|
17.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 116/2009
tat-22 ta’ Ottubru 2009
li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 (1). |
|
(2) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/385/KE tat-30 ta’ April 2009 li tikkumplementa r-Rakkomandazzjonijiet Nru 2004/913/KE u Nru 2005/162/KE fir-rigward tas-sistema tar-rimunerazzjoni tad-diretturi tal-kumpaniji kkwotati fil-borża (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 15 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/162/KE) tal-Anness XXII tal-Ftehim:
|
‘15a. |
32009 H 0385: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/385/KE tat-30 ta’ April 2009 li tikkumplementa r-Rakkomandazzjonijiet Nru 2004/913/KE u Nru 2005/162/KE fir-rigward tas-sistema tar-rimunerazzjoni tad-diretturi tal-kumpaniji kkwotati (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 28)’. |
Artikolu 2
It-testi tar-Rakkkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/385/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-23 ta’ Ottubru 2009, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 304, 19.11.2009, p. 23.
(2) ĠU L 120, 15.5.2009, p. 28.
(*1) Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.