Official Journal L 351 , 29/12/1998 P. 0015 - 0015
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2825/98 tat-22 ta' Diċembru 1998 li jeżenta mid-dazji tat-tariffa komuni doganali l-importazzjonijiet fil-Komunità tas-sardin ippreparat u priservat li joriġina mill-Marokk IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi l-Protokoll 2 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, iffirmata fis-26 ta' Frar 1996, jipprovdi biex l-importazzjoni fil-Komunità ta' sardin ippreparat u priservat tal-kodiċi NM 16041311, 16041319 u ex16042050 li joriġina fil-Marokk tkun eżenta mid-dazji doganali mill-1 ta' Jannar 1999; Billi, sakemm ikun konkluż il-Ftehim u jidħol fis-seħħ, il-Komunità għandha tintroduċi dawn l-arranġamenti b'mod awtonomu, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Importazzjonijiet fil-Komunità ta' sardin ippreparat u priservat tal-kodiċi NM 16041311, 16041319 u ex16042050 li joriġina fil-Marokk għandhom ikunu eżenti mid-dazji doganali. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 1999 sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Ewro-Mediterranju mal-Marokk. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1998. F'isem il-Kunsill Il-President C. Einem --------------------------------------------------