European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3108

9.12.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3108

tas-6 ta’ Diċembru 2024

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam u prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, iridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u tal-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji ta’ pollam u prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) fil-pollam fil-provinċji ta’ Alberta (2) u British Columbia (1), li ġew ikkonfermati fit-12 ta’ Novembru 2024 u fl-14 ta’ Novembru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 18-il tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-Istati ta’Arizona (1), California (14), Illinois (1) u Utah (2), li ġew ikkonfermati bejn it-13 ta’ Novembru 2024 u l-21 ta’ Novembru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

Wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(8)

Il-Kanada u l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawn it-tifqigħat reċenti.

(9)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti, jenħtieġ li d-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam u prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni kkonċernati bit-tifqigħat reċenti jiġi sospiż sabiex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada u fl-Istati Uniti.

(11)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, l-emendi li jridu jsiru tal-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.242, CA-2.243 u CA-2.244 wara r-ringiela għaż-żona CA-2.241:

“CA

Il-Kanada

CA-2.242

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

12.11.2024

 

CA-2.243

N, P1

 

12.11.2024

 

CA-2.244

N, P1

 

12.11.2024”.

 

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.698, sa US-2.715 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona US-2.697:

“US

L-Istati Uniti

US-2.698

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

13.11.2024

 

US-2.699

N, P1

 

14.11.2024

 

US-2.700

N, P1

 

14.11.2024

 

US-2.701

N, P1

 

14.11.2024

 

US-2.702

N, P1

 

14.11.2024

 

US-2.703

N, P1

 

14.11.2024

 

US-2.704

N, P1

 

14.11.2024

 

US-2.705

N, P1

 

14.11.2024

 

US-2.706

N, P1

 

14.11.2024

 

US-2.707

N, P1

 

15.11.2024

 

US-2.708

N, P1

 

21.11.2024

 

US-2.709

N, P1

 

19.11.2024

 

US-2.710

N, P1

 

15.11.2024

 

US-2.711

N, P1

 

19.11.2024

 

US-2.712

N, P1

 

19.11.2024

 

US-2.713

N, P1

 

20.11.2024

 

US-2.714

N, P1

 

20.11.2024

 

US-2.715

N, P1

 

21.11.2024”.

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni CA-2.242, CA-2.243 u CA-2.244 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.241:

“Il-Kanada

CA-2.242

British Columbia- Latitude 49.27, Longitude -121.84

The municipalities involved are:

3 km PZ: Agassiz.

10 km SZ: Agassiz, Chilliwack, Harrison Hot Springs, Kent, and Rosedale

CA-2.243

Alberta- Latitude 52.83, Longitude -112.75

The municipalities involved are:

3 km PZ: Edberg.

10 km SZ: Edberg, Ferintosh, and New Norway

CA-2.244

Alberta- Latitude 51.09, Longitude -110.66

The municipalities involved are:

3 km PZ: Cappon, Oyen, and Special Area No. 3

10 km SZ: Cappon, Oyen, Special Area No. 3, and Sunnydal”.

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.698 sa US-2.715 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.697:

“L-Istati Uniti

US-2.698

State of Arizona

Pinal 01

Pinal County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 111.9595682°W 33.0867618°N)

US-2.699

State of California

Kings 05

Kings County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 119.7193610°W 36.2864830°N)

US-2.700

State of California

Kings 06

Kings County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 119.7865100°W 36.3621048°N)

US-2.701

State of California

Merced 13

Merced County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.4544931°W 37.5899946°N)

US-2.702

State of California

San Joaquin 05

San Joaquin County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 121.3923372°W 38.2744648°N)

US-2.703

State of California

Fresno 13

Fresno County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 119.8380794°W 36.5103495°N)

US-2.704

State of California

Fresno 14

Fresno County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 119.7740086°W 36.5490953°N)

US-2.705

State of California

Fresno 15

Fresno County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 119.8917084°W 36.5996445°N)

US-2.706

State of California

Fresno 16

Fresno County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.0192288°W 36.6473912°N)

US-2.707

State of Utah

Piute 02

Piute County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 112.2589301°W 38.4920902°N)

US-2.708

State of Utah

Piute 03

Piute County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 112.2612724°W 38.4900599°N)

US-2.709

State of Illinois

Henry 01

Henry County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 90.2753746°W 41.5738110°N)

US-2.710

State of California

Stanislaus 06

Stanislaus County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.7822549°W 37.8688242°N)

US-2.711

State of California

Fresno 17

Fresno County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 119.8793928°W 36.5467485°N)

US-2.712

State of California

Merced 14

Merced County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.4604603°W 37.5901530°N)

US-2.713

State of California

Marin 02

Marin County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 122.9436599°W 38.3611004°N)

US-2.714

State of California

Kern 02

Kern County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 119.3829456°W 35.8491741°N)

US-2.715

State of California

Tulare 05

Tulare County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 119.5166852°W 36.5033811°N)”.

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.242, CA-2.243 u CA-2.244 wara r-ringieli għaż-żona CA-2.241:

“CA

Il-Kanada

CA-2.242

POU, RAT

N, P1

 

12.11.2024

 

GBM

P1

 

12.11.2024

 

CA-2.243

POU, RAT

N, P1

 

12.11.2024

 

GBM

P1

 

12.11.2024

 

CA-2.244

POU, RAT

N, P1

 

14.11.2024

 

GBM

P1

 

14.11.2024”.

 

(b)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.698 sa US-2.715 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.697:

“US

L-Istati Uniti

US-2.698

POU, RAT

N, P1

 

13.11.2024

 

GBM

P1

 

13.11.2024

 

US-2.699

POU, RAT

N, P1

 

14.11.2024

 

GBM

P1

 

14.11.2024

 

US-2.700

POU, RAT

N, P1

 

14.11.2024

 

GBM

P1

 

14.11.2024

 

US-2.701

POU, RAT

N, P1

 

14.11.2024

 

GBM

P1

 

14.11.2024

 

US-2.702

POU, RAT

N, P1

 

14.11.2024

 

GBM

P1

 

14.11.2024

 

US-2.703

POU, RAT

N, P1

 

14.11.2024

 

GBM

P1

 

14.11.2024

 

US-2.704

POU, RAT

N, P1

 

14.11.2024

 

GBM

P1

 

14.11.2024

 

US-2.705

POU, RAT

N, P1

 

14.11.2024

 

GBM

P1

 

14.11.2024

 

US-2.706

POU, RAT

N, P1

 

14.11.2024

 

GBM

P1

 

14.11.2024

 

US-2.707

POU, RAT

N, P1

 

15.11.2024

 

GBM

P1

 

15.11.2024

 

US-2.708

POU, RAT

N, P1

 

21.11.2024

 

GBM

P1

 

21.11.2024

 

US-2.709

POU, RAT

N, P1

 

19.11.2024

 

GBM

P1

 

19.11.2024

 

US-2.710

POU, RAT

N, P1

 

15.11.2024

 

GBM

P1

 

15.11.2024

 

US-2.711

POU, RAT

N, P1

 

19.11.2024

 

GBM

P1

 

19.11.2024

 

US-2.712

POU, RAT

N, P1

 

19.11.2024

 

GBM

P1

 

19.11.2024

 

US-2.713

POU, RAT

N, P1

 

20.11.2024

 

GBM

P1

 

20.11.2024

 

US-2.714

POU, RAT

N, P1

 

20.11.2024

 

GBM

P1

 

20.11.2024

 

US-2.715

POU, RAT

N, P1

 

21.11.2024

 

GBM

P1

 

21.11.2024”.

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3108/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)