31999R0149



Official Journal L 018 , 23/01/1999 P. 0003 - 0006


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 149/1999

tad-19 ta' Jannar 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2027/95 li jistabbilixxi sistema għall-ġestjoni ta' l-isforz tas-sajd li għandu x'jaqsam maż-żoni u r-riżorsi mis-sajd tal-Komunità

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 tal-20 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi sistema Komunitarja għas-sajd u l-akwakultura [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummssjoni,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 685/95 tas-27 ta' Marzu 1995 dwar il-ġestjoni ta' l-isforz tas-sajd li għandu x'jaqsam ma' ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità [2] jistabbilixxi l-kriterji u l-proċeduri għad-dħul ta' sistema għall-ġestjoni ta' l-isforz tas-sajd fit-taqsimiet ta' l-ICES Vb, VI, VII, VIII, IX, X u fl-erji CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0;

Billi r-Regolament (KE) Nru 2027/95 [3] li jistabbilixxi sistema għall-ġestjoni ta' l-isforz tas-sajd li għandha x'taqsam ma' ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità u l-isforz massimu u minimu tas-sajd għal kull Stat Membru u għal kull post tas-sajd, fuq il-bażi tat-tagħrif mibgħut mill-Istati Membri;

Billi, meta kien adottat ir-Regolament (KE) Nru 2027/95, id-Danimarka ħadet il-veduta illi s-sajd industrijali għandu jiġi trattat fl-istess manjiera bħas-sajd fuq il-baħar apert u għalhekk ma bagħtitx lill-Kummissjoni l-istimi tagħha dwar l-isforz tas-sajd meħtieġ minn dawn il-bastimenti;

Billi s-sajd industrijali mid-Danimarka jimmira għall-ispeċji tal-baħar apert kif ukoll għall-ispeċji demersali, partikolarment fil-każ tal-budakkra Norveġiża u tas-sallura tar-ramel;

Billi huwa għalhekk meħtieġ fuq il-bażi tat-tagħrif mibgħut f'talba separata magħmula mid-Danimarka fit-22 ta' Lulju 1997, u b'konformità mal-kriterji preskritti fil-Regolament (KE) Nru 2027/95, illi jiġi aġġustat l-isforz massimu tad-Danimarka sabiex jitqies is-sajd industrijali ta' dawn l-ispeċji demersali;

Billi r-Regolament (KE) Nru 2027/95 għandu għalhekk jiġi emendat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-parti ta' l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2027/95 li għandu x'jaqsam ma' l-isforz massimu annwali tas-sajd għal tagħmir irmunkat u tagħmir fiss għall-ispeċji demersali għar-Renju tad-Danimarka għandu jiġi mibdul bl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Jannar 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

K.-H. Funke

[1] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1181/98 (ĠU L 164, tad-9.6.1998, p. 1).

[2] ĠU L 71, tal-31.3.1995, p. 5.

[3] ĠU L 199, ta' l-24.8.1995, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Sajd | Kapaċità ta'sajd |

Tagħmir tas-sajd | Speċji immarkati | Żoni ICES jew CECAF | DK | | |

| | |

Tagħmir irmunkat | Speċji demersali | Vb. VI, VII, VIII, IX, X u CECAF 34.1.1,33.1.2, 34.2.0 | 222 |

ta'liema | Vb, VI | 212 | | |

| ta' liema | | 216 | | |

| VII | 10 | | |

| ta' liema | | 23 | | |

| VII a | 0 | | |

| VII f | 0 | | |

| VIII a, VIII b, VIII d | 0 | | |

| VIII c, VIII e, IX, X and CECAF 34.1.1, 34.1.2, 34.2.0 | 0 | | |

| ta' liema | VIII c, VIII e, IX | 0 | | |

| IX | 0 | | |

| X | 0 | | |

| CECAF 34.1.1 | 0 | | |

| CECAF 34.1.2. | 0 | | |

| CECAF 34.2.0. | 0 | | |

| CECAF 34.1.1. | 0 | | |

| CECAF 34.1.2. | 0 | | |

| CECAF 34.2.0. | 0 | | |

Sajd | Kapaċità ta'sajd |

Tagħmir tas-sajd | Speċji immarkati | Żoni ICES jew CECAF | DK | | |

| | |

Tagħmir iffissat | Speċji demersali | Vb. VI, VII, VIII, IX, X u CECAF 34.1.1, 34.1.2, 34.2.0 | 72 |

ta'liema | Vb, VI | 26 | | |

| ta' liema | | 216 | | |

| VII | 46 | | |

| ta' liema | | 23 | | |

| VII a | 0 | | |

| VII f | 8 | | |

| VIII a, VIII b, VIII d | 0 | | |

| VIII c, VIII e, IX, X and CECAF 34.1.1, 34.1.2, 34.2.0 | 0 | | |

| ta' liema | VIII c, VIII e, IX | 0 | | |

| IX | 0 | | |

| X | 0 | | |

| CECAF 34.1.1. | 0 | | |

| CECAF 34.1.2. | 0 | | |

| CECAF 34.2.0. | 0 | | |

| CECAF 34.1.1. | 0 | | |

| CECAF 34.1.2. | 0 | | |

| CECAF 34.2.0. | 0 | | |

--------------------------------------------------