|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1259 |
26.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1259
tad-19 ta’ Ġunju 2025
dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kummissjoni stabbilita mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal fit-28 laqgħa tagħha
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal (1) (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/249/KE (2), u daħlet fis-seħħ fil-25 ta’ Marzu 1998. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni stabbilita bl-Artikolu 10(1) tal-Konvenzjoni (il-“Kummissjoni OSPAR”) tista’ tadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni OSPAR, waqt it-28 laqgħa tagħha, għandha tadotta deċiżjonijiet għar-restrizzjoni ta’ ċerti prodotti sabiex ikun evitat ir-rilaxx tal-plastik fl-ambjent tal-baħar, u dwar il-ġestjoni tal-ilma skarikat mis-istemi tat-tindif tal-gass tal-egżost installati abbord il-bastimenti. |
|
(4) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kummissjoni OSPAR, għax il-miżuri li ser jiġu adottati minn din tal-aħħar ser joħolqu effetti legali skont it-tifsira tal-Artikolu 218(9) tat-Trattat. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li tivvota favur dawk il-miżuri tal-Kummissjoni OSPAR għax ser jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u jevitaw il-ħsara lill-ambjent u l-bijodiversità tal-baħar filwaqt li jtejbu l-protezzjoni tagħhom. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni, li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni, tikkonċerna kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni sa fejn dawn jistgħu jaffettwaw regoli komuni tad-dritt tal-Unjoni jew ibiddlu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom. Fil-qasam tal-kompetenzi kondiviżi, l-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom sa fejn il-Konvenzjoni ma taffettwax ir-regoli komuni tad-dritt tal-Unjoni jew tbiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fit-28 laqgħa tal-Kummissjoni stabbilita bl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal (“Kummissjoni OSPAR”) għandha tkun li tappoġġa l-adozzjoni tal-miżuri li ġejjin:
|
— |
id-Deċiżjoni dwar ir-restrizzjoni ta’ ċerti prodotti sabiex ikun evitat ir-rilaxx tal-plastik fl-ambjent tal-baħar; |
|
— |
id-Deċiżjoni, jew Deċiżjoni u Rakkomandazzjoni dwar il-ġestjoni tal-ilma skarikat mis-Sistemi tat-tindif tal-gass tal-egżost) installati abbord il-bastimenti. |
Artikolu 2
Jista’ jintlaħaq qbil biex tiġi rfinata l-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1, fid-dawl tal-iżviluppi fit-28 laqgħa tal-Kummissjoni OSPAR, mir-rappreżentanti tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri waqt laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DZIEMIANOWICZ-BĄK
(1) ĠU L 104, 3.4.1998, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1998/249/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/249/KE tas-7 ta’ Ottubru 1997 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni għal ħarsien tal-ambjent marittimu tal-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 104, 3.4.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/249/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1259/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)