Official Journal L 065 , 07/03/2002 P. 0038 - 0039
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 li temenda l-Anness I XVIII (saħħa u sigurtå fuq il-post tax-xogħol, liġi tax-xogħol, u trattament ugwali għan-nisa u l-irġiel) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokol li jemenda l-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 [1]. (2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar is-salvagwardjar tad-drittijiet ta' l-impjegati f'każ ta' trasferimenti ta' impriża, kummerċ jew partijiet minn impriżi jew kummerċ [2] għandu jiddaħħal f'dan il-Ftehim, (3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE: ta' l-14 ta' Frar 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar is-salvagwardjar tad-drittijiet ta' l-impjegati f'każ ta' trasferimenti ta' impriża, kummerċ jew partijiet minn impriżi jew kummerċ [3], li huwa inkorporat fil-Ftehim u li, b'konsegwenza, għandu jitħassar minn taħt il-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiġi inserit wara l-punt 32c (Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE) ta' l-Anness I XVIII tal-Ftehim: "32d. 32001 L 0023: Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar is-salvagwardjar tad-drittijiet ta' l-impjegati f'każ ta' trasferimenti ta' impriża, kummerċ jew partijiet minn impriżi jew kummerċ (ĠU L 82, tat-22.3.2001, p. 16)." Artikolu 2 It-test tal-punt 23 (Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE:) ta' l-Anness I XVIII għandu jitħassar. Artikolu 3 It-testi tad-Direttiva 2001/23/KE fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fil-qasam Supplimentari tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandu jkun awtentiku. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Diċembru 2001, jekk in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4]. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima taż-ŻEE ta', u fil-parti Supplimentari taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Diċembru 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President B. Grydeland [1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 36. [2] ĠU L 82, tat-22.3.2001, p. 16. [3] ĠU L 61, tal-5.3.1977, p. 26 [4] L-ebda ħtiġijiet konsitituzzjonali m'huma indikati. --------------------------------------------------