<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-677/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0677</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:800">EU:C:2022:800</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20221018">18.10.2022</DATE> – Kawża C‑677/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">IG Metall u ver.di</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20221018">18 ta’ Ottubru 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Kumpannija Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/86/KE</KEYWORD><KEYWORD>Involviment tal-ħaddiema fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-kumpannija Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(4)</KEYWORD><KEYWORD>– Kumpannija Ewropea kkostitwita permezz ta’ trasformazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kontenut tal-ftehim innegozjat</KEYWORD><KEYWORD>Elezzjoni ta’ rappreżentanti tal-ħaddiema bħala membri tal-bord superviżorju</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ elezzjoni li tipprovdi għal sehem ta’ votazzjoni separat għar-rappreżentanti tas-sindakati</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑677/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Qorti Industrijali Federali, Il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200818">18 ta’ Awwissu 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20201211">11 ta’ Diċembru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Industriegewerkschaft Metall (IG Metall),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ver.di – Vereinte Dienstleistungsgewerkschaft</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">SAP SE,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">SE-Betriebsrat der SAP SE,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Konzernbetriebsrat der SAP SE,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Deutscher Bankangestellten-Verband eV,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Christliche Gewerkschaft Metall (CGM),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Verband angestellter Akademiker und leitender Angestellter der chemischen Industrie eV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI TAL‑ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, L. Bay Larsen, Viċi President, A. Arabadjiev, A. Prechal, E. Regan, P. G. Xuereb, L. S. Rossi, D. Gratsias u L. Arastey Sahún, Presidenti ta’ Awla, S. Rodin, F. Biltgen (Relatur), N. Piçarra, N. Wahl, I. Ziemele u J. Passer, Imħallfin,</P><?PAGE NO="2"?><P>Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,</P><P>Reġistratur: D. Dittert, Kap ta’ Unità,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20220207">7 ta’ Frar 2022</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Industriegewerkschaft Metall (IG Metall) u ver.di – Vereinte Dienstleistungsgewerkschaft, minn S. Birte Carlson, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għal SAP SE, minn K. Häferer-Duttiné, P. Matzke u A. Schulz, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal Konzernbetriebsrat der SAP SE, minn H.-D. Wohlfarth, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal Christliche Gewerkschaft Metall (CGM), minn G. Gerhardt, Prozessbevollmächtigter,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Lussemburgiż, minn A. Rodesch, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun u B.-R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali waqt is-seduta tat‑<DATE ISO="20220428">28 ta’ April 2022</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzzjoni tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat‑<DATE ISO="20011008">8 ta’ Ottubru 2001</DATE> li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 272).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Industriegewerkschaft Metall (IG Metall) u ver.di – Vereinte Dienstleistungsgewerkschaft, żewġ organizzazzjonijiet sindakali, kontra SAP SE, kumpannija Ewropea (SE), u SE-Betriebsrat der SAP SE, il-Kumitat ta’ Impriża ta’ SAP, dwar il-ftehim li jirrigwarda l-modalitajiet dwar l-involviment tal-ħaddiema fi ħdan SAP.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 3, 5, 10, 15 u 18 tad-Direttiva 2001/86 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(3)</NO.P><TXT>Sabiex jitmexxew ’il quddiem l-għanijiet soċjali tal-Komunità, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali, notabbilment fil-qasam ta’ l-involviment tal-ħaddiema, immirati sabiex jiżguraw illi l-istabbiliment ta’ SE ma jġibx miegħu l-għibien jew it-tnaqqis tal-prattiki ta’ l-involviment tal-ħaddiema li jeżistu fil-kumpaniji parteċipanti<?PAGE NO="3"?> fl-istabbiliment ta’ SE. Dan il-għan għandu jiġi segwit billi jiġi stabbilit sett ta’ regoli f’dan il-qasam, illi jissupplimenta d-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat‑<DATE ISO="20011008">8 ta’ Ottubru 2001</DATE> dwar l-Istatut ta’ Kumpannija Ewropea (SE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 251)].</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Id-diversità kbira fir-regoli u l-prattiki illi teżisti fl-Istati Membri rigward il-manjiera li fiha r-rappreżentanti tal-ħaddiema huma involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet ġewwa l-kumpaniji tagħmilha mhux tal-parir illi jiġi stabbilit mudell wieħed Ewropew ta’ l-involviment tal-ħaddiema li jista’ japplika għas-SE.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Ir-regoli tal-votazzjoni ġewwa l-korp speċjali li jirrappreżenta lill-ħaddiema għall-għanijiet tan-negozjati, b’mod partikolari meta jiġu konklużi ftehimijiet li jipprovdu livell ta’ parteċipazzjoni iktar baxx minn dak il-wieħed li jkun jeżisti ġewwa kumpanija parteċipanti jew aktar, għandhom ikunu proporzjonati skond ir-riskju tal-għibien jew it-tnaqqis tas-sistemi u l-prattiki eżistenti tal-parteċipazzjoni. Dan ir-riskju huwa akbar fil-każ ta’ SE stabbilita permezz tat-trasformazzjonijew l-inkorporazzjoni milli meta tkun stabbilita permezz tal-ħolqien ta’ kumpanija prinċipali (li kollha l-ishma ta’ kumpanija/kumpaniji oħra u tikkontrollaha/tikkontrollahom) jew sussidjarja komuni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet l-oħra eżistenti li jirrigwardaw l-involviment u ma għandhiex għalfejn taffettwa l-istrutturi eżistenti tar-rappreżentazzjoni pprovduti fil-liġijiet u l-prattiki Komunitarji u nazzjonali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>Huwa prinċipju fundamentali u l-għan iddikjarat ta’ din id-Direttiva illi tiżgura d-drittijiet miksuba tal-ħaddiema rigward l-involviment fid-deċiżjonijiet tal-kumpanija. Id-drittijiet tal-ħaddiema fis-seħħ qabel l-istabbiliment ta’ SE għandhom jipprovdu l-bażi għad-drittijiet ta’ l-involviment tal-ħaddiema fis-SE (il-prinċipju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>qabel u wara<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). B’konsegwenza ta’ dan, dan l-avviċinament għandu japplika mhux biss waqt l-istabbiliment inizjali ta’ SE iżda ukoll għall-bidliet strutturali f’SE eżistenti u għall-kumpaniji affettwati mill-proċessi tal-bidliet strutturali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tirregola l-involviment tal-ħaddiema fl-affarijiet ta’ kumpaniji pubbliċi Ewropej ta’ liabilità limitata […], kif riferit fir-[Regolament Nru 2157/2001].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti sabiex jiġu involuti l-ħaddiema f’kull SE skond il-proċedura tan-negozjati riferita fl-Artikoli 3 sa 6 jew, skond iċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikolu 7, bi qbil ma’ l-Anness<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għall-għan ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>rappreżentanti tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser ir-rappreżentanti tal-ħaddiema pprovduti skond il-liġijiet u/jew il-prattiki nazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>korp rappreżentattiv<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> ifisser il-korp li jirrappreżenta lill-ħaddiema stabbilit bil-ftehimijiet riferiti fl-Artikolu 4 jew skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness, bil-għan illi jgħarraf u jikkonsulta lill-ħaddiema ta’ SE u s-sussidjarji u l-istabbilimenti tagħha lokati fil-Komunità u, fejn japplika, jeżerċitaw id-drittijiet tal-parteċipazzjoni fein għandha x’taqsam is-SE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>korp speċjali tan-negozjati<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> jfisser korp stabbilit skond l-Artikolu 3 sabiex jinnegozja mal-korp kompetenti tal-kumpaniji parteċipanti rigward li jiġu stabbiliti l-arranġamenti sabiex jinvolvu l-ħaddiema fis-SE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>involviment tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> jfisser kull mekkaniżmu, inklużi t-tagħrif, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni, li permezz tagħhom ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu ġewwa l-kumpanija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>tagħrif<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> ifisser l-għoti tat-tagħrif lill-korp tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u/jew lir-rappreżentanti tal-ħaddiema mill-organu kompetenti tas-SE dwar il-kwistjonijiet li jirrigwardaw lis-SE nnifisha u lil kull wieħed mis-sussidjarja jew mill-istabbilimenti tagħha li jinsabu fi Stati Membri jew li jaqbżu l-poteri ta’ l-organi illi jieħdu d-deċiżjonijiet fi Stat Membru singolu fiż-żmien, fil-manjiera u bil-kontenut li jħallu lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati jagħmlu stima fil-fond dwar l-impatt possibbli u fejn xieraq, iħejju l-konsultazzjonijiet ma’ l-organu kompetenti tas-SE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>konsultazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser li jiġu stabbiliti d-djalogu u l-iskambju ta’ l-opinjonijiet bejn il-korp li jirrapreżenta lill-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-organu kompetenti tas-SE, fiż-żmien, fil-manjiera u bil-kontenut li jħallu lir-rappreżentanti tal-ħaddiema, fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovdut, li jesprimu opinjoni dwar il-miżuri previsti mill-organu kompetenti illi jistgħu jittieħdu f’konsiderazzjoni fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ġewwa s-SE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>parteċipazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser l-influwenza tal-korp tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema fl-affarijiet tal-kumpanija permezz:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tad-dritt li jeleġġu jew jaħtru wħud mill-membri ta’ l-organu superviżorju jew amministrattiv tal-kumpanija, jew</P></ITEM><ITEM><P>tad-dritt li jirrakkomandaw u/jew jopponu l-ħatra ta’ wħud mill-membri jew il-membri kollha ta’ l-organu superviżorju jew amministrattiv tal-kumpanija.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess direttiva, li jinsab fit-Taqsima II tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-Proċedura tan-Negozjati<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-organi maniġerjali jew amministrattivi tal-kumpaniji parteċipanti jagħmlu pjan sabiex jistabbilixxu SE, huma għandhom mill-aktar fis possibbli wara li jippubblikaw it-termini ta’ l-abbozz ta’ l-inkorporazzjoni jew tal-ħolqien ta’ kumpanija prinċipali jew wara illi jiftiehmu fuq pjan li jiffurmaw sussidjarja jew li jittrasformaw f’SE, jieħdu l-passi meħtieġa, inkluż illi jipprovdu t-tagħrif dwar l-identità tal-kumpaniji parteċipanti, is-sussidjarji u l-istabbilimenti interessati, u n-numru tal-ħaddiema tagħhom, għalbiex jibdew in-negozjati mar-rappreżentanti tal-ħaddiema tal-kumpaniji dwar l-arranġamenti għall-involviment tal-ħaddiema fis-SE.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għal dan il-għan, għandu jinħoloq korp speċali tan-negozjati illi jirrappreżenta lill-ħaddiema tal-kumpaniji parteċipanti u tas-sussidjarji jew l-istabbilimenti interessati skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodu li jrid jiġi użat għall-elezzjoni jew il-ħatra tal-membri tal-korp speċjali tan-negozjati li għandhom jiġu eletti jew maħtura fit-territorji tagħhom. Għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex kemm jista’ jkun jiżguraw illi dawn il-membri jinkludu mill-inqas membru li jirrappreżenta lill-kumpaniji parteċipanti li għandhom ħaddiema fl-Istat Membru interessat. Dawn il-miżuri ma għandhomx iżidu n-numru totali tal-membri.</TXT><P>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi dawn il-membri jistgħu jinkludu r-rappreżentanti tat-trejdunjonijietkemm jekk huma l-ħaddiema ta’ kumpanija parteċipanti jew ta’ sussidjarja jew ta’ stabbliment interessat u kemm jekk le.</P><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-korp speċjali tan-negozjati u l-organi kompetenti tal-kumpaniji parteċipanti għandhom jistabbilixxu, permezz ta’ ftehim bil-miktub, l-arranġamenti sabiex jiġu involuti l-ħaddiema ġewwa s-SE.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/86, dwar il-kontenut tal-ftehim dwar il-modalitajiet tal-involviment tal-ħaddiema fi ħdan l-SE, jipprovdi fil-paragrafu 2(g) u fil-paragrafi 3 u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-partijiet, u bla ħsara għall-paragrafu 4, il-ftehim riferit fil-paragrafu 1 bejn l-organi kompetenti tal-kumpaniji parteċipanti u l-korp speċjali tan-negozjati għandu jispeċifika:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>jekk, matul in-negozjati, il-partijiet jiddeċiedu illi jistabbilixxu l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni, is-sustanza ta’ dawn l-arranġamenti inklużi (jekk japplikaw) in-numru tal-membri fil-korp amministrattiv jew superviżorju tas-SE li l-ħaddiema huma intitolati jeleġġu, jaħtru, jirrakkomandaw jew jopponu, [il-proċeduri sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jeleġġu, jaħtru jew jirrakkomandaw dawn il-membri jew jopponu,] u d-drittijiet tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="6"?><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ftehim ma għandux, għajr jekk ikun hemm dispożizzjoni xorta oħra fih, ikun bla ħsara għar-regoli standard riferiti fl-Anness.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(3) (a), fil-każ ta’ SE stabbilita permezz ta’ trasformazzjoni, il-ftehim għandu jipprovdi mill-inqas l-istess livell ta’ l-elementi kollha ta’ l-involviment tal-ħaddiema bħal dawk li jeżistu fil-kumpanija li trid tiġi trasformata f’SE.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Sabiex jinkiseb il-għan deskritt fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ hawn taħt, jistabbilixxu r-regoli standard dwar l-involviment tal-ħaddiema illi jridu jissodisfaw id-dispożizzjonijiet iddikjarati fl-Anness.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa skond il-liġijiet Komunitarji bil-ħsieb li jipprevienu l-użu ħażin ta’ SE bl-għan li jċaħħdu lill-ħaddiema mid-drittijiet dwar l-involviment tal-ħaddiema jew iż-żamma ta’ dawn id-drittijiet.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(3)(a) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-drittijiet eżistenti ta’ l-involviment tal-ħaddiema pprovduti bil-liġijiet u/jew il-prattiki nazzjonali fl-Istati Membri kif igawdu minnhom il-ħaddiema tas-SE u tas-sussidjarji u l-istabbilimenti tagħha, għajr il-parteċipazzjoni fil-korpi tas-SE<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Anness tad-Direttiva 2001/86 jinkludi r-regoli standard imsemmija fl-Artikolu 7 tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il‑MitbestG</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-Gesetz über die Mitbestimmung der Arbeitnehmer (il-Liġi dwar il-Parteċipazzjoni tal-Impjegati fit-Tmexxija), tal‑<DATE ISO="19760504">4 ta’ Mejju 1976</DATE> (BGBl. 1976 I, p. 1153), kif emendata bil-Liġi tal‑<DATE ISO="20150424">24 ta’ April 2015</DATE> (BGBl. 2015 I, p. 642) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>MitbestG<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-bord superviżorju ta’ impriża</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>li tipikament ma timpjegax iktar minn <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> ħaddiem għandu jkun kompost minn sitt rappreżentanti tal-azzjonisti u sitt rappreżentanti tal-ħaddiema;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>li tipikament tinkludi iktar minn <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> ħaddiem, iżda mhux iktar minn <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> ħaddiem, għandu jkun kompost minn tmien rappreżentanti tal-azzjonisti u tmien rappreżentanti tal-ħaddiema;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>li tipikament timpjega iktar minn <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> ħaddiem għandu jkun kompost minn għaxar rappreżentanti tal-azzjonisti u għaxar rappreżentanti tal-ħaddiema.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Fost il-membri tal-bord superviżorju li jirrappreżentaw il-ħaddiema għandu jkun hemm,</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>meta dan il-bord superviżorju jinkludi sitt rappreżentanti tal-ħaddiema, erba’ ħaddiema tal-impriża u żewġ rappreżentanti tas-sindakati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>meta dan il-bord superviżorju jinkludi tmien rappreżentanti tal-ħaddiema, sitt ħaddiema tal-impriża u żewġ rappreżentanti tas-sindakati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>meta dan il-bord superviżorju jinkludi għaxar rappreżentanti tal-ħaddiema, seba’ ħaddiema tal-impriża u tliet rappreżentanti tas-sindakati.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Is-sindakati imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu rappreżentati fl-impriża stess jew f’impriża oħra li l-ħaddiema tagħha jipparteċipaw fl-elezzjoni tal-membri tal-bord superviżorju tal-impriża skont din il-liġi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-elezzjoni tar-rappreżentanti tas-sindakati fil-bord superviżorju, l-Artikolu 16 ta’ din il-liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-delegati jeleġġu l-membri tal-bord superviżorju li jirrappreżentaw is-sindakati skont l-Artikolu 7(2) b’votazzjoni sigrieta u fl-osservanza tal-prinċipji tal-votazzjoni proporzjonata […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>L-elezzjoni tiżvolġi abbażi ta’ kandidaturi nominati mis-sindikati rappreżentati fl-impriża nnifisha jew f’impriża oħra li l-ħaddiema tagħha jipparteċipaw fl-elezzjoni tal-membri tal-bord superviżorju tal-impriża skont din il-liġi. […]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is‑SEBG</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Gesetz über die Beteiligung der Arbeitnehmer in einer Europäischen Gesellschaft (il-Liġi dwar l-Involviment tal-Impjegati fi Ħdan Kumpannija Ewropea), tat‑<DATE ISO="20041222">22 ta’ Diċembru 2004</DATE> (BGBl. 2004 I, p. 3675, 3686), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ sa mill‑<DATE ISO="20200301">1 ta’ Marzu 2020</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>SEBG<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.008"><NO.PARAG>(8)</NO.PARAG><ALINEA>L-involviment tal-ħaddiema jirreferi għal kwalunkwe proċedura, inkluż l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni, li permezz tagħha r-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fi ħdan l-impriża.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.012"><NO.PARAG>(12)</NO.PARAG><ALINEA><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Parteċipazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> tfisser l-influwenza tal-ħaddiema fuq l-affarijiet ta’ kumpannija</P><?PAGE NO="8"?><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>billi jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jeleġġu jew jinnominaw parti mill-membri tal-korp superviżorju jew amministrattiv tal-kumpannija; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>billi jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirrakkomandaw jew jopponu l-ħatra ta’ membru jew l-membri kollha tal-korp superviżorju jew amministrattiv tal-kumpannija.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="021.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk jiġi konkluż ftehim ta’ parteċipazzjoni bejn il-partijiet, il-kontenut tiegħu għandu jiġi speċifikat. B’mod partikolari, għandu jkun hemm ftehim dwar:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>in-numru ta’ membri tal-korp superviżorju jew amministrattiv tas-SE, li jistgħu jeleġġu jew jaħtru l-ħaddiema jew li jistgħu jirrakkomandaw jew jirrifjutaw il-ħatra tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>il-proċedura li tippermetti lill-ħaddiema jeleġġu jew jaħtru dawn il-membri jew jirrakkomandaw jew jirrifjutaw il-ħatra tagħhom, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>id-drittijiet ta’ dawn il-membri.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="021.006"><NO.PARAG>(6)</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għar-relazzjoni bejn din il-liġi u dispożizzjonijiet oħra relattivi għall-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-kumpannija, fil-każ ta’ SE stabbilita permezz ta’ trasformazzjoni, il-ftehim għandu jipprovdi, għall-elementi kollha tal-involviment tal-ħaddiema, livell tal-inqas ekwivalenti għal dak li jeżisti fil-kumpannija li trid tiġi trasformata f’SE. Dan japplika wkoll meta jsir tibdil tal-istruttura ta’ organizzazzjoni duwalista tal-kumpanija għal struttura ta’ organizzazzjoni monista u viċe versa.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Qabel ma ġiet ittrasformata f’SE, SAP kellha l-forma ġuridika ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata taħt id-dritt Ġermaniż u kellha, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bord superviżorju kompost minn tmien membri li jirrappreżentaw lill-azzjonisti u minn tmien membri li jirrappreżentaw lill-ħaddiema, fosthom sitt ħaddiema tal-impriża u żewġ rappreżentanti tas-sindakati. Iż-żewġ rappreżentanti tas-sindakati kienu, skont l-Artikolu 16(2) tal-MitbestG, ġew proposti mis-sindakati rrappreżentati fi ħdan il-grupp ta’ kumpanniji li għalih tappartjeni SAP u kienu ġew eletti abbażi ta’ votazzjoni separata minn dik implimentata għall-elezzjoni tas-sitt membri l-oħra tal-bord superviżorju li jirrappreżentaw il-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Minn meta, fl‑2014, SAP ġiet ittrasformata f’SE, hija għandha bord superviżorju kompost minn 18-il membru. Skont il-ftehim li jirrigwarda l-modalitajiet dwar l-involviment tal-ħaddiema fi ħdan SAP, konkluż bejn SAP u l-grupp speċjali tan-negozjati stabbilit fi ħdanha (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ftehim ta’ involviment<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), disgħa mill-membri tal-bord superviżorju huma rappreżentanti tal-ħaddiema. Dan il-ftehim ta’ involviment jipprevedi, b’mod partikolari, il-modalitajiet ta’ ħatra tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u jindika, f’dan ir-rigward, li s-sindakati rrappreżentati fi ħdan il-grupp li għalih tappartjeni SAP għandhom dritt esklużiv ta’ proposta ta’ kandidati għal parti<?PAGE NO="9"?> mis-siġġijiet tar-rappreżentanti tal-ħaddiema impjegati fil-Ġermanja, l-elezzjoni ta’ dawn il-kandidati mill-ħaddiema li huma s-suġġett ta’ votazzjoni separata minn dik li abbażi tagħha jiġu eletti r-rappreżentanti l-oħra tal-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-ftehim ta’ involviment jinkludi wkoll regoli dwar il-ħolqien ta’ bord superviżorju mnaqqas għal tnax-il membru (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>bord superviżorju mnaqqas<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>), li fosthom sitta minnhom huma rappreżentanti tal-ħaddiema. Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema li jikkorrispondu għall-ewwel erba’ siġġijiet, attribwiti lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, huma eletti mill-ħaddiema impjegati fil-Ġermanja. Is-sindakati rrappreżentati fi ħdan il-grupp ta’ kumpanniji li għalih tappartjeni SAP jistgħu jipproponu kandidati għal parti mis-siġġijiet attribwiti lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, iżda l-ebda votazzjoni separata minn dik li abbażi tagħha r-rappreżentanti l-oħra tal-ħaddiema jiġu eletti ma hija prevista għall-elezzjoni ta’ dawn il-kandidati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kkontestaw mingħajr suċċess, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell, ir-regoli tal-ftehim ta’ involviment dwar il-ħatra tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fi ħdan il-bord superviżorju mnaqqas. B’riżultat ta’ dan, huma ppreżentaw appell quddiem il-Bundesarbeitsgericht (il-Qorti Industrijali Federali, il-Ġermanja), billi qiesu li l-imsemmija regoli jmorru kontra l-Artikolu 21(6) tas-SEBG u għalhekk għandhom jiġu annullati, minħabba li ma jipprevedux li s-sindakati jibbenefikaw minn dritt ta’ proposta esklużiva, jiġifieri ggarantit permezz ta’ votazzjoni separata, għal ċertu numru ta’ rappreżentanti tal-ħaddiema fil-bord superviżorju mnaqqas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>SAP ssostni, min-naħa tagħha, li d-dritt esklużiv tas-sindikati li jipproponu kandidati għall-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fi ħdan il-bord superviżorju mnaqqas, previst fl-Artikolu 7(2) tal-MitbestG, moqri flimkien mal-Artikolu 16(2) tiegħu, ma huwiex kopert mill-Artikolu 21(6) tas-SEBG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, abbażi tad-dritt nazzjonali biss, hemm lok li tintlaqa’ t-talba tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li jiġu annullati r-regoli tal-ftehim ta’ involviment dwar il-ħatra tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fi ħdan il-bord superviżorju mnaqqas. L-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(6) tas-SEBG fil-fatt teżiġi li l-partijiet fil-ftehim ta’ involviment jiżguraw, waqt it-twaqqif ta’ SE permezz ta’ trasformazzjoni, li l-elementi ta’ proċedura ta’ involviment tal-ħaddiema, fis-sens tal-Artikolu 2(8) tas-SEBG, li jikkaratterizzaw l-influwenza tal-ħaddiema fuq it-teħid ta’ deċiżjoni fi ħdan kumpannija, jibqgħu jeżistu b’mod ekwivalenti fl-SE li għandha tinħoloq. Għalhekk, qabel kollox, dawn l-elementi għandhom jiġu ddeterminati fid-dawl tad-dritt nazzjonali rilevanti, skont, f’kull każ, il-proċeduri ta’ involviment tal-ħaddiema diġà fis-seħħ fil-kumpannija b’responsabbiltà limitata li għandha tiġi ttrasformata, fis-sens tal-Artikolu 2(8) tas-SEBG. Sussegwentement, l-elementi li jikkaratterizzaw l-influwenza tal-ħaddiema fuq it-teħid ta’ deċiżjoni fi ħdan kumpannija għandhom jibqgħu jeżistu b’mod ekwivalenti fl-SE li għandha tiġi stabbilita. L-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(6) tas-SEBG ċertament ma timponix iż-żamma integrali tal-proċeduri u tal-istat tad-dritt eżistenti fil-kumpannija li għandha tiġi ttrasformata, iżda l-elementi proċedurali li jikkaratterizzaw b’mod determinanti l-influwenza tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fuq it-teħid ta’ deċiżjoni fil-kumpannija li għandha tiġi ttrasformata għandhom ikunu ggarantiti kwalitattivament, b’mod ekwivalenti, fil-ftehim ta’ involviment tal-ħaddiema applikabbli għall-SE. Issa, skont id-dritt nazzjonali, l-applikazzjoni ta’ votazzjoni separata għall-elezzjoni tal-kandidati proposti mis-sindakati bħala rappreżentanti tal-ħaddiema fil-bord superviżorju mnaqqas għandha preċiżament l-għan li ssaħħaħ l-influwenza tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fuq it-teħid ta’ deċiżjoni fi ħdan impriża, billi tiggarantixxi li, fost dawn ir-rappreżentanti, hemm persuni li għandhom livell għoli ta’ għarfien tal-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet tal-impriża filwaqt li jkollhom kompetenza esterna.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-regoli tal-ftehim ta’ involviment dwar il-ħatra tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fi ħdan il-bord superviżorju mnaqqas ma josservawx ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 21(6) tas-SEBG peress li, filwaqt li jagħtu lis-sindakati rrappreżentati fi ħdan il-grupp ta’ kumpanniji li għalih tappartjeni SAP id-dritt li jipproponu kandidati għall-elezzjonijiet tal-membri tal-imsemmi bord superviżorju li jirrappreżentaw lill-ħaddiema, huma ma jipprevedux votazzjoni separata għall-elezzjoni ta’ dawn il-membri u għalhekk ma jiggarantixxux il-preżenza effettiva ta’ rappreżentant tas-sindakati fost ir-rappreżentanti tal-ħaddiema fi ħdan il-bord superviżorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi madankollu jekk l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86 jipprevedix livell ta’ protezzjoni uniformi differenti u inqas għoli minn dak previst fid-dritt Ġermaniż u li huwa impost, jekk ikun il-każ, fuq l-Istati Membri kollha. Fl-affermattiv, hija tkun obbligata tinterpreta l-Artikolu 21(6) tas-SEBG b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesarbeitsgericht (il-Qorti Industrijali Federali) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>L-Artikolu 21(6) ta[s-SEBG] li jipprovdi li, fil-każ li tiġi kkostitwita SE […] permezz ta’ trasformazzjoni, stabbilita fil-Ġermanja, għandha tiġi żgurata proċedura ta’ selezzjoni separata għall-kandidati nnominati mis-sindakat, fir-rigward ta’ ċertu numru mill-membri tal-bord superviżorju li jirrappreżentaw lill-ħaddiema, huwa konformi mal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva [2001/86]?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is‑suġġett tad‑domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>SAP tqis li, preliminarjament, għandha tiġi eżaminata l-validità tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86 u għandha tingħata risposta għall-kwistjoni dwar jekk, billi timponi l-adozzjoni, fil-ftehim dwar l-involviment tal-ħaddiema, ta’ regoli iktar stretti f’każ ta’ kostituzzjoni ta’ SE permezz ta’ trasformazzjoni milli fil-każ ta’ kostituzzjoni ta’ tali kumpannija permezz ta’ rimedju ieħor differenti minn dawk imsemmija fil-premessa 10 ta’ din id-direttiva, din id-dispożizzjoni hijiex kompatibbli mad-dritt primarju, b’mod partikolari mal-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 49 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54 TFUE, kif ukoll mal-Artikoli 16, 17 u 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, huma biss il-qrati nazzjonali, li quddiemhom tkun tressqet il-kawża u li jkollhom jassumu r-responsabbiltà għall-eventwali deċiżjoni ġudizzjarja, li għandhom jevalwaw, fid-dawl tad-dettalji partikolari ta’ kull kawża, kemm il-bżonn ta’ deċiżjoni preliminari sabiex ikunu jistgħu jagħtu d-deċiżjoni tagħhom u kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li huma jagħmlu lill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Hochtief Solutions Magyarországi Fióktelepe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑620/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:630">EU:C:2019:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-domanda preliminari għandha bħala suġġett l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86, peress li l-qorti tar-rinviju ma esprimietx dubju dwar il-validità ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita sew, l-Artikolu 267 TFUE ma jiftaħx rimedji ġudizzjarji lill-partijiet f’kawża pendenti quddiem il-qorti nazzjonali, b’mod li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tkun obbligata li tevalwa l-validità tad-dritt tal-Unjoni għall-unika raġuni li din il-kwistjoni ġiet invokata quddiemha minn waħda minn dawn il-partijiet fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha (is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>MSD Sharp &amp; Dohme</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑316/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:275">EU:C:2011:275</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>APEX,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑371/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:828">EU:C:2015:828</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li ma hemmx lok, f’dan il-każ, li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-validità tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 4(4) tad‑Direttiva 2001/86</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-ftehim li jirrigwarda l-modalitajiet dwar l-involviment tal-ħaddiema applikabbli għal SE maħluqa permezz ta’ trasformazzjoni, kif previst f’din id-dispożizzjoni, għandux jipprevedi votazzjoni separata bil-għan li jeleġġi, bħala rappreżentanti tal-ħaddiema fi ħdan il-bord superviżorju tal-SE, ċertu proporzjon ta’ kandidati proposti mis-sindakati, peress li d-dritt applikabbli jimponi tali votazzjoni separata f’dak li jikkonċerna l-kompożizzjoni tal-bord superviżorju tal-kumpannija li għandha tiġi ttrasformata f’SE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss it-termini tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha, l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha u, skont il-każ, l-oriġini tagħha (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Nederlands Uitgeversverbond u Groep Algemene Uitgevers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1111">EU:C:2019:1111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-formulazzjoni tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86, dan tal-aħħar jipprovdi li, bla ħsara għall-Artikolu 13(3)(a) ta’ din id-direttiva, fil-każ ta’ SE kkostitwita permezz ta’ trasformazzjoni, il-ftehim li jirrigwarda l-modalitajiet dwar l-involviment tal-ħaddiema applikabbli għal din l-SE, jipprevedi, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>mill-inqas l-istess livell ta’ l-elementi kollha ta’ l-involviment tal-ħaddiema bħal dawk li jeżistu fil-kumpanija li trid tiġi trasformata f’SE<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>l-elementi kollha ta’ l-involviment<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, li tinsab f’din id-dispożizzjoni, għandu jiġi rrilevat li d-Direttiva 2001/86 tiddefinixxi, fl-Artikolu 2(h) tagħha, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>involviment tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> bħala li jkopri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>kull mekkaniżmu, inklużi t-tagħrif, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni, li permezz tagħhom ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu ġewwa l-kumpanija<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Għandu jiġi rrilevat ukoll li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>parteċipazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 2(k) tagħha bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>l-influwenza tal-korp tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema fl-affarijiet tal-kumpanija<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>permezz tad-dritt li jeleġġu jew jaħtru wħud mill-membri ta’ l-organu superviżorju jew amministrattiv tal-kumpanija<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>tad-dritt li jirrakkomandaw u/jew jopponu l-ħatra ta’ wħud mill-membri jew il-membri kollha ta’ l-organu superviżorju jew amministrattiv tal-kumpanija<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, minn naħa, minn dawn id-definizzjonijiet jirriżulta li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>parteċipazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tikkostitwixxi, bħala tali, mekkaniżmu li permezz tiegħu r-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fi ħdan l-impriża, billi jeżerċitaw, jew id-dritt tagħhom li jeleġġu, jew li jaħtru ċerti membri tal-korpi ta’ superviżjoni jew ta’<?PAGE NO="12"?> amministrazzjoni tal-kumpannija, jew id-dritt tagħhom li jirrakkomandaw din il-ħatra jew li jopponuha. Fid-dawl tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>l-elementi kollha<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> użata fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86, għandu għalhekk jiġi kkunsidrat li l-elementi kollha li jikkaratterizzaw il-metodu ta’ parteċipazzjoni inkwistjoni, li huma ta’ natura li jippermettu lill-korp li jirrappreżenta lill-ħaddiema jew lir-rappreżentanti tagħhom jeżerċitaw influwenza fuq in-negozju tal-kumpannija, bħal, b’mod partikolari, il-modalitajiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija iktar ’il fuq ta’ elezzjoni, ta’ ħatra, ta’ rakkomandazzjoni jew ta’ oppożizzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ ftehim dwar SE maħluqa permezz ta’ trasformazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-imsemmija definizzjonijiet jirreferu għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>rappreżentanti tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, li, skont l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2001/86, jirreferi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>[għar-]rappreżentanti tal-ħaddiema pprovduti skond il-liġijiet u/jew il-prattiki nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma ddefinixxiex dan il-kunċett, iżda sempliċement irrefera f’dan ir-rigward għal-liġijiet u/jew għall-prattiki nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-istess konstatazzjoni tapplika fir-rigward tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>mill-inqas l-istess livell […] bħal [dak] li jeżist[i] fil-kumpanija li trid tiġi trasformata f’SE<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, li tinsab fl-Artikolu 4(4) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, sa fejn jirreferu għal-livell ta’ involviment li jeżisti fil-kumpannija qabel it-trasformazzjoni tagħha f’SE, dawn it-termini jirreferu manifestament għal-leġiżlazzjoni u/jew għall-prattiki nazzjonali fl-Istat Membru tas-sede ta’ din il-kumpannija, jiġifieri, f’dan il-każ, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża. Minn dan isegwi li huma l-partijiet għall-ftehim li jirrigwarda l-modalitajiet dwar l-involviment tal-ħaddiema fi ħdan l-SE li għandhom jivverifikaw li l-livell ta’ involviment tal-ħaddiema previst minnu huwa, għall-elementi kollha ta’ dan l-involviment, tal-inqas ekwivalenti għal dak iffissat minn din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-analiżi tal-kliem tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86 għalhekk diġà turi li l-leġiżlatur tal-Unjoni, fir-rigward tad-definizzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u tal-livell ta’ involviment tagħhom li għandu jiġi ppreżervat, tal-inqas b’mod ekwivalenti, fil-każ ta’ kostituzzjoni ta’ SE permezz ta’ trasformazzjoni, irrefera għal-leġiżlazzjoni u/jew għall-prattiki nazzjonali tal-Istat Membru tas-sede tal-kumpannija li għandha tiġi ttrasformata f’SE. Għalhekk, fir-rigward b’mod partikolari tal-parteċipazzjoni, kemm id-determinazzjoni tal-persuni awtorizzati sabiex jirrappreżentaw lill-ħaddiema kif ukoll dik tal-elementi karatteristiċi tal-parteċipazzjoni li jippermettu lill-imsemmija rappreżentanti tal-ħaddiema jeżerċitaw influwenza fuq id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fi ħdan l-impriża, permezz tal-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 2(k) ta’ din id-direttiva, jeħtieġu li jsir riferiment għall-evalwazzjonijiet magħmula f’dan ir-rigward mil-leġiżlatur nazzjonali kif ukoll għall-prattiki nazzjonali rilevanti. Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-premessa 5 tad-Direttiva 2001/86, il-leġiżlatur tal-Unjoni kkunsidra preċiżament li d-diversità kbira tar-regoli u tal-prattiki eżistenti fl-Istati Membri fir-rigward tal-mod kif ir-rappreżentanti tal-impjegati huma involuti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni tal-kumpanniji kienet tirrendi mhux xierqa l-introduzzjoni ta’ mudell Ewropew uniku ta’ involviment tal-impjegati applikabbli għall-SE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li jekk element proċedurali stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal, f’dan il-każ, il-votazzjoni speċifika għall-elezzjoni tal-kandidati proposti minn sindakati għal numru definit ta’ siġġijiet fi ħdan il-bord ta’ superviżjoni ta’ kumpannija, bħala rappreżentanti tal-ħaddiema fi ħdan dan il-bord, jikkostitwixxi element karatteristiku tas-sistema nazzjonali ta’ parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema, introdotta bil-għan li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fl-impriża u li din il-leġiżlazzjoni tattribwilha, bħal f’dan il-każ,<?PAGE NO="13"?> natura imperattiva, dan l-element proċedurali għandu jiġi kkunsidrat bħala li jagħmel parti minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>l-elementi kollha ta’ l-involviment tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86. Dan l-element proċedurali għandu għalhekk jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-ftehim dwar il-modalitajiet ta’ involviment previst minn din l-istess dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kuntest tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86, dan isostni l-interpretazzjoni litterali ta’ din id-dispożizzjoni, fis-sens li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jirriżerva trattament partikolari għall-SE kkostitwiti permezz ta’ trasformazzjoni sabiex ma jiġux ippreġudikati d-drittijiet ta’ involviment li l-ħaddiema tal-kumpannija li għandha tiġi ttrasformata f’SE jibbenefikaw minnhom skont il-leġiżlazzjoni u/jew il-prattiki nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, qabel kollox, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva jelenka l-elementi differenti li l-ftehim li jirrigwarda l-modalitajiet dwar l-involviment tal-ħaddiema fi ħdan l-SE għandu jinkludi, fejn, jekk ikun applikabbli, in-numru tal-membri tal-korp amministrattiv jew superviżorju tal-SE li l-ħaddiema huma intitolati jeleġġu, jaħtru, jirrakkomandaw jew jopponu, il-proċeduri sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jeleġġu, jaħtru jew jirrakkomandaw dawn il-membri jew jopponu l-ħatra tagħhom, kif ukoll id-drittijiet tagħhom. Issa, din id-dispożizzjoni tipprevedi li hija tapplika <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>bla ħsara għall-paragrafu 4<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> ta’ dan l-istess artikolu, b’tali mod li dan l-aħħar paragrafu ma jistax jiġi analizzat bħala dispożizzjoni derogatorja, li għandha tiġi interpretata b’mod strett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-premessa 10 tal-imsemmija direttiva jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni qies li, f’każ ta’ ħolqien ta’ SE, b’mod partikolari permezz ta’ trasformazzjoni, hemm riskju ikbar ta’ tmiem jew dgħufija tas-sistemi u tal-prattiki ta’ parteċipazzjoni eżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86, mogħtija fil-punt 39 ta’ din is-sentenza hija, fit-tielet lok, konformi mal-għan imfittex minn din id-direttiva. Fil-fatt, skont il-premessa 18 ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>[H]uwa prinċipju fundamentali u l-għan iddikjarat ta[l-imsemmija] Direttiva illi tiżgura d-drittijiet miksuba tal-ħaddiema rigward l-involviment fid-deċiżjonijiet tal-kumpanija<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Din il-premessa tipprovdi wkoll li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>[i]d-drittijiet tal-ħaddiema fis-seħħ qabel l-istabbiliment ta’ SE għandhom jipprovdu l-bażi għad-drittijiet ta’ l-involviment tal-ħaddiema fis-SE (il-prinċipju ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>qabel u wara<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="2019" ID="QE0046"/>)<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Għalhekk mid-Direttiva 2001/86 jirriżulta li l-garanzija tad-drittijiet miksuba li ried il-leġiżlatur tal-Unjoni timplika mhux biss iż-żamma tad-drittijiet miksuba tal-impjegati fil-kumpanija li għandha tiġi trasformata f’SE, iżda wkoll l-estensjoni ta’ dawn id-drittijiet għall-impjegati kollha tal-SE (ara, f’dan is-sens, sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑635/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:408">EU:C:2013:408</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll, kif jirriżulta wkoll mill-premessi 10 u 15 tad-Direttiva 2001/86 kif ukoll mill-Artikolu 11 ta’ din l-istess direttiva, li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jeskludi r-riskju li l-ħolqien ta’ SE, b’mod partikolari permezz ta’ trasformazzjoni, iwassal għal dgħufija, jew anki għat-tmiem, tad-drittijiet ta’ involviment li l-ħaddiema tal-kumpannija li għandha tiġi ttrasformata f’SE kienu jibbenefikaw minnhom skont il-leġiżlazzjoni u/jew il-prattiki nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-raba’ lok, l-interpretazzjoni litterali, kuntestwali u teleoloġika tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86, li tirriżulta mill-punti 32 sa 44 ta’ din is-sentenza, hija sostnuta wkoll mill-oriġini ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, minn naħa, kif irrikonoxxew il-partijiet kollha li ppreżentaw l-osservazzjonijiet u kif jirriżulta mir-rapport finali tal-grupp ta’ esperti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>Systèmes européens d’implication des salariés<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> (rapport Davignon) tax-xahar ta’ Mejju 1997 (C4‑0455/97), is-sistema applikabbli għall-SE permezz ta’ trasformazzjoni kienet tikkostitwixxi, matul in-negozjati għall-adozzjoni tal-imsemmija direttiva, il-punt prinċipali ta’ kontenzjoni. F’dan<?PAGE NO="14"?> ir-rigward, il-Gvern Ġermaniż esprima tħassib, b’mod partikolari, dwar ir-riskju li l-ħolqien ta’ SE permezz ta’ trasformazzjoni jwassal għal tnaqqis fil-livell tal-involviment tal-ħaddiema tal-kumpannija li kellha tinbidel. Huwa biss bl-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni li tkopri speċifikament l-ipoteżi tal-ħolqien ta’ SE permezz ta’ trasformazzjoni u li tiggarantixxi li tali ħolqien ma jwassalx għal dgħufija tal-livell ta’ involviment tal-ħaddiema eżistenti fil-kumpannija li għandha tiġi ttrasformata, dispożizzjoni li finalment tinsab fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86, li l-proċess ta’ adozzjoni ta’ din id-direttiva seta’ jkompli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ftehim li jirrigwarda l-modalitajiet dwar l-involviment tal-ħaddiema applikabbli għal SE maħluqa permezz ta’ trasformazzjoni għandu jipprevedi votazzjoni separata għall-elezzjoni, bħala rappreżentanti tal-ħaddiema fi ħdan il-bord superviżorju ta’ SE, ċertu proporzjon ta’ kandidati proposti mis-sindakati, peress li d-dritt nazzjonali applikabbli jimponi tali votazzjoni separata għal dak li jikkonċerna l-kompożizzjoni tal-bord superviżorju tal-kumpannija li għandha tiġi ttrasformata f’SE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’dan il-każ, huwa fid-dawl tad-dritt Ġermaniż kif kien japplika għal SAP qabel ma ġiet ittrasformata f’SE, b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tal-MitbestG, moqri flimkien mal-Artikolu 16(2) tiegħu, li għandu jiġi evalwat jekk il-ftehim ta’ involviment jiggarantixxix livell mill-inqas ekwivalenti ta’ involviment tal-ħaddiema fit-teħid ta’ deċiżjoni fi ħdan din il-kumpannija wara t-trasformazzjoni tagħha f’SE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat ukoll li, kif imsemmi fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, sa fejn il-garanzija tad-drittijiet miksuba mixtieqa mil-leġiżlatur tal-Unjoni timplika mhux biss iż-żamma tad-drittijiet miksuba tal-ħaddiema fil-kumpannija li għandha tiġi ttrasformata f’SE, iżda wkoll l-estensjoni ta’ dawn id-drittijiet għall-ħaddiema kollha ta’ SE, il-ħaddiema kollha tal-SE maħluqa permezz ta’ trasformazzjoni għandhom jibbenefikaw mill-istess drittijiet bħal dawk li jibbenefikaw minnhom il-ħaddiema tal-kumpannija li għandha tiġi ttrasformata f’SE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, f’dan il-każ, il-ħaddiema kollha ta’ SAP għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-proċedura elettorali preskritta mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża, u dan anki fl-assenza ta’ indikazzjoni f’dan is-sens f’din il-leġiżlazzjoni. Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju u mill-punt 55 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, sabiex jiġu ppreservati kompletament id-drittijiet ta’ dawn il-ħaddiema, sabiex jiġu promossi l-għanijiet soċjali tal-Unjoni kif stabbiliti fil-premessa 3 tad-Direttiva 2001/86 u sabiex tiġi ggarantita l-eżistenza ta’ proċeduri ta’ informazzjoni, ta’ konsultazzjoni u ta’ parteċipazzjoni tal-ħaddiema fuq livell transnazzjonali, id-dritt li tipproponi ċertu proporzjon tal-kandidati għall-elezzjonijiet tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fi ħdan bord superviżorju ta’ SE maħluqa permezz ta’ trasformazzjoni, bħalma hija SAP, ma jistax jiġi rriżervat għas-sindakati Ġermaniżi biss, iżda għandu jiġi estiż għas-sindakati kollha rrappreżentati fi ħdan l-SE, is-sussidjarji tagħha u l-istabbilimenti tagħha, sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn dawn is-sindakati fir-rigward ta’ dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/86 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ftehim li jirrigwarda l-modalitajiet dwar l-involviment tal-ħaddiema applikabbli għal SE maħluqa permezz ta’ trasformazzjoni, kif previst f’din id-dispożizzjoni, għandu jipprevedi votazzjoni separata bil-għan li jeleġġi, bħala rappreżentanti tal-ħaddiema fi ħdan il-bord superviżorju tal-SE, ċertu proporzjon ta’ kandidati proposti mis-sindakati, meta d-dritt nazzjonali applikabbli jimponi tali votazzjoni separata għal dak li jikkonċerna l-kompożizzjoni tal-bord superviżorju tal-kumpannija li għandha<?PAGE NO="15"?> tiġi ttrasformata f’SE, l-ugwaljanza ta’ trattament bejn il-ħaddiema ta’ din l-SE, is-sussidjarji tagħha u l-istabbilimenti tagħha kif ukoll bejn is-sindakati rappreżentati hemmhekk għandhom jiġu osservati fil-kuntest ta’ din il-votazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawżi prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ ħlas lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat‑<DATE ISO="20011008">8 ta’ Ottubru 2001</DATE> li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">l-ftehim li jirrigwarda l-modalitajiet dwar l-involviment tal-ħaddiema applikabbli għal kumpannija Ewropea (SE) maħluqa permezz ta’ trasformazzjoni, kif previst f’din id-dispożizzjoni, għandu jipprevedi votazzjoni separata bil-għan li jeleġġi, bħala rappreżentanti tal-ħaddiema fi ħdan il-bord superviżorju tal-SE, ċertu proporzjon ta’ kandidati proposti mis-sindakati, meta d-dritt nazzjonali applikabbli jimponi tali votazzjoni separata għal dak li jikkonċerna l-kompożizzjoni tal-bord superviżorju tal-kumpannija li għandha tiġi ttrasformata f’SE, l-ugwaljanza ta’ trattament bejn il-ħaddiema ta’ din l-SE, is-sussidjarji tagħha u l-istabbilimenti tagħha kif ukoll bejn is-sindakati rappreżentati hemmhekk għandhom jiġu osservati fil-kuntest ta’ din il-votazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>