TYPE="ITALIC">jura novit curia</HT><QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, stabbilit mid-dritt kontinentali. Ara l-punt 33 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża van Schijndel et van Veen (sentenza tal-<DATE ISO="19951214">14 ta’ Diċembru 1995</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-430/93+C-431/93" PAGE.ECR="I-4705" YEAR="1995">C-430/93 u C-431/93, Ġabra p. I-4705</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, nistaqsi jekk, wara li tkun invokat il-kwalità tagħha ta’ parti interessata kif ukoll nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet proċedurali tagħha, parti tistax tillimita ruħha sabiex tippreżenta deskrizzjoni sommarja tal-konstatazzjonijiet fattwali allegatament żbaljati tal-Kummissjoni, mingħajr ma tispjega, xorta waħda, għaliex u sa fejn dawn il-konstatazzjonijiet jistgħu jiġġustifikaw, lil hinn mill-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata, l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji fis-sens tal-ġurisprudenza stabbilita. F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali eżaminat jekk l-argumenti mressqa fit-tielet motiv tar-rikors setgħux ikunu marbuta ma’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ garanziji proċedurali minkejja li l-kontenut tat-tieni motiv ma jistax jiġi interpretat bħala li jirreferi, minbarra għall-ewwel motiv, anki għat-tielet motiv tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>106.</NO.P><TXT>Nixtieq nenfasizza li, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Cook u Matra, għandha tiġi stabbilita distinzjoni ċara bejn, min-naħa l-waħda, ir-rikonoxximent ta’ dritt lill-partijiet interessati, jiġifieri, il-possibbiltà li jinvokaw motiv sabiex jipproteġu drittijiet proċedurali u, mill-oħra, il-protezzjoni ġudizzjarja <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jiġifieri l-obbligu li l-Qorti Ġenerali tagħmel ħilitha sabiex tfittex fost argumenti fattwali li għandhom l-għan li jikkontestaw il-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata elementi li jistgħu jiġġustifikaw anki l-motiv ibbażat fuq dritt proċedurali rikonoxxut mil-ġurisprudenza. Jidhirli li huwa evidenti li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tatx strument ta’ protezzjoni ġudizzjarja maħluq b’dan il-mod lill-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>107.</NO.P><TXT>B’hekk, fil-każ ta’ din ix-xorta, il-qorti għandha tagħti deċiżjoni biss dwar it-talba tal-partijiet, li għandhom jiddefinixxu l-kuntest tal-kawża, u għandha tidentifika b’mod ċar l-argument fattwali li għandu l-għan li juri l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 88(3) KE, li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali mill-Kummissjoni. Il-Qorti Ġenerali ma għandhiex tissostitwixxi lill-partijiet biex tfittex, fir-rikors, elementi li jistgħu jiġġustifikaw il-motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet proċedurali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4467"?><NP><NO.P>108.</NO.P><TXT>Konsegwentement, nikkunsidra li għandu jkun ir-rikorrent li jistipula b’mod ċar motiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>proċedurali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> filwaqt li jispeċifika n-natura tad-diffikultajiet serji li setgħu jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali mill-Kummissjoni u b’hekk jispjega l-fatti li jikkostitwixxu elementi fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>109.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti Ġenerali dan l-aħħar kienet involuta f’diversi kawżi, li jirrigwardaw l-interpretazzjoni mill-ġdid tal-motivi. Dan jeżiġi risposta ċara min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-legalità ta’ tali approċċ<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Sentenzi Scheucher-Fleisch <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, u Deutsche Post u DHL International vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>110.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ngħad iktar ’il fuq, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u, konsegwentement, wettqet żball meta laqgħet it-tieni motiv tal-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tielet aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-Kummissjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>111.</NO.P><TXT>B’dan l-aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ parti interessata, il-Kummissjoni qed tilmenta li l-Qorti Ġenerali ma segwitx il-prattika użwali peress li ddeċidiet li fir-rigward tal-kompetituri tal-benefiċjarju ta’ għajnuna fl-uniku suq ta’ provvista ta’ materja prima kellu jiġi rrikonoxxut l-istatus ta’ partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>112.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni ssuġġerita mis-sentenza appellata, skont il-Kummissjoni, twassal biex tiġi awtorizzata, permezz tal-kunċett ta’ parti interessata, xorta ta’ <HT TYPE="ITALIC">actio popularis</HT> kontra d-deċiżjonijiet fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-fatt li jingħata dritt għal rikors lil allegati kompetituri fi swieq oħra għajr dawk fejn topera l-impriża benefiċjarja jwassal għal riskju ta’ splużjoni tal-kawżi Komunitarji.</TXT></NP><NP><NO.P>113.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ZSG tippreċiża li l-attività tagħha teħtieġ prinċipalment polpa tal-injam, imma li hija tuża komponenti oħrajn fil-produzzjoni tagħha. Peress li anki l-konsumaturi tal-ilma jew tal-elettriku jkollhom jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati, is-sentenza appellata jkollha bħala konsegwenza li testendi b’mod sproporzjonat iċ-ċirku tal-impriżi li jkunu jistgħu jikkontestaw deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, dak il-kunċett għandu jkun limitat għall-kompetituri diretti tal-benefiċjarju ta’ għajnuna mill-Istat li jkunu attivi fis-suq fejn jopera l-benefiċjarju tal-għajnuna.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4468"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>114.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ suġġetti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>interessati<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068"><P>Fuq ir-rwol tal-partijiet interessati fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva miftuħa abbażi tal-Artikolu 88(2) KE, ara l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 659/1999 u s-sentenzi tat-<DATE ISO="19730712">12 ta’ Lulju 1973</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="70/72" PAGE.ECR="813" YEAR="1973">70/72, Ġabra p. 813</REF.DOC.ECR>, punt 19); tal-<DATE ISO="19840320">20 ta’ Marzu 1984</DATE>, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, (punt 13); Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, iċċitata iktar ’il fuq (punt 59), u tas-<DATE ISO="20051006">6 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Scott vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-276/03 P" PAGE.ECR="I-8437" YEAR="2005">C-276/03 P, Ġabra p. I-8437</REF.DOC.ECR>, punt 34).</P></NOTE> huwa s-suġġett ta’ interpretazzjonijiet li jiżviluppaw fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. B’mod partikolari, fil-qasam tal-kompetizzjoni, il-partijiet interessati ngħataw firxa pjuttost wiesgħa ta’ possibbiltajiet sabiex jikkontestaw id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0069"><P>Fuq l-iżviluppi li jirrigwardaw l-Artikoli 81 KE u 82 KE, ara Kapteyn u VerLoren van Themaat, <HT TYPE="ITALIC">The Law of the European Union and the European Communities</HT>, Kluwer, 2008, p. 462.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>115.</NO.P><TXT>Qabel xejn, għandha tissemma s-sentenza Eridania <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0070"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19691210">10 ta’ Diċembru 1969</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="10/68+18/68" PAGE.ECR="459" YEAR="1969">10/68 u 18/68, Ġabra p. 459</REF.DOC.ECR>, punt 7).</P></NOTE>, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li s-sempliċi ċirkustanza li att jista’ jeżerċita influwenza fuq ir-relazzjonijiet tal-kompetizzjoni li jeżistu fis-suq inkwistjoni, ma jistax ikun suffiċjenti biex kull operatur ekonomiku li jinsab fi kwalunkwe relazzjoni ta’ kompetizzjoni mad-destinatarju tal-att jista’ jiġi kkunsidrat bħala direttament u individwalment ikkonċernat minn dan tal-aħħar. B’hekk, hija biss l-eżistenza ta’ ċirkustanzi speċifiċi li tista’ tawtorizza lil individwu, li jallega li l-att qed jaffettwa l-pożizzjoni tiegħu fis-suq, li jagħmel rikors abbażi tal-Artikolu 173 (li wara emendi sar l-Artikolu 230 KE).</TXT></NP><NP><NO.P>116.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ parti interessata fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE ġie ppreċiżat fis-sentenza Intermills vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0071"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19841114">14 ta’ Novembru 1984</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="323/82" PAGE.ECR="3809" YEAR="1984">323/82, Ġabra p. 3809</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Attwalment, huwa stabbilit li l-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE, li b’dan il-mod, jistgħu, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE, jippreżentaw rikors għal annullament minħabba li ma ġewx rispettati d-drittijiet proċedurali tagħhom, huma l-persuni, l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet li jistgħu jintlaqtulhom l-interessi tagħhom permezz tal-għoti ta’ għajnuna, jiġifieri, b’mod partikolari, l-impriżi li jikkompetu mal-benefiċjarji ta’ din l-għajnuna u l-organizzazzjonijiet professjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0072"><P>Sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France (punt 41); kif ukoll Il-Kummissjoni vs Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum (punt 36).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>117.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE, b’hekk ġie interpretat b’mod ferm estiż mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant kull impriża li tinvoka relazzjoni ta’ kompetizzjoni, anki potenzjali, jista’ jingħad li għandha l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>[parti] interessat[a]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE, u tiddisponi, bis-saħħa ta’ dan, mill-garanziji<?PAGE NO="I-4469"?> proċedurali li jippermettulha tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0073"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot ippreżentati fil-kawża Il-Ġermanja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kronofrance, iċċitata iktar ’il fuq (punt 89).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>118.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza li rriżultat mis-sentenza Intermills vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, ġiet inkorporata fl-Artikolu 1(h) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0074"><P>Dan ir-regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), li jistipula li l-kunċett ta’ partijiet interessati jinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>kull Stat Membru u kull persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu affettwati bl-għoti ta’ għajnuna, b’mod partikolari l-benefiċjarju ta’ l-għajnuna, impriżi li jikkompetu bejniethom u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>119.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li l-ġurisprudenza tippreċiża ċerti limiti għall-kunċett ta’ parti interessata fis-sens li persuna fiżika jew ġuridika, sabiex tiġi rikonoxxuta bħala parti interessata fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0075"><P>Sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Cook vs Il-Kummissjoni (punt 23); Matra vs Il-Kummissjoni (punt 17), u Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France (punt 47); kif ukoll is-sentenza tal-<DATE ISO="19980915">15 ta’ Settembru 1998</DATE>, Gestevisión Telecinco vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-95/96" PAGE.ECR="II-3407" YEAR="1998">T-95/96, Ġabra p. II-3407</REF.DOC.ECR>, punt 64).</P></NOTE>, għandha tkun tista’ tiġġustifika interess leġittimu sabiex il-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni jkunu jew ma jkunux implementati, jew jinżammu meta jkunu diġà ngħataw. Fir-rigward ta’ impriża, tali interess leġittimu jista’, b’mod partikolari, jikkonsisti fil-protezzjoni tal-pożizzjoni kompetittiva tagħha fis-suq, sa fejn din tkun affettwata minn miżuri ta’ għajnuna<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0076"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Cook vs Il-Kummissjoni (punt 25); Matra vs Il-Kummissjoni (punt 19); u Gestevisión Telecinco vs Il-Kummissjoni (punt 66).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>120.</NO.P><TXT>Skont il-Qorti Ġenerali, li tiġi rikonoxxuta l-kwalità ta’ parti interessata fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE lil kull persuna li jkollha, fir-rigward tal-miżuri tal-Istat inkwistjoni, interess purament ġenerali jew indirett jikkostitwixxi interpretazzjoni manifestament inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 88(2) KE u jkollu bħala konsegwenza li tiċħad minn kull portata ġuridika l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>persuna individwalment ikkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE fir-rikorsi għal annullament kontra deċiżjonijiet meħuda abbażi tal-Artikolu 88(3) KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0077"><P>Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="19980916">16 ta’ Settembru 1998</DATE>, Waterleiding Maatschappij vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-188/95" PAGE.ECR="II-3713" YEAR="1998">T-188/95, Ġabra p. II-3713</REF.DOC.ECR>, punt 68); kif ukoll id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20030625">25 ta’ Ġunju 2003</DATE>, Pérez Escolar vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-41/01" PAGE.ECR="II-2157" YEAR="2003">T-41/01, Ġabra p. II-2157</REF.DOC.ECR>, punt 36).</P></NOTE>, billi dan ir-rimedju ġudizzjarju jiġi ttrasformat f’xorta ta’ <HT TYPE="ITALIC">actio popularis</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>121.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li s-sentenza Waterleiding Maatschappij vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, impliċitament ikkonfermata mill-kawża BP Chemicals vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0078"><P>Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20000927">27 ta’ Settembru 2000</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-184/97" PAGE.ECR="II-3145" YEAR="2000">T-184/97, Ġabra p. II-3145</REF.DOC.ECR>, punti 33 sa 40).</P></NOTE>, tixhed favur interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ parti interessata, bil-kontra tal-ġurisprudenza tas-sentenza Kahn Scheepvaart vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0079"><P>Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19960605">5 ta’ Ġunju 1996</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-398/94" PAGE.ECR="II-477" YEAR="1996">T-398/94, Ġabra p. II-477</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li timplika l-inammissibbiltà ta’ rikors minħabba l-portata ġenerali tal-miżura approvata mill-Kummissjoni. B’hekk, dik il-portata ġenerali ma għadhiex tipprekludi li jkun ammissibbli li operaturi interessati fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE jieħdu azzjoni kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li<?PAGE NO="I-4470"?> approvat, mingħajr ma fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, miżuri ta’ għajnuna inklużi f’leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>122.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-iżviluppi l-iktar reċenti, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li ma huwiex neċessarju li r-rikorrent jipproduċi prova tal-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ kompetizzjoni konkreta u diretta ma’ kull benefiċjarju ta’ għajnuna rrapportata sabiex tkun ikkunsidrata bħala parti interessata skont l-Artikolu 88(2) KE. Fil-fatt, huwa suffiċjenti li hija turi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ kompetizzjoni bħal din ma’ wħud mill-benefiċjarji ta’ l-għajnuna<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0080"><P>Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE>, Asklepios Kliniken vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-167/04" PAGE.ECR="II-2379" YEAR="2007">T-167/04, Ġabra p. II-2379</REF.DOC.ECR>, punt 55).</P></NOTE>. B’hekk, kompetitur kemm futur jew anki sempliċement potenzjali tal-benefiċjarju tal-għajnuna rrapportata għandu jkun ikkunsidrat bħala parti interessata skont l-Artikolu 88(2) KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0081"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 50).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>123.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza 3F vs Il-Kummissjoni hija ammettiet li, korpi li jirrappreżentaw lill-ħaddiema ta’ impriżi benefiċjarji ta’ għajnuna jistgħu jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0082"><P>Sentenza ċċitata iktar ’il fuq (punt 70).</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq is-sentenza appellata</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>124.</NO.P><TXT>Qabel xejn, għandu jiġi osservat li r-risposta għal dan l-aggravju tiddependi mir-risposta mogħtija lill-ewwel aggravju.</TXT></NP><NP><NO.P>125.</NO.P><TXT>B’hekk, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja hija favur l-opinjoni li l-ġurisprudenza tas-sentenzi Cook u Matra għandha tiġi invalidata — pożizzjoni li ma naqbilx magħha — dan iwassal awtomatikament għall-adozzjoni tal-iktar definizzjoni ristretta tal-parti li jkollha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>. L-idea li tissuġġetta lill-partijiet interessati għall-kriterji klassiċi tal-ġurisprudenza Plaumann vs Il-Kummissjoni, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 230 KE biex ikunu jistgħu jiddefendu d-drittijiet proċedurali tagħhom tnaqqas ferm iċ-ċirku tar-rikorrenti li r-rikors tagħhom ikun ammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>126.</NO.P><TXT>F’każ kuntrarju, ma naħsibx li l-analiżi tal-Qorti Ġenerali tikkontradixxi l-linja tal-ġurisprudenza adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kunċett tal-parti interessata. Jidhirli, anzi, li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali jikkostitwixxi żvilupp, sa ċertu punt naturali u loġiku, tal-approċċ ferm estiż difiż mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u, kif juri l-qari tiegħu, jidher li huwa loġiku mil-lat tar-realtajiet ekonomiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>127.</NO.P><TXT>Wara li osservat, fil-punt 74 tas-sentenza appellata, li jista’ jkun hemm effetti mhux<?PAGE NO="I-4471"?> negliġibbli fuq il-kompetizzjoni fis-swieq li jinsabu eqreb tal-punt tal-produzzjoni jew tal-manifattura milli tal-bejgħ (upstream) jew tas-swieq li jinsabu eqreb tal-punt tal-bejgħ milli tal-punt tal-produzzjoni jew tal-manifattura (downstream), u li, għaldaqstant, il-pożizzjoni tal-impriżi li joperaw f’dawn is-swieq tista’ tiġi affettwata, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 75 u 76 ta’ din is-sentenza, speċifikat il-fatti li wassluha biex tikkunsidra li potenzjalment, il-pożizzjoni ta’ Kronoply u Kronotex fis-suq setgħet tiġi affettwata. Konsegwentement, hija ddeċidiet li s-sitwazzjoni tar-rikorrenti taqa’ taħt il-kunċett ta’ parti interessata u li r-rikors tagħhom intiż biex jipproteġi d-drittijiet proċedurali huwa ammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>128.</NO.P><TXT>Anki jekk huwa stabbilit li l-Qorti tal-Ġustizzja marret wisq ’il bogħod fid-definizzjoni tal-kunċett ta’ parti interessata, il-fatt li l-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni f’dan il-każ is-suq eqreb tal-punt tal-produzzjoni jew tal-manifattura milli tal-punt tal-bejgħ (upstream) mal-ewwel daqqa ta’ għajn ma jidhirlix li mhux fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>129.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-loġika sottostanti dan l-approċċ hija bbażata fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>l-eventwalità li tkun affettwata<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Konsegwentement, ma jistax jiġi eskluż li s-suq tal-materja prima jista’ jkollu rwol fil-kuntest ta’ tali analiżi fis-setturi ekonomiċi fejn il-profitt mill-attività jiddependi minn provvista kontinwa mill-bogħod. Fir-rigward tas-settur tal-injam, produttur tal-polpa jkun attiv f’diversi swieq kemm eqreb tal-punt tal-produzzjoni jew tal-manifattura milli tal-bejgħ (upstream) kif ukoll ta’ dawk eqreb tal-punt tal-bejgħ milli tal-punt tal-produzzjoni jew tal-manifattura (downstream). F’dan is-settur, il-provvista tal-injam tiddependi b’mod determinati mid-distanzi kif ukoll mill-aċċess għal sorsi ta’ enerġija stabbli u bi prezzijiet vantaġġjużi.</TXT></NP><NP><NO.P>130.</NO.P><TXT>Jidhirli li l-ġustifikazzjoni għall-approċċ adottat mill-Qorti Ġenerali ġiet inkluża fil-punt 75 tas-sentenza appellata minn fejn jirriżulta li r-rikorrenti u l-benefiċjarja tal-għajnuna żgur li la huma effettivament u lanqas potenzjalment kompetituri fl-istess swieq ta’ prodotti imma li fil-proċessi tal-produzzjoni tagħhom jagħmlu użu mill-istess materja prima, li ma hijiex disponibbli b’mod illimitat fir-reġjun ikkonċernat mill-pjan ta’ investiment inkwistjoni. Billi tali disponibbiltà għandha tiġi evalwata skont iż-żoni ta’ provvista rispettivi tal-operaturi differenti stabbiliti f’dak ir-reġjun kif ukoll skont l-ispejjeż tat-trasport ta’ din il-materja prima, għandu jiġi kkunsidrat li teżisti relazzjoni bejn il-pożizzjonijiet rispettivi tar-rikorrenti u dik ta’ ZSG fis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>131.</NO.P><TXT>Madankollu, nixtieq nagħmel xi osservazzjonijiet dwar il-konsegwenzi ta’ tali evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>132.</NO.P><TXT>Filwaqt li kkunsidrat li r-rikorrenti u l-benefiċjarja tal-għajnuna la huma effettivament u lanqas potenzjalment kompetituri fl-istess swieq ta’ prodotti, il-Qorti Ġenerali, madankollu, rat relazzjoni ta’ kompetizzjoni fl-aċċess għall-materja prima. Għaldaqstant, għażlet il-kompetizzjoni mhux fil-bejgħ tal-prodotti imma fix-xiri tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>133.</NO.P><TXT>Tali estensjoni ta’ relazzjoni tal-kompetizzjoni eventwali madankollu twassal b’mod ċar biex jiġi estiż il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> abbażi<?PAGE NO="I-4472"?> tal-Artikolu 88(3) KE. Għaldaqstant, il-kwistjoni hija li tiġi ddefinita l-portata tal-kunċett tal-kompetizzjoni fil-ġurisprudenza relatata mal-parti interessata fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE, jiġifieri jekk din hijiex kompetizzjoni diretta jew indiretta u hija biss il-kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat mill-miżura li tista’ tittieħed inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>134.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tipprovdi ftit kjarifiki għall-mistoqsija li saret iktar ’il fuq. Minnha jirriżulta li l-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma hija marbuta li titlob mill-parti li tinvoka l-istatus tagħha ta’ parti interessata fis-suq ikkonċernat il-prova li l-pożizzjoni tagħha fih ġiet affettwata b’mod sostanzjali permezz tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0083"><P>Sentenza Il-Ġermanja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kronofrance, iċċitata iktar ’il fuq (punt 44), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Qorti Ġenerali ma kienet bl-ebda mod marbuta, fid-dawl b’mod partikolari tas-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Cook vs Il-Kummissjoni u Matra vs Il-Kummissjoni, li titlob ukoll il-prova li l-pożizzjoni ta’ Kronofrance fis-suq ikkonċernat kienet ġiet affettwata b’mod sostanzjali permezz tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Ara C. Quigley, <HT TYPE="ITALIC">European State Aid Law and Policy</HT>, Hart Publishing, Oxford, 2009, p. 522.</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali ttendi lejn kompetizzjoni potenzjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0084"><P>Sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20060510">10 ta’ Mejju 2006</DATE>, Air One vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-395/04" PAGE.ECR="II-1343" YEAR="2006">T-395/04, Ġabra p. II-1343</REF.DOC.ECR>); u Asklepios Kliniken vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>135.</NO.P><TXT>Huwa suffiċjenti li jingħad b’mod ġenerali li l-kompetizzjoni diretta turi li l-impriżi joperaw fl-istess suq u li l-prodotti mibjugħa jkunu f’kompetizzjoni ma’ xulxin<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0085"><P>Ara, dwar ir-relazzjoni ta’ kompetizzjoni fil-kuntest tad-deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 88(2) KE, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Sniace vs Il-Kummissjoni (sentenza tat-<DATE ISO="20071122">22 ta’ Novembru 2007</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-260/05 P" PAGE.ECR="I-10005" YEAR="2007">C-260/05 P, Ġabra p. I-10005</REF.DOC.ECR>, punti 34 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>. Madankollu, relazzjoni ta’ kompetizzjoni diretta tista’ teżisti wkoll bejn ix-xerrejja li jispjega l-eżistenza ta’ akkordji ta’ xiri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0086"><P>Fil-fatt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>[il]-prezzijiet ta’ l-akkwist jew tal-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> jissemmew bħala s-suġġetti ta’ restrizzjonijiet għall-kompetizzjoni fl-Artikolu 81(1) KE u 82(2) KE.</P></NOTE>. Il-kompetizzjoni indiretta ġejja minn impriżi li joperaw fi swieq distinti anki jekk dawn ikunu swieq qrib ta’ xulxin<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0087"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano ppreżentanti fil-kawża Il-Kummissjoni vs Tetra Laval (sentenza tal-<DATE ISO="20050215">15 ta’ Frar 2005</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-12/03 P" PAGE.ECR="I-987" YEAR="2005">C-12/03 P, Ġabra p. I-987</REF.DOC.ECR>, punt 152).</P></NOTE>. Barra minn hekk, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ kompetizzjoni iktar globali jista’ jiġi ġġustifikat ukoll peress li l-Kummissjoni tista’ tipproċedi, sabiex tkun evalwata l-pożizzjoni kompetittiva ta’ impriża, biex tieħu inkunsiderazzjoni l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>effett ta’ portafoll<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0088"><P>Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20030403">3 ta’ April 2003</DATE>, BaByliss vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-114/02" PAGE.ECR="II-1279" YEAR="2003">T-114/02, Ġabra p. II-1279</REF.DOC.ECR>, punt 343): <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>[I]l-Kummissjoni jista’ jkollha bżonn, sabiex tevalwa l-pożizzjoni kompetittiva li għandha impriża, li tikkunsidra l-portafoll ta’ trade marks li jkollha jew il-fatt li hija jkollha ishma mis-suq importanti f’għadd kbir ta’ swieq ta’ prodotti rilevanti (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>effett ta’ portafoll<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="2019" ID="QE0037"/>).<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>136.</NO.P><TXT>Madankollu, għall-finijiet tal-eżami tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, jidhirli li ma hemmx xi differenza fundamentali bejn is-swieq tal-bejgħ u s-swieq tax-xiri mil-lat tal-kompetizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0089"><P>Pereżempju, l-abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-suq tal-materja prima, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>upstream monopoly [monopolju eqreb tal-punt tal-produzzjoni jew tal-manifattura milli tal-punt tal-bejgħ]<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja tas-snin sebgħin. Ara s-sentenza tas-<DATE ISO="19740306">6 ta’ Marzu 1974</DATE>, Istituto Chemioterapico Italiano u Commercial Solvents vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="6/73+7/73" PAGE.ECR="223" YEAR="1974">6/73 u 7/73, Ġabra p. 223</REF.DOC.ECR>): <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-suq tal-materja prima jista’ jkollu riperkussjonijiet u jirrestrinġi l-kompetizzjoni fis-suq fejn jiċċirkolaw il-prodotti derivati li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-effetti tal-ksur, anki jekk is-suq tal-prodotti derivati ma jkunx suq minnu nnifsu<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</P></NOTE>. Il-kompetizzjoni tista’ teżisti fis-suq tax-xiri tal-prodotti [xerrejja<?PAGE NO="I-4473"?> kompetituri fis-suq eqreb tal-punt tal-produzzjoni jew tal-manifattura milli tal-bejgħ (upstream)]<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0090"><P>Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20021008">8 ta’ Ottubru 2002</DATE>, M6 <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-185/00+T-216/00+T-299/00+T-300/00" PAGE.ECR="II-3805" YEAR="2002">T-185/00, T-216/00, T-299/00 u T-300/00, Ġabra p. II-3805</REF.DOC.ECR>, punt 63): <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Fir-rigward tal-effetti tas-sistema tal-Ewroviżjoni fuq il-kompetizzjoni, kif jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata (punti 71 sa 80), dan jinvolvi żewġ tipi ta’ restrizzjonijiet. Min-naħa l-waħda, l-akkwist konġunt ta’ drittijiet televiżivi għall-avvenimenti sportivi, it-tqassim tagħhom u l-iskambju tas-sinjal jirrestrinġu jew jeliminaw anki l-kompetizzjoni bejn il-membri tal-UER [EBU] li huma kompetituri kemm fis-suq eqreb tal-punt tal-produzzjoni jew tal-manifattura milli tal-punt tal-bejgħ (upstream) — dak tal-akkwist tad-drittijiet — kif ukoll dak tas-suq eqreb tal-punt tal-bejgħ milli tal-punt tal-produzzjoni jew tal-manifattura (downstream) — dak tat-trażmissjoni televiżiva mill-ġdid tal-avvenimenti sportivi. Min-naħa l-oħra, din is-sistema twassal għal restrizzjonijiet fil-kompetizzjoni fir-rigward ta’ terzi minħabba li dawn id-drittijiet, kif ġie spjegat fil-punt 75 tad-deċiżjoni kkontestata, ġeneralment jinbigħu f’kundizzjonijiet ta’ esklużività, ċirkustanza li twassal sabiex dawk li ma jkunux membri tal-UER [EBU] fil-prinċipju ma jkollhomx aċċess għalihom.<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></P></NOTE>. B’mod partikolari fis-suq tal-injam, wieħed isib eżempji fid-dritt tal-kompetizzjoni Amerikan u Finlandiż<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0091"><P>Fejn għandha x’taqsam il-Finlandja, ara s-sentenza tal-Korkein hallinto-oikeuds (Qorti Amministrattiva Suprema) tal-<DATE ISO="20011220">20 ta’ Diċembru 2001</DATE> (KHO <DATE ISO="20011220">20.12.2001</DATE>/3179) dwar akkordju ta’ xiri ta’ injam bejn it-tlett impriżi l-kbar tal-industrija tal-injam. Akkordju tal-istess tip kien is-suġġett ta’ eżami mill-markkinaoikeus (qorti tal-kompetizzjoni) tat-<DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE> (MAO: 614/09). Fir-rigward tad-dritt Amerikan, ara s-sentenza tal-Qorti Suprema (U.S. supreme Court) tal-<DATE ISO="20070220">20 ta’ Frar 2007</DATE>, Weyerhaeuser Co. vs Ross-Simmons Hardwood Lumber Co., Nru 05-381. Kummenti fis-sit tal-Qorti Suprema: http://www.oyez.org/cases/2000-2009/2006/2006_05_381 kif ukoll: http://www.calt.iastate.edu/predatorybuying.html.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>137.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-relazzjoni tal-kompetizzjoni diretta hija differenti mill-effett dirett tal-miżura li tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Ix-xerrejja huma l-kompetituri diretti ta’ xerrejja oħrajn u l-bejjiegħa huma l-kompetituri diretti ta’ bejjiegħa oħrajn. Ix-xerrejja jew il-bejjiegħa tal-prodott A jistgħu jkunu kompetituri indiretti tax-xerrejja jew tal-bejjiegħa tal-prodott B jekk ikun hemm interkambjabbiltà bejn A u B.</TXT></NP><NP><NO.P>138.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq, għandu jiġi enfasizzat li l-kunċett ta’ parti interessata msemmi fl-Artikolu 88(2) KE ma huwiex ristrett għall-kompetituri iżda jista’ jkopri wkoll firxa ta’ organizzazzjonijiet jew ta’ awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu partijiet interessati fis-sens tal-proċedura amministrattiva, anki jekk huma ma jkollhomx <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>139.</NO.P><TXT>B’hekk, fl-istat attwali tal-ġurisprudenza, l-aggravju tal-Kummissjoni, fil-fehma tiegħi, jista’ jintlaqa’ biss jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tagħżel interpretazzjoni iktar restrittiva tal-kunċett ta’ parti interessata.</TXT></NP><NP><NO.P>140.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ngħad iktar ’il fuq, u peress li l-Kummissjoni ma hijiex tilmenta li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti biex tistabbilixxi r-relazzjoni ta’ kompetizzjoni bejn ir-rikorrenti u l-benefiċjarja tal-għajnuna, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad it-tielet aggravju bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VIII —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-risposta ta’ ZSG</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>141.</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha, minbarra diversi osservazzjonijiet ġenerali, ZSG ressqet, insostenn tal-Kummissjoni, argumenti li jistgħu jiġu ddefiniti bħala aggravji awtonomi li jidhirli, madankollu, li huma parzjalment inammissibbli u parzjalment ikopru l-istess problematika msemmija mill-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4474"?><NP><NO.P>142.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont ġurisprudenza stabbilita, mill-Artikolu 225 KE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Artikolu 112(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkontestati tas-sentenza li qiegħed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll ir-raġunijiet u l-argumenti ta’ dritt li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0092"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<DATE ISO="20060119">19 ta’ Jannar 2006</DATE>, Comunità montana della Valnerina vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-240/03 P" PAGE.ECR="I-731" YEAR="2006">C-240/03 P, Ġabra p. I-731</REF.DOC.ECR>, punt 105).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>143.</NO.P><TXT>Għalhekk appell li jillimita ruħu sabiex jirrepeti jew sabiex jirripproduċi testwalment il-motivi u l-argumenti li kienu ġew ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali, ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet. Fil-fatt, tali appell fil-verità jikkostitwixxi talba intiża sabiex tikseb sempliċi rieżami tat-talba ppreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali, u dan imur lil hinn mill-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0093"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 106).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>144.</NO.P><TXT>Madankollu, meta rikorrent jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju li ngħatat jew saret mill-Qorti Ġenerali, il-punti ta’ liġi eżaminati fl-ewwel istanza jistgħu jerġgħu jiġu ttrattati fi proċedura ta’ appell. Jekk rikorrent ma jistax jiġġustifika b’dan il-mod l-appell tiegħu fuq motivi u argumenti diġà użati quddiem il-Qorti Ġenerali, il-proċedura tal-appell titlef parti mis-sens tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0094"><P>Sentenza British Aggregates vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punti 121 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>145.</NO.P><TXT>B’hekk, l-ewwel nett, fir-rigward tal-argumenti dwar in-nuqqas ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tar-rikorrenti inkwantu ma humiex individwalment ikkonċernati fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE, għandu jiġi osservat li l-imsemmija problematika kienet is-suġġett ta’ eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni, sostnuta minn ZSG. Mill-punt 37 tas-sentenza appellata jirriżulta b’mod partikolari li dawn il-partijiet flimkien kienu invokaw il-benefiċċju tal-kriterji tal-ġurisprudenza Plaumann vs Il-Kummissjoni, u l-Qorti Ġenerali weġbithom b’mod ċar billi ddikjarat, fil-punt 69 tas-sentenza appellata, li r-rikors ta’ Kronoply u Kronotex kien inammissibbli fuq il-mertu. B’hekk, l-argument relatat mal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> għandu jiġi kkunsidrat bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>146.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni estiża tal-kunċett ta’ kompetituri sabiex ikun iddeterminat il-kunċett ta’ parti interessata fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE, fid-dawl tal-iżviluppi relatati mat-tielet aggravju tal-Kummissjoni, din ma hemmx lok li tiġi eżaminata.</TXT></NP><NP><NO.P>147.</NO.P><TXT>It-tieni nett, filwaqt li sostniet li l-Qorti Ġenerali ma llimitatx ruħha għall-evalwazzjoni tad-drittijiet proċedurali, ZSG qed tilmenta li l-Qorti Ġenerali ddefiniet mill-ġdid rikors li kien qed jikkontesta l-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata bħala rikors intiż biex jipproteġi d-drittijiet proċedurali. Fl-aħħar nett, hija tgħid li l-ġurisprudenza tas-sentenzi Cook u Matra titlob interpretazzjoni restrittiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4475"?><NP><NO.P>148.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nikkunsidra li, fid-dawl tat-tweġiba mogħtija lil din il-problematika fil-kuntest tal-eżami tat-tieni aggravju li wassal sabiex jiġi kkunsidrat li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, dan l-aggravju ma hemmx lok li jiġi eżaminat b’mod awtonomu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IX —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>149.</NO.P><TXT>Fit-talbiet tal-appell tagħha, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lil Kronoply u lil Kronotex ibatu l-ispejjeż tal-kawża. Min-naħa tagħha, ZSG qed titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkundanna <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> lil Kronoply u lil Kronotex għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>150.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nixtieq nagħmel osservazzjoni fuq l-ispejjeż f’appell ippreżentat minn rikorrenti istituzzjonali li diġà kisbet sodisfazzjon fuq il-mertu fl-ewwel istanza, u li huwa dirett esklużivament kontra l-parti tas-sentenza appellata li tirrigwarda l-ammissibbiltà tar-rikors. Fil-fatt, nistaqsi, f’dawn iċ-ċirkustanzi partikolari, xi grad ta’ protezzjoni ġuridika quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, għandha parti li titlef fir-rigward tat-talbiet tagħha fuq il-mertu fl-ewwel istanza u li ma tixtieqx tieħu sehem fil-proċedura tal-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>151.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, f’konformità mad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, Kronoply u Kronotex ġew ikkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk tal-Kummissjoni kif ukoll ta’ żewġ partijiet oħrajn għall-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>152.</NO.P><TXT>Issa, wara l-appell tal-Kummissjoni, Kronoply u Kronotex sabu rwieħhom, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, involuti fi proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li r-riżultat tagħha għandu biss l-għan li jiċċara jew li jimmodifika l-ġurisprudenza relatata mal-ammissibbiltà tar-rikorsi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u mhux li jikkontesta d-dispożittiv tas-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>153.</NO.P><TXT>Konsegwentement, fl-ipoteżi fejn, kif ġara f’dan il-każ, il-Kummissjoni taġixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>fl-interess tal-liġi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, jidhirli li jkun ġust li l-Qorti tal-Ġustizzja teżenta lill-parti li la ħadet l-inizjattiva biex tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas biex tippreżenta osservazzjonijiet fil-kuntest tal-appell, mill-ispejjeż tal-Kummissjoni u tal-partijiet l-oħra għall-appell, ikun xi jkun l-eżitu tal-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>154.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, tali soluzzjoni, li tista’ tiġi dedotta mid-diċitura tal-Artikolu 69(3) tar-Regoli tal-Proċedura, tkun l-aħjar waħda sabiex jiġu osservati r-rekwiżiti tad-dritt għal smigħ xieraq.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4476"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">X —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><P>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti u inkwantu qed nistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tafferma mill-ġdid il-ġurisprudenza tas-sentenzi tad-<DATE ISO="19930519">19 ta’ Mejju 1993</DATE> Cook vs Il-Kummissjoni (C-198/91) u tal-<DATE ISO="19930615">15 ta’ Ġunju 1993</DATE>, Matra vs Il-Kummissjoni (C-225/91):</P><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>Nipproponi li l-ewwel u t-tielet aggravji tal-appell prinċipali tal-Kummissjoni jiġu miċħuda.</P><P>Madankollu, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ t-tieni aggravju tal-appell prinċipali u tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-<DATE ISO="20081210">10 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Kronopoly u Kronotex vs Il-Kummissjoni (T-388/02), sa fejn hija ddikjarat ammissibbli t-tieni motiv li huwa intiż sabiex jipproteġi l-garanziji proċedurali tar-rikorrenti minkejja li huma ma qalux b’mod ċar u konformi mal-ġurisprudenza stabbilita r-raġunijiet għalfejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kellha tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE. Peress li jista’ jiġi ammess li l-kumpanniji rikorrenti ma ppreżentawx rikors li jista’ jkun ammissibbli fir-rigward tad-difiża tad-drittijiet proċedurali tagħhom, jidhirli li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha d-dritt li tagħti deċiżjoni definittiva dwar il-kawża u, għal raġunijiet ta’ ekonomija tal-ġudizzju, nipproponi li r-rikors inizjali fl-ewwel istanza jiġi ddikjarat inammissibbli mingħajr mal-kawża tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.</P><P>Fir-rigward tal-ispejjeż, nipproponi li l-Kummissjoni Ewropea u Zellstoff Stendal GmbH ibatu l-ispejjeż tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>