|
19.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 96/2009
tal-25 ta’ Settembru 2009
li temenda l-Anness XI (Servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 83/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500–2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5 875–5 905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/673/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/928/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn il-169,4 u l-169,8125 MHz fil-Komunità (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 5czc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE):
|
|
(2) |
Li ġej għandu jinżdied fil-punt 5ct (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/928/KE): “, kif emendat minn:
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2008/411/KE, 2008/477/KE, 2008/671/KE u 2008/673/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ Settembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 277, 22.10.2009, p. 35.
(2) ĠU L 144, 4.6.2008, p. 77.
(3) ĠU L 163, 24.6.2008, p. 37.
(4) ĠU L 220, 15.8.2008, p. 24.
(5) ĠU L 220, 15.8.2008, p. 29.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.