22003D0059



Official Journal L 193 , 31/07/2003 P. 0044 - 0045


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 59/2003

tas-16 ta' Mejju 2003

li temenda l-Anness XXI (Statisiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-ŻEE, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-ŻEE, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1779/2002 ta'l-4 ta' Ottubru 2002 dwar in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistiċi tal-kummerċ ma' barra tal-Komunità u statistiċi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri [2] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej ser jiġi nkluż wara punt 9 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2020/2001) ta'l-Anness XXI tal-Ftehim:

"9a. 32002 R 1779: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1779/2002 ta'l-4 ta' Ottubru 2002 dwar in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistiċi tal-kummerċ ma' barra tal-Komunità u statistiċi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ĠU L 269, tal-5.10.2002. p. 6)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1779/2002 fl-ilsna Islandiċi u Norveġiżi, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2003, iżda n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmulin lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni ser tiġi ppubblikata fiż-ŻEE Taqsima tal-, u fiż-ŻEE Suppliment għall-, Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Mejju 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 94, tal-10.4.2003. p. 76.

[2] ĠU L 269, tal-5.10.2002. p. 6.

[3] L-ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------