|
16.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/6 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 839/2009
tal-15 ta’ Settembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
|
(2) |
Fil-31 ta’ Lulju 2008, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika Emenda għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl bit-titlu Entrati Hedged Eliġibbli, minn hawn ‘il quddiem “emendi għall-IAS 39”. L-emendi għall-IAS 39 jiċċaraw l-applikazzjoni tal-kontabilità għall-hedging tal-element tal-inflazzjoni għall-istrumenti finanzjarji u għall-kuntratti tal-opzjoni meta dawn jintużaw bħala strument tal-hedging. |
|
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emenda għall-IAS 39 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
|
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità IAS 39, Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-IAS 39, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara t-30 ta’ Ġunju 2009.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, il-15 ta’ Settembru 2009
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
|
IAS 39 |
Entrati Hedged Eliġibbli, Emenda għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl |
Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jinkiseb mill-IASB fl-indirizz www.iasb.org
Oġġetti Hedged Eliġibbli (Emenda għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl )
Fl-Istandard, jiżdied il-paragrafu 103G.
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
|
103G |
Entità għandha tapplika l-paragrafi AG99BA, AG99E, AG99F, AG110A u AG110B retrospettivament għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara, skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji. Applikazzjoni iktar bikrija hi permessa. Jekk entità tapplika Oġġetti Hedged Eliġibbli (Emenda għall-IAS 39) għal perijodi li jibdew qabel l-1 ta’ Lulju 2009, hija għandha tiżvela dak il-fatt. |
Fl-Appendiċi A Gwida għall-Applikazzjoni, jiżdiedu l-paragrafi AG99BA, AG99E, AG99F, AG110A u AG110B.
Oġġetti hedged (il-paragrafi 78-84)
Oġġetti li jikkwalifikaw (il-paragrafi 78-80)
|
AG99BA |
Entità tista’ tiddenomina l-bidliet kollha fil-flussi tal-flus jew fil-valur ġust ta’ oġġett hedged f’relazzjoni ta’ hedging. Entità tista’ wkoll tiddenomina biss bidliet fil-flussi tal-flus jew fil-valur ġust ta’ oġġett hedged ‘il fuq jew ‘l isfel minn prezz speċifikat jew varjabbli ieħor (riskju fuq naħa waħda biss). Il-valur intrinsiku ta’ strument ta’ hedging għal opzjoni mixtrija (jekk wieħed jassumi li għandu l-istess termini prinċipali bħar-riskju ddenominat), iżda mhux il-valur tiegħu taż-żmien, jirrifletti riskju fuq naħa waħda f’oġġett hedged. Pereżempju, entità tista’ tiddenomina l-varjabbiltà ta’ eżiti futuri ta’ flussi ta’ flus li jirriżultaw minn żieda fil-prezz ta’ xiri previst ta’ prodott kummerċjali. F’sitwazzjoni bħal din, jiġi ddenominat biss it-telf ta’ flussi ta’ flus li jirriżulta minn żieda fil-prezz ‘il fuq mil-livell speċifikat. Ir-riskju hedged ma jinkludix il-valur taż-żmien ta’ opzjoni mixtrija peress li l-valur taż-żmien mhuwiex komponent tat-tranżazzjoni mbassra li jaffettwa l-profitt jew telf (il-paragrafu 86(b)). |
Denomina ta’ oġġetti finanzjarji bħala oġġetti hedged (il-paragrafi 81 u 81 A)
|
AG99E |
Il-paragrafu 81 jippermetti li entità tiddenomina xi ħaġa apparti mill-bidla sħiħa fil-valur ġust jew il-varjabbiltà fil-flussi ta’ flus ta’ strument finanzjarju. Pereżempju:
|
|
AG99F |
Biex ikunu eliġibbli għall-kontabilità tal-hedging, ir-riskji u l-porzjonijiet iddenominati jridu jkunu komponenti identifikabbli separatament tal-istrument finanzjarju, u l-bidliet fil-flussi tal-flus jew fil-valur ġust tal-istrument finanzjarju kollu li jirriżultaw minn bidliet fir-riskji u l-porzjonijiet iddenominati jridu jkunu jistgħu jitkejlu b’mod affidabbli. Pereżempju:
|
Kontabilità għall-hedging (il-paragrafi 85-102)
Evalwazzjoni tal-effettività tal-hedge
|
AG110A |
Il-paragrafu 74(a) jippermetti lil entità li tissepara l-valur intrinsiku u l-valur taż-żmien ta’ kuntratt ta’ opzjoni u li tiddenomina bħala l-istrument tal-hedging biss il-bidla fil-valur intrinsiku tal-kuntratt ta’ opzjoni. Tali denominazzjoni tista’ tirriżulta f’relazzjoni ta’ hedging li tkun perfettament effettiva biex jinkisbu bidliet ta’ tpaċija fil-flussi ta’ flus attribwibbli għal riskju fuq naħa waħda li jkun hedged ta’ tranżazzjoni prevista, jekk it-termini prinċipali tat-tranżazzjoni prevista u tal-istrument tal-hedging ikunu l-istess. |
|
AG110B |
Jekk entità tiddenomina opzjoni mixtrija fit-totalità tagħha bħala l-istrument ta’ hedging ta’ riskju fuq naħa waħda li jirriżulta minn tranżazzjoni prevista, ir-relazzjoni ta’ hedging ma tkunx perfettament effettiva. Dan għaliex il-primjum imħallas għall-opzjoni jinkludi l-valur taż-żmien u, kif iddikjarat fil-paragrafu AG99BA, riskju fuq naħa waħda ddenominat ma jinkludix il-valur taż-żmien ta’ opzjoni. Għalhekk, f’din is-sitwazzjoni, ma jkun hemm ebda tpaċija bejn il-flussi ta’ flus relatati mal-valur taż-żmien tal-primjum imħallas tal-opzjoni u r-riskju hedged iddenominat. |