Brussell, 8.5.2025

COM(2025) 234 final

ANNESS

ta'

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV)













ANNESS

L-Istati Membri tal-Unjoni li huma Membri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) li jaġixxu b’mod konġunt f’isem l-Unjoni, u soġġett għal kull rieżami futur abbażi ta’ żviluppi ġodda, għandhom jappoġġaw l-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet li ġejjin fl-istadju 7 matul l-Assemblea Ġenerali tal-OIV skedata għall-20 ta’ Ġunju 2025:

–OENO-MICRO 22-713A: L-għadd taċ-ċelloli tal-ħmira bl-użu taċ-ċitometrija tal-fluss fil-most tal-għeneb u fl-inbejjed;

–OENO-MICRO 22-713B: L-għadd taċ-ċelloli tal-ħmira bl-użu taċ-ċitometrija tal-fluss fil-kulturi tal-ħmira;

–OENO-MICRO 23-739: Validazzjoni ta’ protokoll standard għall-evalwazzjoni tal-proprjetajiet tal-fermentazzjoni tar-razez S. cerevisiae;

–OENO-TECHNO 14-540B: Prattiki enoloġiċi speċifiċi għall-inbid parzjalment dealkoħolizzat, soġġett għall-fehim li t-taqsima dwar “Taħlil” u b’mod partikolari d-Definizzjoni “Żieda ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ma’ nbid dealkoħolizzat” jenħtieġ li tiġi interpretata bħala limitata għall-prodotti elenkati fil-“Preskrizzjoni”;

–OENO-TECHNO 23-730: Limitu tal-aċidu sorbiku fl-inbid;

–OENO-TECHNO 23-738: Trattament tal-most bl-aċidu fumariku għall-kontroll mikrobijoloġiku;

–OENO-TECHNO 21-691: Determinazzjoni tal-proporzjonijiet isotopiċi tal-aċidu tartariku (L +) 13C/12C U 18O/16O permezz tal-ispettrometrija tal-massa tal-proporzjon tal-iżotopi;

–OENO-TECHNO 21-728: Determinazzjoni tal-proporzjonijiet isotopiċi tal-kitosan 13C/12C U 15N/14N permezz tal-ispettrometrija tal-massa tal-proporzjon tal-iżotopi.

L-Istati Membri tal-Unjoni li huma Membri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) li jaġixxu b’mod konġunt f’isem l-Unjoni, u soġġett għal kull rieżami futur abbażi ta’ żviluppi ġodda, ma għandhomx jappoġġaw l-abbozz tar-riżoluzzjoni segwenti fl-istadju 7 matul l-Assemblea Ġenerali tal-OIV skedata għall-20 ta’ Ġunju 2025:

–OENO-TECHNO 14-540A: Prattiki enoloġiċi speċifiċi għall-inbid dealkoħolizzat.