|
29.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
96 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/846/PESK
tad-29 ta' Novembru 2005
li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/440/PESK tat-13 ta' Ġunju 2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien ma' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta' Novembru 2005, il-Kumitat stabbilit skond ir-Riżoluzzjoni 1533 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) (2004) approva l-lista ta' individwi u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 13 u 15 tar-Riżoluzzjoni 1596 tal-UNSC (2005) dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. |
|
(2) |
L-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK għandu jitlesta għaldaqstant, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-lista ta' persuni u entita imniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiddaħħlu fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, nhar id-29 ta' Novembru 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
A. JOHNSON
ANNESS
Lista ta' persuni u entita msemmija fl-Artikolu 1
|
1. |
Kunjom, Isem: BWAMBALE, Frank Kakolele Psewdonimu: Frank Kakorere, Frank Kakorere Bwambale Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: Post tat-twelid (belt, pajjiż): Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Tagħrif ieħor: Qabel kien mexxej ta' l-RCD-ML, eżerċita influwenza fuq linji politiċi u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi ta' l-RCD-ML, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), kien responsabbli għat-traffikar ta' armi, fi ksur ta' l-embargo ta' l-armi. |
|
2. |
Kunjom, Isem: KAKWAVU BUKANDE, Jérôme Psewdonimu: Jérôme Kakwavu Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: Post tat-twelid (belt, pajjiż): Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Kongola Tagħrif ieħor: Magħruf bħala: “Kmandant Jérôme”. Qabel kien President tal-UCD/FAPC. Kontroll ta' l-FAPC ta' okkupazzjonijet illegali fuq il-fruntiera bejn l-Uganda u d-DRC - rotta ta' transitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni ta' l-armi. Bħala President ta' l-FAPC, huwa jeżerċita influwenza fuq linji politiċi u jżomm kmand u kontroll fuq l-attivitatjiet tal-forzi ta' l-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar ta' l-armi u, konsegwentament, fi ksur ta' l-embargo ta' l-armi. Mogħti l-kariga ta' Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. |
|
3. |
Kunjom, Isem: KATANGA, Germain Psewdonimu: Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: Post tat-twelid (belt, pajjiż): Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Kongola Tagħrif ieħor: Arrestat f'daru f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment ta' l-FRPI f'abbużi tad-drittijiet umani. Kap ta' l-FRPI. Maħtur Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Involut fit-trasferimenti ta' armamenti, fi ksur ta' l-embargo ta' l-armi. |
|
4. |
Kunjom, Isem: LUBANGA, Thomas Psewdonimu: Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: Post tat-twelid (belt, pajjiż): Ituri Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Kongola Tagħrif ieħor: Arrestat f'daru f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L fi ksur abbużiv tad-drittijiet umani. President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta' armi, fi ksur ta' l-embargo ta' l-armi. |
|
5. |
Kunjom, Isem: MANDRO, Khawa Panga Psewdonimu: Kawa Panga, Kawa Panga Mandro, Kawa Mandro, Yves Andoul Karim Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: 20.8.1973 Post tat-twelid (belt, pajjiż): Bunja Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Kongola Tagħrif ieħor: Magħruf bħala: “Kap Kahwa”, “Kawa”. Eks-President tal-PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fi traffikar ta' armi, fi ksur ta' l-embargo ta' l-armi. Fil-ħabs f'Bunja mill-04/05 minħabba s-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. |
|
6. |
Kunjom, Isem: MPANO, Douglas Psewdonimu: Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: Post tat-twelid (belt, pajjiż): Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Kongola Tagħrif ieħor: Ibbażat f'Goma. Meniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji ta' l-ajru tagħhom intużaw biex jipprovdu għajnuna lill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi ta' informazzjoni taħt forma oħra fuq titjiriet u f'merkanziji apparentament biex jippermetti l-ksur ta' l-embargo ta' l-armi. |
|
7. |
Kunjom, Isem: MUDACUMURA, Sylvestre Psewdonimu: Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: Post tat-twelid (belt, pajjiż): Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Rwandana Tagħrif ieħor: Magħruf bħala: “Radja”, “Mupenzi Bernard”, “General Major Mupenzi”. Kmandant ta' l-FDLR fuq l-art, eżerċeta influwenza fuq linji politiċi u żamm kmand u kontroll ta' l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), kien involut fit-traffikar ta' armi, fi ksur ta' l-embargo ta' l-armi. |
|
8. |
Kunjom, Isem: MURWANASHY-AKA, Dr Ignace Psewdonimu: Ignace Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: Post tat-twelid (belt, pajjiż): Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Rwandiża Tagħrif ieħor: Resident fil-Ġermanja. President ta' l-FDLR, jeżerċeta influwenza fuq linji politiċi u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi ta' l-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta' armi, fi ksur ta' l-embargo ta' l-armi. |
|
9. |
Kunjom, Isem: MUTEBUTSI, Jules Psewdonimu: Jules Mutebusi, Jules Mutebuzi Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: Post tat-twelid (belt, pajjiż): Kivu tan-Nofs-in-nhar Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Kongola (Kivu tan-Nofs-in-nhar) Tagħrif ieħor: Attwalment miżmum f'Rwanda. Magħruf bħala: “Kurunell Mutebutsi”. Qabel kien Deputat Kmandant tal-Militari Reġjonali ta' l-FARDC ta' l-10 MR f'April 2004, kien imkeċċi minħabba nuqqas ta' dixxiplina u ngħaqad ma' elementi oħra tar-rinnegat ta' dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 04. Akkużat bir-riċeviment ta' armamenti barra l-istrutturi ta' l-FARDC u l-proviżjon ta' forniment lil gruppi armati u milizzji msemmija f'paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), fi ksur ta' l-embargo ta' l-armi. |
|
10. |
Kunjom, Isem: NGUDJOLO, Matthieu Psewdonimu: Cui Ngudjolo Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: Post tat-twelid (belt, pajjiż): Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Tagħrif ieħor: “Kurunell” jew “Ġeneral”. Kap tal-persunal ta' l-FNI u qabel kien Kap tal-persunal ta' l-FRPI, eżerċita influwenza fuq linji ta' politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi ta' l-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar ta' armi, fi ksur ta' l-embargo ta' l-armi. Arrestat minn MONUC f'Bunja f'Ottubru 2003. |
|
11. |
Kunjom, Isem: NJABU, Floribert Ngabu Psewdonimu: Floribert Njabu, Floribert Ndjabu, Floribert Ngabu Ndjabu Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: Post tat-twelid (belt, pajjiż): Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Tagħrif ieħor: Arrestat u miżmum taħt arrest f'daru f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment ta' l-FNI f'abbużi tad-drittijiet umani. President ta' l-FNI, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar- Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta' armi, fi ksur ta' l-embargo ta' l-armi. |
|
12. |
Kunjom, Isem: NKUNDA, Laurent Psewdonimu: Laurent Nkunda Bwatare, Laurent Nkundabatware, Laurent Nkunda Mahoro Batware Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: 6.2.1967 Post tat-twelid (belt, pajjiż): Kivu tat-Tramuntana/Rutshuru Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Kongola Tagħrif ieħor: Attwalment mingħajr post. Deher f'Rwanda u Goma. Magħruf bħala: “Ġeneral Nkunda”. Qabel kien Ġeneral ta' l-RCD-G. Ingħaqad ma' elementi oħra tar-rinnigat ta' l-RCD-G ta' qabel biex jieħdu Bukavu bil-forza f'Mejju 04. Irċieva armamenti barra l-FARDC fi ksur ta' l-embargo ta' l-armi. |
|
13. |
Kunjom, Isem: NYAKUNI, James Psewdonimu: Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: Post tat-twelid (belt, pajjiż): Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Ugandana Tagħrif ieħor: Sħab fil-kummerċ mal-Kmandant Jerome, b'mod partikolari f'kutrabandu fil-fruntiera DRC/Uganda, inkluż kutrabandu suspettat ta' armamenti u materjal militari fi trakkijiet mhux imfittxija. Ksur ta' l-embargo ta' l-armi u forniment ta' għajnuna lil gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż.1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom li joperaw b'mod militari. |
|
14. |
Kunjom, Isem: OZIA MAZIO, Dieudonné Psewdonimu: Ozia Mazio Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: 6.6.1949 Post tat-twelid (belt, pajjiż): Ariwara, DRC Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Kongola Tagħrif ieħor: Magħruf bħala: “Omari”, “Mr Omari”. President ta' l-FEC fit-territorju ta' Aru. Pjanijiet finanzjarji mal-Kmandant Jerome u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera DRC/Uganda, li ppermetta d-dispożizzjoni ta' fornimenti u flus kontanti għall-Kmandant Jerome u t-truppi tiegħu. Ksur ta' l-embargo ta' l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lil gruppi armati u milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003). |
|
15. |
Kunjom, Isem: TAGANDA, Bosco Psewdonimu: Bosco Ntaganda, Bosco Ntagenda Sess: Titolu, Funzjoni: Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Data tat-twelid: Post tat-twelid (belt, pajjiż): Numru tal-passaport jew l-ID (inkluż il-pajjiż, id-data u l-post tal-ħruġ): Ċittadinanza: Kongola Tagħrif ieħor: Magħruf bħala: “Terminator”, “Maġġur”. Kmandant militari tal-UPC/L, li jeżerċita influwenza fuq linji politiċi u jżomm kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta' armi, fi ksur ta' l-embargo ta' l-armi. Huwa kien maħtur Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa' barra l-FARDC. |
|
16. |
Isem: TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPMENT (KOLLHA GĦALL-PAĊI U L-IŻVILUPP) (NGO) Psewdonimu: TPD Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż): Goma, Kivu tat-Tramuntana Post tat-twelid (belt, pajjiż): Data tar-reġistrazzjoni: Numru tar-reġistrazzjoni: Post prinċipali tan-negozju: Tagħrif ieħor: Akkużat bi ksur ta' l-embargo ta' l-armi, billi pprovda għajnuna lill-RCD-G, b'mod partikolari billi forna trakkijiet għat-trasport ta' armi u truppi, u anke billi ttrasporta armamenti għad-distribuzzjoni, lil partijiet tal-popolazzjoni f'Masisi u Rutshuru, Kivu tat-Tramuntana, fil-bidu ta' l-2005. |