|
19.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/592
tas-16 ta' April 2018
li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għal-Lussemburgu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvern tal-Lussemburgu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 2016 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2016 sal-24 ta' Settembru 2018. |
|
(2) |
Il-Gvern tal-Lussemburgu ppreżenta nomini għal diversi karigi li għandhom jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu li jintemm fl-24 ta' Settembru 2018:
|
I. |
RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
|
|
II. |
RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS
|
|
III. |
RAPPREŻENTANTI TAL-ASSOĊJAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM
|
Artikolu 2
Il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati ser jinħatru mill-Kunsill f'data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' April 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PORODZANOV
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 348, 23.9.2016, p. 3.)