|
5.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/613
tas-7 ta’ Frar 2020
dwar il-miżura SA.17653 — C36/2007 (ex NN 25/2007) implimentata mill-Ġermanja għal Deutsche Post AG
(notifikata bid-dokument C(2020) 593)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) iċċitata/i hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Sommarju rilevanti tal-proċeduri tal-għajnuna mill-Istat
1.1.1. Deċiżjoni ta’ Ftuħ
|
(1) |
Fl-1994, il-United Parcel Service (“UPS”) ressaq ilment dwar l-għoti ta’ għajnuna illegali mill-Istat lil Deutsche Bundespost POSTDIENST (“POSTDIENST”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fit-23 ta’ Ottubru 1999 (“id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ”) fir-rigward ta’ diversi miżuri tal-Istat: kumpensi mogħtija għall-obbligu tas-servizz universali, garanzija tal-gvern u sussidji tal-pensjonijiet għall-perjodu mill-1995 sal-1999. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom. |
|
(4) |
Il-Ġermanja ssottomettiet il-kummenti tagħha fis-16 ta’ Settembru 1999. |
|
(5) |
Wara l-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand 14-il parti interessata, li ntbagħtu kif xieraq lill-Gvern Ġermaniż permezz ta’ ittra datata l-15 ta’ Diċembru 1999 li pprovdietlu l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu dwar dawn il-kummenti. |
|
(6) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi wieġbu permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Frar 2000, li ġiet irreġistrata li waslet fit-2 ta’ Frar 2000. |
1.1.2. Id-Deċiżjoni tal-2002
|
(7) |
Fid-19 ta’ Ġunju 2002, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2002/753/KE (3) (“id-Deċiżjoni tal-2002”) li sabet li POSTDIENST u s-suċċessur tagħha Deutsche Post AG (“DPAG”, filwaqt li POSTDIENST u DPAG se jissejħu flimkien “Deutsche Post”) ipprezzaw il-pakketti bieb bieb f’livell anqas mill-kostijiet inkrementali u li l-politika ta’ pprezzar aggressiv tagħhom ma kinitx taqa’ taħt l-obbligu tas-servizz universali ta’ Deutsche Post. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li t-telf li rriżulta ta’ EUR 572 miljun fl-aħħar mill-aħħar kien iffinanzjat, bi ksur tal-Artikoli 106 u 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), minn riżorsi tal-Istat li ngħataw lil Deutsche Post f’diversi forom (eż. trasferimenti pubbliċi mill-kumpanija oħt Deutsche Bundespost TELEKOM (“TELEKOM”), garanziji pubbliċi għal self, u sussidji pubbliċi għall-finanzjament tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil). |
|
(9) |
Wara d-Deċiżjoni tal-2002, il-Ġermanja rkuprat l-għajnuna inkompatibbli mill-Istat ta’ EUR 572 miljun mingħand DPAG. Deutsche Post ikkontestat id-deċiżjoni fil-Qrati tal-Unjoni. |
1.1.3. Ilmenti ulterjuri wara d-Deċiżjoni tal-2002
|
(10) |
Fit-13 ta’ Mejju 2004, UPS ressqet ilment ieħor dwar għajnuna illegali mill-Istat mogħtija lil Deutsche Post wara d-Deċiżjoni tal-2002. UPS issostni li d-Deċiżjoni tal-2002 naqset milli teżamina l-miżuri kollha elenkati fl-ilment oriġinali tal-1994, u li Deutsche Post gawdiet minn benefiċċji finanzjarji ferm ogħla mill-għajnuna inkompatibbli ta’ EUR 572 miljun. Barra minn hekk, UPS hija tal-opinjoni li Deutsche Post użat riżorsi tal-Istat sabiex tespandi l-operazzjonijiet tagħha tat-twassil tal-pakketti (eż. għax-xiri ta’ kumpaniji oħra) u sabiex tbigħ servizzi bi prezzijiet ta’ trasferiment eċċessivament baxxi lis-sussidjarji tagħha Postbank AG (“POSTBANK”) u Deutsche Post Euro Express GmbH & Co OHG, li kienu attivi rispettivament fis-servizzi bankarji u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-pakketti kummerċjali taħt l-isem tad-ditta “DHL”. |
|
(11) |
Is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu talbiet għal informazzjoni lill-Ġermanja fid-9 ta’ Novembru 2004 u fl-1 ta’ April 2005. Il-Ġermanja ssottomettiet it-tweġibiet tagħha fit-2 ta’ Diċembru 2004 u fit-3 ta’ Ġunju 2005 rispettivament. |
|
(12) |
Fis-16 ta’ Lulju 2004, TNT Post AG & Co KG (“TNT”) ressqet lment li allega wkoll li Deutsche Post biegħet servizzi bi prezzijiet ta’ trasferiment eċċessivament baxxi lil POSTBANK. Hija sostniet li, filwaqt li POSTBANK ħallset biss il-kostijiet varjabbli għas-servizzi pprovduti, Deutsche Post iffinanzjat il-kostijiet fissi komuni tan-netwerk tad-distribuzzjoni kompletament mid-dħul tal-monopolju tal-ittri tagħha. |
|
(13) |
Is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu talbiet għal informazzjoni lill-Ġermanja fl-11 ta’ Novembru 2004 u fil-25 ta’ April 2005. Il-Ġermanja ssottomettiet it-tweġibiet tagħha fis-17 ta’ Diċembru 2004 u fit-23 ta’ Ġunju 2005 rispettivament. |
1.1.4. Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2007
|
(14) |
Wara l-ilmenti ulterjuri, il-Kummissjoni informat lill-Ġermanja permezz tal-ittra tat-12 ta’ Settembru 2007 (4) bid-deċiżjoni tagħha li testendi l-proċedimenti li oriġinarjament kienu nbdew fl-1999 (“id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2007”). |
|
(15) |
L-objettiv tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2007 kien li jinkludi l-informazzjoni sottomessa ġdida u li tindirizza b’mod komprensiv id-distorsjonijiet potenzjali kollha tal-kompetizzjoni li rriżultaw mill-miżuri pubbliċi li ngħataw lil Deutsche Post. |
|
(16) |
Il-Ġermanja ssottomettiet il-kummenti tagħha fl-14 ta’ Diċembru 2007 u Deutsche Post ikkontestat il-validità tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2007 (5). Fit-16 ta’ Novembru 2007 UPS u TNT issottomettew il-kummenti tagħhom. Wara talba inizjali għal estensjoni tal-iskadenza fl-20 ta’ Diċembru 2007, fit-12 ta’ Marzu 2008 il-Ġermanja eventwalment issottomettiet il-kummenti tagħha dwar l-osservazzjonijiet ta’ UPS u ta’ TNT. |
1.1.5. Talba għal informazzjoni tas-17 ta’ Lulju 2008
|
(17) |
Fis-17 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-Ġermanja dwar il-miżuri pubbliċi kollha taħt investigazzjoni, inkluż kwestjonarju dwar id-dħul u l-kostijiet ta’ Deutsche Post għall-perjodu mill-1989 sal-2007. Fil-5 ta’ Awwissu 2008, il-Ġermanja talbet estensjoni mhux definita tal-iskadenza minħabba li d-disponibbiltà ta’ ċerta data kellha tiġi vverifikata qabel ma setgħet tiġi pprovduta tweġiba. |
|
(18) |
Fit-12 ta’ Awwissu 2008, il-Kummissjoni spjegat għaliex l-investigazzjoni dwar id-dħul u l-kostijiet ta’ Deutsche Post jenħtieġ li ssir għall-perjodu mill-1989 sal-2007 u insistiet fuq is-sottomissjoni tal-informazzjoni mitluba. |
|
(19) |
Fis-sottomissjoni tagħha tal-14 ta’ Awwissu 2008, il-Ġermanja sostniet li ma kien hemm l-ebda raġuni biex jiġu eżaminati d-dħul u l-kostijiet ta’ Deutsche Post għall-perjodu ta’ wara l-1994. Fit-22 ta’ Awwissu 2008, il-Kummissjoni żammet id-dritt li tadotta inġunzjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (6) jekk il-Ġermanja ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba. |
|
(20) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2008, il-Ġermanja ppreżentat ir-riżultati ta’ opinjoni esperta oħra biex issostni l-pożizzjoni li analiżi kontabilistika ta’ wara l-1994 ma kinitx meħtieġa u, għalhekk, il-perjodu ta’ investigazzjoni xieraq jenħtieġ li jkun mill-1990 sal-1994. |
|
(21) |
Fit-28 ta’ Ottubru 2008, il-Ġermanja ssottomettiet informazzjoni dwar il-garanzija pubblika u l-miżura tal-pensjonijiet. |
1.1.6. Inġunzjoni ta’ informazzjoni tat-30 ta’ Ottubru 2008
|
(22) |
Il-Kummissjoni ma aċċettatx l-argumenti tal-Ġermanja u insistiet li kienet meħtieġa analiżi sal-2007 sabiex jiġu apprezzati bis-sħiħ l-effetti kompetittivi tal-miżuri pubbliċi implimentati. Wara ż-żewġ tfakkiriet għall-informazzjoni tat-12 ta’ Awwissu 2008 u tat-22 ta’ Awwissu 2008, il-Kummissjoni ħarġet inġunzjoni ta’ informazzjoni fit-30 ta’ Ottubru 2008 biex tesiġi lill-Ġermanja tipprovdi l-informazzjoni dwar il-kontabilità kollha meħtieġa għall-perjodu sħiħ mill-1989 sal-2007. |
|
(23) |
Il-Ġermanja u d-Deutsche Post ikkontestaw il-validità tal-inġunzjoni ta’ informazzjoni (7). |
|
(24) |
Fis-27 ta’ Novembru 2008, il-Ġermanja ssottomettiet l-informazzjoni dwar il-kontabilità mitluba għall-perjodu mill-1989 sal-1994. Fil-5 u fis-16 ta’ Diċembru 2008, il-Ġermanja aġġornat l-informazzjoni dwar il-kontabilità li kienet ġiet sottomessa fis-27 ta’ Novembru 2008. |
1.1.7. Sottomissjoni tal-informazzjoni dwar il-kontabilità għall-perjodu mill-1989 sal-2007
|
(25) |
Wara laqgħa bejn is-Segretarju tal-Istat Ġermaniż responsabbli, is-CEO tad-DPAG u l-Kummissarju responsabbli għall-Politika tal-Kompetizzjoni fis-6 ta’ Frar 2009, il-Ġermanja u Deutsche Post qablu li jipprovdu informazzjoni dwar il-kontabilità għall-perjodu ta’ wara l-1994. |
|
(26) |
Fit-3 ta’ Marzu 2009, il-Ġermanja ssottomettiet l-ewwel sett ta’ informazzjoni dwar il-kontabilità għall-perjodu tal-investigazzjoni sħiħ mill-1989 sal-2007 |
|
(27) |
Il-laqgħat bejn Deutsche Post u s-servizzi tal-Kummissjoni saru fit-3 ta’ Marzu 2009 fi Brussell kif ukoll fit-12 ta’ Marzu 2009, fit-2 ta’ April 2009, fit-28 ta’ Mejju 2009, fit-23 ta’ Ġunju 2009, u fit-18 ta’ Settembru 2009 f’Bonn. Il-Ġermanja ssottomettiet aktar informazzjoni minn Deutsche Post fis-26 ta’ Marzu 2009, fis-7 ta’ Mejju 2009, u fit-22 ta’ Ġunju 2009. |
|
(28) |
Wara dawk il-laqgħat u żewġ listi ta’ mistoqsijiet li s-servizzi tal-Kummissjoni ssottomettew lil Deutsche Post fl-4 ta’ Ġunju 2009 u fit-30 ta’ Lulju 2009, il-Ġermanja pprovdiet informazzjoni aġġornata dwar il-kontabilità u kjarifiki ulterjuri fid-9 ta’ Lulju 2009, fil-31 ta’ Lulju 2009, fis-17 ta’ Awwissu 2009, fit-8 ta’ Settembru 2009, fl-10 ta’ Settembru 2009 u fil-15 ta’ Ottubru 2009. |
|
(29) |
Fis-16 u fl-24 ta’ Settembru 2009, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu aktar mistoqsijiet li l-Ġermanja pprovdiet it-tweġibiet għalihom fl-14 ta’ Ottubru 2009. |
1.1.8. Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2011
|
(30) |
Permezz ta’ ittra datata l-10 ta’ Mejju 2011 (8), il-Kummissjoni nnotifikat lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li testendi l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE li oriġinarjament kienet inbdiet fl-1999 u estiża fl-2007, sabiex twettaq investigazzjoni fil-fond fir-rigward tas-sussidji tal-pensjonijiet li Deutsche Post irċiviet mill-1995 (“id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2011”). |
|
(31) |
Wara talba inizjali għal estensjoni tal-iskadenza fit-23 ta’ Mejju 2011, il-Ġermanja ssottomettiet il-kummenti tagħha fid-29 ta’ Lulju 2011. |
|
(32) |
Fl-4 ta’ Ottubru 2011, UPS issottomettiet il-kummenti tagħha. Dawn kienu segwiti b’kummenti sottomessi minn Free and Fair Post Initiative fil-5 ta’ Ottubru 2011 u l-kummenti sottomessi minn Bundesverband Internationaler Express und Kurierdienste (“BIEK”) fis-7 ta’ Ottubru 2011. Fit-13 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti mill-partijiet interessati lill-Ġermanja. |
|
(33) |
Fl-14 ta’ Novembru 2011, il-Ġermanja ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi. |
|
(34) |
Fit-18 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni bagħtet talba oħra għal informazzjoni dwar id-dettalji tal-finanzjament tal-pensjonijiet għall-perjodu ta’ wara l-2007. Fit-2 ta’ Jannar 2012 u fid-19 ta’ Jannar 2012, il-Ġermanja ssottomettiet it-tweġibiet. Fis-16 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni ssottomettiet lill-Ġermanja studju espert minn Charles River Associates dwar il-valutazzjoni komparattiva tal-profitti (9) għall-kummenti li l-Ġermanja wieġbet għalihom fis-16 ta’ Jannar 2012. |
1.1.9. Id-Deċiżjoni tal-2012
|
(35) |
Fil-25 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2012/636/UE (10) (“id-Deċiżjoni tal-2012”). |
|
(36) |
F’dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet fir-rigward tal-miżura tal-pensjonijiet li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli u ordnat l-irkupru tal-għajnuna għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sakemm jintemm il-vantaġġ komparattiv Fir-rigward tal-għajnuna għall-perjodu mill-1995 sal-2002, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien impossibbli li jiġi kkwantifikat l-ammont tal-għajnuna inkompatibbli. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma ordnatx l-irkupru tal-għajnuna fir-rigward ta’ dan il-perjodu. |
|
(37) |
Fir-rigward tat-trasferimenti pubbliċi, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn ingħataw illegalment mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, iżda huma kompatibbli mas-suq intern. Fir-rigward tal-garanzija tal-gvern, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna eżistenti lil Deutsche Post skont l-Artikoli 107(1) u 108(3) TFUE. |
1.2. Sommarju tal-proċeduri rilevanti tal-Qorti
1.2.1. Annullament tad-Deċiżjoni tal-2002
|
(38) |
Fis-sentenza tagħha tal-2008 (11), il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-2002 minħabba li l-Kummissjoni naqset milli twettaq analiżi komprensiva tad-dħul u tal-kostijiet kollha tas-servizz universali biex tiddetermina jekk Deutsche Post ingħatatx kumpens nieqes jew kumpens żejjed. |
|
(39) |
Il-Ġermanja mbagħad ħallset lura EUR 572 miljun f’għajnuna mill-Istat irkuprata flimkien mal-imgħax dovut lil Deutsche Post. |
|
(40) |
Fit-2 ta’ Settembru 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tal-Kummissjoni kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (12). |
1.2.2. Annullament tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2007
|
(41) |
Deutsche Post ikkontestat il-validità tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2007, billi sostniet li d-Deċiżjoni tal-2002 ħolqot aspettattivi leġittimi li l-Kummissjoni ma kinitx se tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha. |
|
(42) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2011, il-Qorti Ġenerali ċaħdet dik il-kontestazzjoni bħala inammissibbli (13), fuq il-bażi li d-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2007 kienet tikkonċerna l-istess miżuri li kienu fil-mira tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ. |
|
(43) |
Fl-24 ta’ Ottubru 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat is-sentenza tal-2011 tal-Qorti Ġenerali dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2007 (14), filwaqt li rreferiet il-każ lura lill-Qorti Ġenerali. |
|
(44) |
Fit-18 ta’ Settembru 2015, il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2007 (15). Is-sentenza ma ġietx appellata. |
1.2.3. Annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-2012
|
(45) |
Fl-14 ta’ Lulju 2016, il-Qorti Ġenerali annullat l-Artikoli 1 u 4 tad-Deċiżjoni tal-2012 (16), billi sostniet li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovat l-eżistenza ta’ xi vantaġġ mogħti lil Deutsche Post. Is-sentenza ma ġietx appellata. |
|
(46) |
Il-bqija tad-Deċiżjoni tal-2012 ma ġietx appellata. |
1.2.4. Annullament tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2011
|
(47) |
Fl-10 ta’ April 2019, il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2011 (17), billi sostniet li l-Kummissjoni ma kinitx immotivat biżżejjed il-ftuħ tal-proċedura formali (ksur tal-Artikolu 296 TFUE) fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ. Is-sentenza ma ġietx appellata. |
1.3. Kummenti riċevuti wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2012 u tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2011
|
(48) |
Wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2012 u tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2011, il-Kummissjoni rċiviet sottomissjonijiet addizzjonali, mingħand UPS permezz tal-ittri tal-24 ta’ Mejju 2019 u tas-17 ta’ Lulju 2019 u mingħand BIEK permezz ta’ ittra tal-31 ta’ Mejju 2019. Fl-ittri tagħhom, UPS u BIEK enfasizzaw li huma kienu għadhom imħassba dwar il-miżura tal-pensjonijiet u ħeġġew lill-Kummissjoni tkompli u tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha. Fit-28 ta’ Novembru 2019, UPS issottomettiet aktar kummenti. |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA INVESTIGATA
2.1. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni
|
(49) |
Qabel kollox, fid-dawl tal-bosta deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni u l-annullament ta’ ċerti deċiżjonijiet, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(50) |
Il-Kummissjoni tfakkar li hija kkonkludiet fid-Deċiżjoni tal-2012:
|
|
(51) |
Fir-rigward ta’ dawn il-konklużjonijiet, id-Deċiżjoni tal-2012 ma ġietx appellata u, għalhekk, tibqa’ fis-seħħ. |
|
(52) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li d-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2007 u d-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2011 ġew annullati mill-Qrati. |
|
(53) |
F’dan l-isfond, l-investigazzjoni tikkonċerna biss il-pagamenti deskritti fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ. |
|
(54) |
B’mod partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tirreferi għal dawn li ġejjin:
|
|
(55) |
F’dan l-isfond, il-miżura tal-pensjonijiet kif deskritta hawn fuq tifforma s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni. |
2.2. Il-miżura tal-pensjonijiet għall-perjodu mill-1995 sal-1999
|
(56) |
Il-miżura tal-pensjonijiet ibbażata fuq il-Liġi dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-persunal tal-ex servizz postali federali Ġermaniż (Gesetz zum Personalrecht der Beschäftigten der früheren Deutschen Bundespost (Postpersonalrechtsgesetz)) (18) (“PostPersRG”) ilha mill-1995 tiffinanzja sehem kbir mill-pensjonijiet għall-impjegati taċ-ċivil irtirati ta’ Deutsche Post. Sabiex ikunu mifhuma bis-sħiħ l-effetti tal-miżura tal-pensjonijiet fil-valutazzjoni fit-taqsima 5, it-taqsimiet li ġejjin jiddeskrivu f’aktar dettall il-benefiċċji u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegati taċ-ċivil meta mqabbla mal-assigurazzjonijiet soċjali obbligatorji għall-impjegati taħt kuntratti rregolati bil-liġi privata (“impjegati privati”). |
2.2.1. Benefiċċji soċjali għall-impjegati taċ-ċivil
|
(57) |
Il-ħaddiema taċ-ċivil huma intitolati għal pensjonijiet tal-irtirar, għal kura tas-saħħa u għal kura fit-tul. Il-benefiċċji għall-impjegati taċ-ċivil ta’ Deutsche Post huma l-istess bħal dawk tal-impjegati l-oħra kollha taċ-ċivil.
|
2.2.2. Il-finanzjament tal-benefiċċji soċjali tal-impjegati taċ-ċivil mill-1989 sal-1994 f’POSTDIENST
|
(58) |
Wara l-ewwel riforma postali tal-1989, skont l-Artikolu 54(2) tal-Liġi dwar l-istruttura legali korporattiva tas-servizz postali federali Ġermaniż (Gesetz über die Unternehmensverfassung der Deutschen Bundespost (Postverfassungsgesetz — PostVerfG) (20), POSTDIENST, TELEKOM u POSTBANK kellhom jiffinanzjaw kompletament il-ħlasijiet tal-pensjonijiet u l-ispejjeż tas-saħħa tal-impjegati taċ-ċivil irtirati li ġew allokati lill-kumpaniji rispettivi abbażi tal-attivitajiet preċedenti tagħhom. |
|
(59) |
Dik id-dispożizzjoni tistabbilixxi li, filwaqt li l-pretensjoni tal-impjegat taċ-ċivil tibqa’ diretta kontra l-Istat, l-Istat għandu d-dritt għall-pretensjoni tal-ammont kollu mingħand POSTDIENST, TELEKOM u POSTBANK rispettivament. |
2.2.3. Il-finanzjament tal-benefiċċji soċjali għall-impjegati taċ-ċivil ta’ DPAG mill-1995
|
(60) |
Permezz tar-riforma tal-1994 tas-servizzi postali u tat-telekomunikazzjonijiet (Gesetz zur Neuordnung des Postwesens und der Telekommunikation), l-impjegati taċ-ċivil li kienu ħadmu għal POSTDIENST ġew ittrasferiti għal DPAG skont l-Artikolu 2(1) PostPersRG. B’hekk, skont l-Artikolu 2(3) PostPersRG, l-impjegati taċ-ċivil żammew l-istatus legali eżistenti tagħhom. Skont l-Artikolu 1(1) PostPersRG, DPAG assumiet id-drittijiet u l-obbligi kollha ta’ min iħaddem mingħand l-Istat Federali u, skont l-Artikolu 2(3) PostPersRG, assumiet il-pretensjonijiet kollha tal-impjegati taċ-ċivil relatati mad-drittijiet tal-proprjetà. |
|
(61) |
Skont l-Artikolu 15 PostPersRG, il-ħlas tal-ispejjeż tal-pensjonijiet u tas-saħħa lill-impjegati taċ-ċivil irtirati ġie assunt minn fond tal-pensjonijiet maħluq ġdid għall-impjegati taċ-ċivil ta’ Deutsche Post. Fl-1 ta’ Lulju 2001, il-fondi tal-pensjonijiet għal Deutsche Post, TELEKOM u għal POSTBANK ġew amalgamati fil-fond tal-pensjonijiet għall-impjegati taċ-ċivil tas-servizz postali (Postbeamtenversorgungskasse) (“il-Fond tal-Pensjonijiet”). |
|
(62) |
Skont l-Artikolu 16(1) PostPersRG, Deutsche Post kellha tħallas kontribuzzjonijiet annwali ta’ EUR 2,045 biljun lill-Fond tal-Pensjonijiet għall-perjodu mill-1995 sal-1999, li jammontaw għal EUR 10,225 biljun. |
|
(63) |
Id-defiċit li jifdal (eż. id-differenza bejn il-pensjonijiet għall-impjegati taċ-ċivil irtirati u l-kontribuzzjoni ta’ Deutsche Post għall-Fond tal-Pensjonijiet), kien kopert minn miżura tal-pensjonijiet, skont l-Artikolu 16(2) PostPersRG. Il-miżura tal-pensjonijiet żdiedet minn EUR 151 miljun fl-1995 għal EUR 1,118 biljun fl-1999. |
|
(64) |
Il-graffs fl-Illustrazzjonijiet 1 u 2 hawn taħt jirrappreżentaw il-kontribuzzjonijiet rispettivi ta’ Deutsche Post u tal-Ġermanja (bħala ammont u perċentwal) għall-Fond tal-Pensjonijiet.
|
2.2.4. L-assigurazzjonijiet soċjali statutorji u l-assigurazzjoni supplimentari tal-pensjoni għall-impjegati privati ta’ Deutsche Post
|
(65) |
L-impjegati privati huma membri obbligatorji ta’ erba’ skemi statutorji tal-assigurazzjoni soċjali: assigurazzjonijiet tal-pensjoni, tal-qgħad, tas-saħħa u tal-kura fit-tul (21). Meta mqabbla mar-reġim tal-impjegati taċ-ċivil, l-iskemi statutorji tal-assigurazzjoni soċjali joffru kopertura differenti għall-assigurazzjoni tal-pensjoni u għall-assigurazzjonijiet tas-saħħa u tal-kura fit-tul:
|
|
(66) |
Jeżistu wkoll differenzi importanti fil-finanzjament tal-benefiċċji soċjali meta mqabbla ma’ dawk tal-impjegati taċ-ċivil:
|
|
(67) |
L-Illustrazzjoni 3 hawn taħt tippreżenta r-rati tal-kontribuzzjoni soċjali obbligatorja għall-impjegati privati għall-perjodu mill-1995 sal-1999.
|
|
(68) |
L-Illustrazzjoni 3 turi li r-rati tal-kontribuzzjoni soċjali obbligatorja varjaw minn madwar 39 % sa 42 % tal-paga gross (paga gross = paga netta + sehem l-impjegat). Minħabba li s-sehem ta’ min iħaddem u s-sehem tal-impjegat ikopru madwar nofs it-total tar-rata tal-kontribuzzjoni soċjali obbligatorja, ir-rati tal-kontribuzzjoni soċjali obbligatorja rispettivi tagħhom it-tnejn kienu jvarjaw minn madwar 19 % sa 21 % tal-paga gross. |
|
(69) |
L-impjegati privati ta’ Deutsche Post ibbenefikaw mhux biss mill-iskemi statutorji tal-assigurazzjoni soċjali iżda wkoll minn assigurazzjoni supplimentari tal-pensjoni. L-impjegati privati li bdew qabel l-1997 ġew offruti kopertura supplimentari tal-assigurazzjoni tal-pensjoni li kienet tippermettilhom jirċievu livell simili ta’ pensjoni bħall-impjegati taċ-ċivil. Għalhekk, l-assigurazzjoni supplimentari tal-pensjoni kopriet id-differenza bejn il-pensjoni statutorja tal-assigurazzjoni soċjali tal-impjegati privati, li hija ugwali għal ċertu perċentwal tas-salarju medju tul il-ħajja, u l-pensjoni tal-impjegati taċ-ċivil, li hija ugwali għal ċertu perċentwal tal-aħħar salarju. Ir-regoli dettaljati huma stabbiliti fil-Karta tal-aġenzija tal-pensjoni supplimentari tas-servizz postali federali Ġermaniż (Satzung der Versorgungsanstalt der Deutschen Bundespost). |
3. IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
|
(70) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-fatt li l-Istat kopra d-defiċit akkumulat sal-1999 — b’rabta mal-irtirar bikri ta’ għadd konsiderevoli ta’ impjegati taċ-ċivil ta’ Deutsche Post bejn l-1995 u l-1999 — seta’ ta vantaġġ lil Deutsche Post. |
|
(71) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-investigazzjoni preliminari tagħha tal-miżura ma setgħetx tikkonferma l-konklużjoni li l-miżura ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
|
(72) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ li fuq il-bażi tal-investigazzjoni preliminari tagħha, tqajmu dubji rigward il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern. |
4. KUMMENTI RILEVANTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(73) |
Il-partijiet interessati ssottomettew kummenti dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2007 (li issa ġiet annullata) u d-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2011 (li issa ġiet annullata). |
|
(74) |
Din it-taqsima tiġbor fil-qosor il-kummenti li huma meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura inkwistjoni (jiġifieri l-miżura tal-pensjonijiet għall-perjodu mill-1995 sal-1999) u ma tirriflettix il-kummenti kollha li waslu matul investigazzjonijiet tal-passat dwar miżuri oħra u/jew il-miżura tal-pensjonijiet għall-perjodu ta’ wara l-1999. |
4.1. Kummenti ta’ partijiet terzi
|
(75) |
Skont il-British Post Office (“il-Post Office”), it-teħid tal-obbligazzjonijiet tal-pensjoni, li DPAG ġarrbet bħala konsegwenza tal-irtirar kmieni ta’ 25 % tal-persunal tagħha, huwa għajnuna mill-Istat. Il-Post Office jiddikjara li n-nuqqas fil-pensjonijiet missu ġie ffinanzjat mill-bejgħ ta’ assi kummerċjali. |
|
(76) |
Skont UPS, Deutsche Post ibbenefikat minn vantaġġ peress li nħellset parzjalment mill-obbligu ta’ ħlas li kellha tissodisfa qabel l-1995. Billi l-operaturi normali jridu jġarrbu l-kostijiet tal-pensjonijiet tagħhom stess, Deutsche Post tpoġġiet f’pożizzjoni vantaġġjuża meta mqabbla mal-kompetituri tagħha. |
|
(77) |
Fis-sottomissjoni tagħha tat-28 ta’ Novembru 2019 (wara s-sentenza tal-2019 tal-Qorti Ġenerali li annullat id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2011), UPS targumenta li jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli bl-investigazzjoni tal-miżura tal-pensjonijiet u, b’mod aktar partikolari, jenħtieġ li tivvaluta l-miżura tal-pensjonijiet li tapplika l-ġurisprudenza Orange (22) (għall-kuntrarju tal-ġurisprudenza Combus (23)). Barra minn hekk, UPS hija tal-fehma li anki fuq il-bażi tal-ġurisprudenza Combus, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tal-pensjonijiet kienet tikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli. |
4.2. Kummenti tal-Ġermanja
|
(78) |
Skont l-awtoritajiet Ġermaniżi, il-kontribuzzjoni tal-Istat għall-Fond tal-Pensjonijiet kienet limitata għal dak li kien meħtieġ biex tikkumpensa żvantaġġ oġġettiv impost mill-Istat fuq DPAG. |
|
(79) |
Skont l-awtoritajiet Ġermaniżi, il-finanzjament tal-irtirar bikri tal-impjegati taċ-ċivil reklutati qabel il-privatizzazzjoni ta’ DPAG baqa’ obbligu bażiku tal-Istat fir-rigward tal-impjegati taċ-ċivil tiegħu. Għalhekk, il-koresponsabbiltà ta’ DPAG għall-finanzjament tal-Fond tal-Pensjonijiet kienet tinvolvi kostijiet speċjali atipiċi. Il-kontribuzzjoni tal-Istat għall-obbligi tal-pensjonijiet paċiet parzjalment biss żvantaġġ oġġettiv li kien ġie impost qabel mill-Istat fuq DPAG. Għalhekk, il-Ġermanja tqis li ma hemm l-ebda vantaġġ għal DPAG u lanqas distorsjoni tal-kompetizzjoni jew tal-kummerċ meta l-Istat jagħmel kontribuzzjoni għall-Fond tal-Pensjonijiet. |
|
(80) |
Fuq il-bażi tas-sentenza Combus (24), il-Ġermanja hija tal-opinjoni li, matul il-privatizzazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi universali li qabel kienu proprjetà tal-Istat, il-ħlas mill-Istat tal-kostijiet tal-pensjonijiet — li jmorru lil hinn mil-livell li normalment jieħdu l-kompetituri privati — ma jikkostitwixxix għajnuna. Il-Ġermanja tqis li jenħtieġ li jsir paragun bejn il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-impjegati taċ-ċivil ta’ Deutsche Post u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tal-kompetituri sabiex tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ għajnuna. |
5. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA TAL-MIŻURA TAL-PENSJONIJIET
|
(81) |
Skont l-Artikolu 107(1) TFUE, “kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
|
(82) |
Miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (a) il-miżura tingħata mill-Istati Membri permezz ta’ riżorsi tal-Istat, (b) tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lil ċerti impriżi jew lill-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, (c) il-vantaġġ ifixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni, u (d) il-miżura taffettwa l-kummerċ intra-UE. |
|
(83) |
Billi l-miżura tal-pensjonijiet hija bbażata fuq l-Artikolu 16 PostPersG u ffinanzjata mill-baġit pubbliku, hija imputabbli lill-Istat u tingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Barra minn hekk, billi l-miżura tal-pensjonijiet ġiet implimentata biss biex teħles lil Deutsche Post minn parti mill-kostijiet tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil u, għalhekk, fl-aħħar mill-aħħar tibbenefika lil Deutsche Post, din hija selettiva. |
5.1. L-eżistenza ta’ vantaġġ finanzjarju
5.1.1. Il-metodoloġija applikabbli għall-valutazzjoni tal-preżenza ta’ vantaġġ
|
(84) |
Fuq il-bażi tas-sentenza Combus, il-Ġermanja ssostni li l-miżura tal-pensjonijiet ma pprovdiet l-ebda vantaġġ finanzjarju għaliex ħelset lil Deutsche Post mill-kostijiet tal-pensjonijiet eċċessivi. |
|
(85) |
Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjonijiet tal-Ġermanja li l-eżistenza ta’ vantaġġ kellha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-ġurisprudenza Combus. |
|
(86) |
Madankollu, wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2012 u tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni tal-2011, il-Kummissjoni tqis li s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-143/12 (25) u T-388/11 (26) jobbligaw lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 266 TFUE, tapplika l-ġurisprudenza Combus fir-rigward tal-miżura tal-pensjonijiet. Fil-fatt, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, “[l-istituzzjoni […] li l-att [tagħha] ikun ġie iddikjarat null jew li n-nuqqas [tagħha li taġixxi] jkun ġie iddikjarat kuntrarju għat-Trattati [għandha tkun marbuta li tieħu] l-miżuri neċessarji sabiex [tikkonforma ruħha] mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea”. |
|
(87) |
Fis-sentenza tagħha tal-14 ta’ Lulju 2016, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li “s-sempliċi affermazzjoni li l-ispejjeż ta’ rtirar jagħmlu parti mill-infiq li normalment ikun ta’ piż fuq il-baġit ta’ impriża ma kinitx suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita, f’dan il-każ, l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku reali favur Deutsche Post. Il-Kummissjoni, li kellha l-obbligu li tipprova l-imsemmi vantaġġ, ma għamlitx dan u għaldaqstant wettqet żball ta’ liġi” (27). |
|
(88) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tivvaluta l-preżenza ta’ vantaġġ għal Deutsche Post billi tapplika l-ġurisprudenza Combus. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tqis li, kuntrarju għall-opinjoni espressa minn UPS, il-Kummissjoni hija obbligata tapplika l-ġurisprudenza Combus biex tivvaluta l-miżura tal-pensjonijiet u mhux tapplika l-ġurisprudenza Orange (28). B’mod aktar partikolari, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-fatt li f’dik is-sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja setgħet waqqfet l-approċċ ġuridiku tagħha applikat f’Combus u li, konsegwentement, il-ġurisprudenza Combus jaf m’għadhiex applikabbli għal miżuri simili f’każijiet oħra, ma jixħitx f’dubju l-obbligu tal-Kummissjoni li tapplika l-metodoloġija Combus għall-miżura tal-pensjonijiet fil-każ preżenti f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE (ara l-premessa (86). |
5.1.2. Il-preżenza ta’ vantaġġ f’dan il-każ
|
(89) |
Fid-dawl tal-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Combus f’dan il-każ, il-Kummissjoni tivvaluta jekk il-Ġermanja, billi assumiet ir-responsabbiltà għad-differenza bejn is-somma f’daqqa stabbilita bejn l-1995 u l-1999 u l-ammont totali tal-kostijiet tal-pensjonijiet tal-ex impjegati taċ-ċivil ta’ Deutsche Post, tatx vantaġġ ekonomiku lil Deutsche Post meta mqabbla mal-kompetituri tagħha. |
|
(90) |
Il-Kummissjoni twettaq din l-analiżi fit-tliet passi li ġejjin sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ vantaġġ:
|
5.1.2.1.
5.1.2.1.1. Kalkolu tar-rata normattiva
|
(91) |
Il-kompetituri privati jridu jħallsu b’mod obbligatorju mid-dħul tagħhom kemm is-sehem ta’ min iħaddem kif ukoll is-sehem tal-impjegat tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali lill-Istat. Kif jidher fl-Illustrazzjoni 3, ir-rati totali tal-kontribuzzjoni soċjali obbligatorja għall-perjodu mill-1995 sal-1999 kienu fil-medda ta’ madwar 39 % sa 42 % tal-paga gross. Ir-rati tal-kontribuzzjoni soċjali obbligatorja rispettivi ta’ min iħaddem u tal-impjegat it-tnejn kienu fil-medda ta’ madwar 19 % sa 21 % tal-paga gross (ara l-premessa 68). |
|
(92) |
Meta mqabbla mal-impjegati privati, l-impjegati taċ-ċivil ma jħallsux sehem mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fir-rigward tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul, iżda, minflok, iridu jkopru bejn 30 % u 50 % tal-ispejjeż tagħhom tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul huma stess (notevolment billi jikkonkludu assigurazzjoni privata addizzjonali). Madankollu, wieħed jista’ jassumi li, fl-effett ekonomiku tagħha, il-kontribuzzjoni tal-impjegati taċ-ċivil ta’ 30 % sa 50 % għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul tagħhom tikkorrispondi fil-biċċa l-kbira tagħha għall-kontribuzzjoni tal-impjegati privati għall-iskemi statutorji tal-assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul (29). |
|
(93) |
Barra minn hekk, l-impjegati taċ-ċivil ma jagħtu l-ebda kontribuzzjoni għall-assigurazzjonijiet tagħhom tal-pensjoni u tal-qgħad. Għalhekk, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni ta’ Deutsche Post tmur lil hinn mis-sehem ta’ min iħaddem fil-privat u tinkludi l-kost kollu tal-assigurazzjoni tal-pensjoni u tal-qgħad kif ukoll l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul li jifdal tal-impjegati taċ-ċivil. |
|
(94) |
Għalhekk, ir-rata normattiva għall-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ Deutsche Post (“rata normattiva”) trid tinkludi r-rati tal-kontribuzzjoni totali (rata tal-kontribuzzjoni totali = is-sehem ta’ min iħaddem + is-sehem tal-impjegat) għall-assigurazzjonijiet tal-pensjoni u tal-qgħad u s-sehem ta’ min iħaddem tal-assigurazzjonijiet tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul. |
|
(95) |
Kif jidher fit-Tabella 1 ta’ hawn taħt, ir-rata normattiva kienet bejn 32 % u 34,5 % tal-paga gross tal-impjegati privati għall-perjodu mill-1995 sal-1999. Tabella 1 Rata normattiva tal-kontribuzzjoni soċjali ta’ Deutsche Post
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5.1.2.1.2. Kalkolu tal-bażi tal-paga gross
|
(96) |
Billi l-livell tal-kontribuzzjonijiet soċjali li Deutsche Post trid iġġarrab għall-impjegati taċ-ċivil tagħha jenħtieġ li jkun ekwivalenti għal-livell tal-kontribuzzjonijiet soċjali obbligatorji, huwa importanti li Deutsche Post ma tkunx soġġetta biss għal rata ekwivalenti iżda wkoll li r-rata tiġi kkalkolata fuq bażi ta’ paga gross ekwivalenti. |
|
(97) |
Għalhekk, huwa meħtieġ li tinbena paga gross għall-impjegati taċ-ċivil (“paga gross tal-impjegati taċ-ċivil”) li tipprovdi bażi ta’ paga ekwivalenti għall-paga gross tal-impjegati privati. |
|
(98) |
Huwa supponut li l-kontribuzzjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil għall-ispejjeż tagħhom tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul huma daqs il-kontribuzzjonijiet tal-impjegati privati għall-iskemi statutorji tal-assigurazzjoni tas-saħħa u tal-kura fit-tul (ara l-premessa 92). Għalhekk, f’dan ir-rigward ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament tal-bażi tal-pagi. Madankollu, billi l-impjegati taċ-ċivil ma jagħmlu l-ebda kontribuzzjoni għall-assigurazzjonijiet tal-pensjoni u tal-qgħad tagħhom (ara l-premessa 93), il-paga effettiva (jiġifieri l-kostijiet attwali tal-pagi) jenħtieġ li tiżdied billi jiġi applikat fattur li jqis is-sehem tal-impjegati privati mill-kontribuzzjonijiet għall-iskemi statutorji tal-assigurazzjoni tal-pensjoni u tal-qgħad. |
|
(99) |
Il-formula li ġejja tikkonverti l-paga effettiva f’paga gross li hija ekwivalenti għall-paga gross tal-impjegati privati:
|
|
(100) |
Il-formula li ġejja applikata għas-sena 1997 tkun twassal, pereżempju, għar-riżultat li ġej:
|
|
(101) |
Jekk wieħed jieħu, pereżempju, ir-rati tal-kontribuzzjoni tal-1997, il-paga gross tal-impjegati taċ-ċivil hija 15 % ogħla mill-paga effettiva tal-impjegati taċ-ċivil. |
5.1.2.2.
5.1.2.2.1. Vantaġġ ibbażat fuq tqabbil mar-rata normattiva
|
(102) |
Skont l-Artikolu 16(1) PostPersRG, Deutsche Post kellha tħallas kontribuzzjonijiet annwali ta’ EUR 2,045 biljun lill-Fond tal-Pensjonijiet għall-perjodu mill-1995 sal-1999, li jammontaw għal EUR 10,225 biljun. |
|
(103) |
Fuq dik il-bażi u fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa possibbli li jiġu kkalkolati l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-paga gross imġarrba minn Deutsche Post għall-perjodu mill-1995 sal-1999 u li dawn jitqabblu mar-rata normattiva stabbilita fil-premessa (97). Tabella 2 Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi gross u r-rata normattiva ta’ Deutsche Post
|
|
(104) |
Minn dak il-kalkolu, ma jidhirx li Deutsche Post ibbenefikat minn vantaġġ billi ħallset aktar mir-rata normattiva kkalkolata. |
5.1.2.2.2. Vantaġġ ibbażat fuq tqabbil mar-rata normattiva filwaqt li jitqies l-impatt potenzjali tar-regolamentazzjoni tal-prezzijiet
|
(105) |
Jenħtieġ li jiġi nnotat li fil-premessi 332 sa 338 tad-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni kkunsidrat li r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet ta’ Deutsche Post kienet fattur rilevanti sabiex jiġu kkalkolati l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi gross li effettivament ħallset Deutsche Post u tiġi vvalutata l-proporzjonalità tal-miżura tal-pensjonijiet. |
|
(106) |
Dan kien iġġustifikat mill-fatt li l-Artikolu 20(1) u (2) tal-Liġi dwar is-Servizzi Postali (Postgesetz) tat-22 ta’ Diċembru 1997 (30) (“PostG”) jippermetti lil Deutsche Post titlob li, meta r-Regolatur Postali jkun qed jistabbilixxi l-livell permess ta’ dħul mid-dritt esklużiv u mis-servizzi rregolati, dan jinkludi fil-kostijiet li għandhom jiġu rkuprati mill-konsumaturi “piż soċjali żejjed” kif ukoll il-kostijiet għall-provvista effiċjenti tas-servizz universali. |
|
(107) |
Ir-Regolatur Postali aċċetta dan l-approċċ għall-ewwel darba fid-deċiżjoni tal-2002 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet (applikat mill-1 ta’ Jannar 2003) u approva wkoll il-“piż soċjali żejjed” fid-deċiżjonijiet tal-2007 u tal-2011 dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet. Il-Kummissjoni kkunsidrat li mil-lat ekonomiku, dan wassal biex Deutsche Post iġġarrab b’mod effettiv rati ta’ kontribuzzjoni aktar baxxi għall-kostijiet soċjali mill-kontribuzzjoni apparenti tagħha għall-Fond tal-Pensjonijiet. Fuq il-bażi ta’ din il-kunsiderazzjoni, fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi u tikkwantifika l-ammont ta’ għajnuna inkompatibbli li kellha tiġi rkuprata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-mument meta l-vantaġġ komparattiv ġie fi tmiemu. |
|
(108) |
Fir-rigward ta’ din id-Deċiżjoni u, għalhekk, tal-valutazzjoni tal-miżura tal-pensjonijiet għall-perjodu mill-1995 sal-1999, jista’ jiġi diskuss jekk fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ taħt il-metodoloġija Combus, l-impatt potenzjali tar-regolamentazzjoni tal-prezzijiet ta’ Deutsche Post jenħtieġx li jiġi kkunsidrat meta jiġi ddeterminat il-vantaġġ potenzjali mogħti lill-operatur permezz tal-miżura tal-pensjonijiet. |
|
(109) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis li, fi kwalunkwe każ, l-impatt potenzjali tar-regolamentazzjoni tal-prezzijiet mhuwiex rilevanti fir-rigward tal-ambitu temporali tal-miżura li qed tiġi vvalutata fid-Deċiżjoni preżenti, jiġifieri l-perjodu mill-1995 sal-1999. |
|
(110) |
Tabilħaqq, kif osservat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-2012, l-ewwel deċiżjoni dwar il-limitu massimu fuq il-prezzijiet tar-Regolatur Postali li qieset “piż soċjali żejjed” kif stipulat f’PostG, ittieħdet biss fl-2002 għall-perjodu mill-2003 sal-2007 (31). B’kuntrast ma’ dan, il-Kummissjoni kkunsidrat fir-rigward tal-perjodu ta’ qabel l-2003 li ma setax jiġi dedott b’ċertezza mill-bażi ġuridika għall-prezzijiet irregolati fis-seħħ matul il-perjodu mill-1995 sal-2002 kif l-awtoritajiet kompetenti ddeċidew il-kompożizzjoni tal-prezzijiet irregolati fuq bażi ex-ante (32). F’dan l-isfond, il-Kummissjoni spjegat li, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe element riżervat tat-tariffa għall-kostijiet soċjali, ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat il-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi grossi u b’kunsiderazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-prezzijiet ta’ Deutsche Post (33). Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, fid-Deċiżjoni tal-2012 il-Kummissjoni kkonkludiet li ma setgħetx tistabbilixxi u tikkwantifika l-ammont ta’ għajnuna inkompatibbli għall-perjodu mill-1995 sal-2002 (34). |
|
(111) |
Għal din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li dawn il-kunsiderazzjonijiet japplikaw bl-istess mod fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ skont il-metodoloġija Combus, jiġifieri l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva deskritt fil-premessa (90). Billi, minkejja l-aħjar sforzi tagħha, il-Kummissjoni ma tistax tikkwantifika l-impatt potenzjali tar-regolamentazzjoni tal-prezzijiet fuq il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bbażati fuq il-pagi gross imġarrba minn Deutsche Post għall-impjegati taċ-ċivil tagħha, hija ma tistax tistabbilixxi l-eżistenza ta’ vantaġġ fuq dik il-bażi. |
5.2. Konklużjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ finanzjarju
|
(112) |
Minn dan ta’ hawn fuq jirriżulta li, jekk il-Kummissjoni tillimita ruħha għal paragun dirett tal-kontribuzzjonijiet ta’ Deutsche Post għall-Fond tal-Pensjonijiet u r-rata normattiva rilevanti, ma jistax jinstab vantaġġ għal Deutsche Post. Barra minn hekk, anki li kieku l-Kummissjoni kellha tkabbar il-valutazzjoni tagħha biex tikkunsidra l-impatt potenzjali tar-regolamentazzjoni tal-prezzijiet ta’ Deutsche Post — jekk dan ikun iġġustifikat — xorta ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat, ikkwantifikat u jintrabat mal-miżura tal-pensjonijiet vantaġġ preċiż għall-perjodu mill-1995 sal-1999. |
|
(113) |
Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li ma tistax tistabbilixxi li l-miżura tal-pensjonijiet, implimentata għall-perjodu mill-1995 sal-1999 għal Deutsche Post, tat vantaġġ lill-operatur fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Minħabba li l-eżistenza ta’ vantaġġ, li hija waħda mill-kundizzjonijiet kumulattivi għall-eżistenza ta’ għajnuna, ma tistax tiġi stabbilita, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tal-pensjonijiet ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat. |
6. KONKLUŻJONI
|
(114) |
Il-Kummissjoni ssib li l-miżura tal-pensjonijiet implimentata mill-Ġermanja għall-perjodu mill-1995 sal-1999 ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżura tal-pensjonijiet li l-Ġermanja implimentat favur Deutsche Post għall-perjodu mill-1995 sal-1999 ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU C 306, 23.10.1999, p. 25.
(2) ĠU C 306, 23.10.1999, p. 25.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/753/KE tad-19 ta’ Ġunju 2002 dwar miżuri implimentati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għal Deutsche Post AG (ĠU L 247, 14.9.2002, p. 27).
(4) ĠU C 245, 19.10.2007, p. 21.
(5) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2011, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, T-421/07, ECLI:EU:T:2011:720.
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(7) Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2010, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, T-570/08, ECLI:EU:T:2010:31, Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2010, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, T-571/08, ECLI:EU:T:2010:312, Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ottubru 2011, Deutsche Post u l-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-463/10 P u C-475/10 P, ECLI:EU:C:2011:656, Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Mejju 2012, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, T-571/08 RENV, ECLI:EU:T:2012:228 u s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2013, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, T-570/08 RENV, ECLI:EU:T:2013:589.
(9) Charles River Associates, Marzu 2011, “Estimating a reasonable profit margin for provision of letter services”, ippreżentat mill-Belġju fil-każ tal-għajnuna mill-Istat SA.14588 — Għajnuna mill-Istat lil bpost.
(10) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/636/UE tal-25 ta’ Jannar 2012 — Miżuri C 36/07 (ex NN 25/07) implimentati mill-Ġermanja għal Deutsche Post AG (ĠU L 289, 19.10.2012, p. 1).
(11) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2008, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, T-266/02, ECLI:EU:T:2008:235.
(12) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Settembru 2010, Il-Kummissjoni vs Deutsche Post, C-399/08 P, ECLI:EU:C:2010:481.
(13) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2011, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, T-421/07, ECLI:EU:T:2011:720.
(14) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2013, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, C-77/12 P, ECLI:EU:C:2013:695.
(15) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, T-421/07 RENV, ECLI:EU:T:2015:654.
(16) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, T-143/12, ECLI:EU:T:2016:406.
(17) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, T-388/11, ECLI:EU:T:2019:237.
(18) L-Artikolu 4 tal-Liġi dwar ir-riforma tas-servizzi postali u tat-telekomunikazzjonijiet (Gesetz zur Neuordnung des Postwesens und der Telekommunikation (Postneuordnungsgesetz — PTNeuOG), l-14 ta’ Settembru 1994, Gazzetta tal-Liġi Federali (Bundesgesetzblatt) (“BGBl.”) 1994, Parti I, Nru 61, p. 2325.
(19) BGBl. 1976, Parti I, Nru 111, p. 2485.
(20) L-Artikolu 1 tal-Liġi dwar ir-ristrutturar tas-servizzi postali u tat-telekomunikazzjoni u tas-servizz postali federali Ġermaniż (Gesetz zur Neustrukturierung des Post- und Fernmeldewesens und der Deutschen Bundespost (Poststrukturgesetz — PostStruktG), it-8 ta’ Ġunju 1989, BGBl. 1989, Parti I, Nru 25, p. 1026.
(21) Is-sitt parti tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali (Sozialgesetzbuch, Sechstes Buch (SGB VI)) tirregola l-assigurazzjoni tal-pensjonijiet; it-tielet parti tas-Sozialgesetzbuch (SGB III) tirregola l-assigurazzjoni tal-qgħad; il-ħames parti tas-Sozialgesetzbuch (SGB V) tirregola l-assigurazzjoni tas-saħħa; il-Liġi dwar il-kura fit-tul (Gesetz zur sozialen Absicherung des Risikos der Pflegebedürftigkeit (Pflege-Versicherungsgesetz — PflegeVG)) tas-26 ta’ Mejju 1994 (BGBl. 1994,Parti I, Nru 30, p. 1014) u l-ħdax-il parti tas-Sozialgesetzbuch (SGB XI) jirregolaw l-assigurazzjoni tal-kura fit-tul.
(22) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ottubru 2016, Orange vs Il-Kummisjoni, C-211/15 P, ECLI:EU:C:2016:798.
(23) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2004, Danske Busvognmænd vs Il-Kummissjoni, T-157/01, ECLI:EU:T:2004:76
(24) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2004, Danske Busvognmænd vs Il-Kummissjoni, T-157/01, ECLI:EU:T:2004:76, il-punt 57.
(25) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, T-143/12, ECLI:EU:T:2016:406.
(26) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, T-388/11, ECLI:EU:T:2019:237.
(27) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, T-143/12, ECLI:EU:T:2016:406, il-punt 154.
(28) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ottubru 2016, Orange vs Il-Kummisjoni, C-211/15 P, ECLI:EU:C:2016:798.
(29) Minħabba li s-sehem tal-impjegati taħt l-iskemi statutorji tal-assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul għall-impjegati privati jikkorrispondi għal madwar nofs ir-rata totali tal-kontribuzzjoni (ara l-premessa 68)), wieħed jista’ jassumi li l-kostijiet imġarrba mill-impjegati taċ-ċivil għal assigurazzjoni privata addizzjonali li tkopri bejn 30 % u 50 % huma fil-biċċa l-kbira ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tal-impjegati privati.
(30) BGBl. 1997, Parti I, Nru 88, p. 3294.
(31) Id-Deċiżjoni 2012/636/UE, il-premessa 332.
(32) Ibid., il-premessa 329.
(33) Ibid., il-premessa 329.
(34) Ibid., il-premessa 408.