6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 90/2011

tad-19 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2407/92 (3), (KEE) Nru 2408/92 (4) u (KEE) Nru 2409/92 (5), li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentement għandhom jiġu revokati skont il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt 64a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“ 32008 R 1008: ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 4(f) il-kliem ‘, ħlief kif previst fi ftehim ma’ pajjiż terz li għalih il-Komunità tkun parti;’ għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

‘. Madanakollu, il-liċenzji tal-operar b’effetti legali fiż-ŻEE kollha jistgħu jingħataw fuq il-bażi ta’ eċċezzjonijiet għal din il-kundizzjoni provduti fil-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità jew wieħed jew aktar mill-Istati tal-EFTA huma partijiet, sakemm il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jadotta deċiżjoni għal dak il-għan.’

(b)

Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-aħħar tal-Artikolu 16(9), it-tieni subparagrafu:

‘, kif ukoll l-ajruporti reġjonali fl-Islanda u l-erba’ kontej li jinsabu l-aktar fit-tramuntana tan-Norveġja.’ ”

2.

It-test ta’ punt 65 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92) għandu jitħassar.

3.

It-test ta’ punt 66b (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92) għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)   ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

(3)   ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.

(4)   ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.

(5)   ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.