<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-164/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0164</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:734">EU:C:2017:734</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20171004">4.10.2017</DATE> – KAWŻA C-164/16</P><P>MERCEDES-BENZ FINANCIAL SERVICES UK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20171004">4 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14(2)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Kunsinna ta’ oġġetti</KEYWORD><KEYWORD>Vetturi bil-mutur</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ leasing finanzjarju bl-għażla ta’ xiri</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑164/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (Ingilterra u Wales) (sezzjoni ċivili), ir-Renju Unit], permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20160129">29 ta’ Jannar 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20160321">21 ta’ Marzu 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Commissioners for Her Majesty’s Revenue &amp; Customs</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Mercedes-Benz Financial Services UK Ltd,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, J.-C. Bonichot (Relatur), A. Arabadjiev u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: X. Lopez Bancalari, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Mercedes-Benz Financial Services UK Ltd, minn L. Allen, barrister, u K. Prosser, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn G. Brown, J. Kraehling u S. Simmons kif ukoll minn D. Robertson, bħala aġenti, assistiti minn O. Thomas, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, minn M. Bulterman u M. de Ree, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20170531">31 ta’ Mejju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Mercedes-Benz Financial Services UK Ltd u l-Commissioners for Her Majesty’s Revenue &amp; Customs (amministrazzjoni fiskali u doganali tar-Renju Unit) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>amministrazzjoni fiskali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar il-klassifikazzjoni tal-kunsinna ta’ vetturi skont kuntratt standard fir-rigward tat-tranżazzjonijiet suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Provvista ta’ merkanzija [kunsinna ta’ oġġetti]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandha tfisser it-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà tanġibbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Flimkien mat-transazzjonijiet imsemmija fil–paragrafu 1, kull waħda minn dawn li ġejjin għandha tiġi kkunisdrata bħala provvista ta’ merkanzija [kunsinna ta’ oġġetti]:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>it-trasferiment, b’ordni ta’ jew f’isem awtorità pubblika jew skond il-liġi, tad-dritt ta’ proprjetà bi ħlas ta’ kumpens;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-konsenja materjali ta’ merkanzija skond kuntratt għall-kiri ta’ merkanzija għal ċertu żmien, jew għall-bejgħ ta’ merkanzija bi ħlas akkont, li jipprovdi li normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>it-trasferiment ta’ merkanzija skont kuntratt li bih titħallas kummissjoni meta jsir xiri jew bejgħ.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-għotja ta’ ċertu xogħlijiet ta’ kostruzzjoni bħala provvista ta’ merkanzija.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24(1) ta’ din id-direttiva, kull tranżazzjoni li ma tikkostitwixxix kunsinna ta’ oġġetti għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 63 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għandu jkun hemm avveniment li jagħti lok għal ħlas u l-VAT għandha tiġi imposta meta l-merkanzija jew is–servizzi huma pprovduti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 64(1) tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Fejn din twassal għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont jew ħlasijiet suċċessivi, il-provvista ta’ merkanzija, ħlief dik li tikkonsisti fil-kiri ta’ merkanzija għal ċertu perijodu jew il-bejgħ ta’ merkanzija fuq termini differiti, kif imsemmi fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 14(2), jew [u] il-provvista ta’ servizzi għandhom jitqiesu bħala kompluti ma’ l-iskadenza tal-perijodi li għalihom jirrelataw dawn id–dikjarazzjonijiet ta’ kont jew ħlasijiet.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tar-Renju Unit</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Anness 4(1) tal-Value Added Tax Act 1994 (liġi tal-1994 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud) jittrasponi l-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 189 tal-Consumer Credit Act 1974 (liġi tal-1974 dwar il-Kreditu għall-Konsum) jiddefinixxi l-kuntratt ta’ hire-purchase bħala kuntratt li permezz tiegħu l-oġġetti jingħataw b’kirja bi skambju għal ħlasijiet perjodiċi mill-persuna li lilha jinkrew l-oġġetti, u li jipprevedi li l-proprjetà tal-oġġetti tiġi ttrasferita lil din il-persuna jekk il-klawżoli tal-kuntratt jiġu osservati u jekk kundizzjoni waħda jew iktar partikolari jitwettqu, inkluż l-eżerċizzju ta’ għażla minn din il-persuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 99 tal-liġi tal-1974 dwar il-kreditu għall-konsum jipprevedi li, fi kwalunkwe ħin qabel id-data li fiha jkollu jitħallas l-aħħar ħlas akkont dovut mid-debitur skont kuntratt ta’ hire purchase suġġett għal din il-liġi, id-debitur għandu d-dritt ixolji l-kuntratt billi jinnotifika dan. L-Artikolu 100 tal-imsemmija liġi jipprevedi li, f’dan il-każ, id-debitur huwa obbligat iħallas lill-kreditur l-ammont eventwali li, permezz tiegħu, nofs il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>prezz totali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jkun jeċċedi t-total tal-ammonti mħallsa diġà u l-ammonti dovuti fir-rigward tal-prezz totali immedjatament qabel ix-xoljiment, sakemm il-kuntratt ma jkunx jipprevedi pagament inqas għoli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Mercedes-Benz Financial Services UK, sussidjarja ta’ Daimler AG li għandha s-sede tagħha fir-Renju Unit, toffri tliet tipi ta’ kuntratti standard għall-finanzjament tal-użu ta’ vetturi bil-mutur: kuntratt ta’ kirja standard imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/><HT TYPE="ITALIC">Leasing</HT><QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, kuntratt imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/><HT TYPE="ITALIC">Hire Purchase</HT><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u kuntratt ta’ kiri bl-għażla ta’ xiri msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/><HT TYPE="ITALIC">Agility</HT><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li jgħaqqad ċerti karatteristiċi tal-ewwel tnejn, u jiġi ppreżentat bħala li jippermetti lill-klijenti li jipposponu l-għażla bejn kiri u xiri għal data sussegwenti għall-kunsinna tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-punti komuni bejn dawn it-tliet kuntratti standard huma li Mercedes-Benz Financial Services UK iżżomm il-proprjetà tal-vettura matul il-kuntratt kollu u li l-lessee jwettaq il-ħlas ta’ ħlasijiet akkont mensili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-kuntratti standard ivarjaw fir-rigward tal-possibbiltajiet u tal-modalitajiet ta’ akkwist tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-kuntratt standard <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/><HT TYPE="ITALIC">Leasing</HT><QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jeskludi kull trasferiment tal-proprjetà, u barra minn hekk jistabbilixxi kilometraġġ massimu, u lil hinn minnu l-klijent ikollu jħallas penalità fuq il-kilometri eċċessivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-kuntratti standard <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/><HT TYPE="ITALIC">Hire Purchase</HT><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/><HT TYPE="ITALIC">Agility</HT><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jipprevedu trasferiment tal-proprjetà, iżda taħt kundizzjonijiet differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-ewwel kuntratt standard, it-total tal-ħlasijiet imwettqa kull xahar bħala prinċipju jirrappreżenta t-total tal-prezz tal-bejgħ tal-vettura, bl-ispiża tal-finanzjament inkluża. Sabiex wieħed isir proprjetarju tal-vettura fi tmiem il-kuntratt, għandha tiżdied biss somma modesta (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>l-ispejjeż tal-għażla<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>). Dan il-ħlas finali huwa previst fil-kuntratt u ma jiddependix fuq l-eżerċizzju tal-għażla. L-ispejjeż tal-għażla jittieħdu mill-kont tal-klijent fl-istess mument li jittieħed l-aħħar ħlas akkont, u t-trasferiment tal-proprjetà għaldaqstant ikun twettaq. Madankollu, il-leġiżlazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi tar-Renju Unit jillimita l-ammont li bejjiegħ jista’ jitlob mingħand xerrej f’kundizzjonijiet ta’ hire purchase, tant li fil-prattika huwa possibbli għall-klijent li jevita li jwettaq l-aħħar ħlas akkont, u dan billi jxolji l-kuntratt qabel ma dan jiskadi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-kuntratt standard <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/><HT TYPE="ITALIC">Agility</HT><QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, il-ħlasijiet akkont mensili bħala prinċipju huma inqas għoljin minn dawk fil-kuntratt standard <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/><HT TYPE="ITALIC">Hire Purchase</HT><QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, b’tali mod li t-total tagħhom jirrappreżenta biss madwar 60 % tal-prezz tal-bejgħ tal-vettura, inkluża l-ispiża tal-finanzjament. Jekk l-utent ikun jixtieq jeżerċita<?PAGE NO="4"?> l-għażla ta’ xiri tal-vettura, ikollu għaldaqstant iħallas madwar 40 % tal-prezz tal-bejgħ. Dan l-ammont <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>ta’ rilaxx<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jirrappreżenta stima tal-valur residwu medju tal-vettura fi tmiem il-kuntratt. Tliet xhur qabel tmiem il-kuntratt, il-klijent jiġi mistoqsi jekk huwa jixtieqx jeżerċita l-għażla. Skont konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, kważi nofs il-lessees jirrispondu fl-affermattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Mill-perspettiva tal-VAT, ma huwiex ikkontestat li l-kuntratt standard <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/><HT TYPE="ITALIC">Leasing</HT><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jaqa’ taħt il-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, u, għaldaqstant, huwa suġġett għal tassazzjoni ma’ kull ħlas akkont mensili skont l-Artikolu 64 tad-Direttiva dwar il-VAT, bl-ammont taxxabbli ikun l-ammont tal-ħlas akkont mensili. Lanqas ma huwa kkontestat li, għall-kuntrarju, il-kuntratt standard <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Hire Purchase<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>kunsinna ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT. Konsegwentement, skont l-Artikolu 63 ta’ din id-direttiva t-taxxa ssir dovuta fit-total tagħha mal-kunsinna tal-vettura, bl-ammont taxxabbli jkun il-prezz totali tal-kunsinna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni fiskali tqis li l-kuntratt standard <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/><HT TYPE="ITALIC">Agility</HT><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, bħall-kuntratt standard <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/><HT TYPE="ITALIC">Hire Purchase</HT><QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>kunsinna ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT. Konsegwentement hija talbet mingħand Mercedes-Benz Financial Services UK il-ħlas integrali tat-taxxa fil-mument tal-kunsinni ta’ vetturi mwettqa abbażi ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Mercedes-Benz Financial Services UK ikkontestat din il-klassifikazzjoni quddiem il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) [qorti tal-ewwel istanza (awla tat-tassazzjoni), ir-Renju Unit], billi sostniet li l-kuntratt standard <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/><HT TYPE="ITALIC">Agility</HT><QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li ma jipprevedix neċessarjament trasferiment tal-proprjetà, kellu jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, u li, għaldaqstant, il-VAT kienet dovuta biss fuq kull ħlas akkont mensili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) [qorti tal-ewwel istanza (awla tat-tassazzjoni)] ċaħdet it-talba tagħha, u Mercedes-Benz Financial Services UK appellat u rebħet quddiem l-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) [qorti superjuri (awla tat-tassazzjoni u taċ-Chancery), ir-Renju Unit].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni fiskali adixxiet il-qorti tar-rinviju b’appell minn din l-aħħar deċiżjoni. Din il-qorti tqis li s-soluzzjoni tat-tilwima mressqa quddiemha teħtieġ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar partikolari tal-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (Ingilterra u Wales) (sezzjoni ċivili), ir-Renju Unit], iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>1)</NO.P><TXT>Xi jfissru il-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>kuntratt […] li jipprovdi li normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> li tinsab fl-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva [dwar il-VAT]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, il-kelma <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>normalment<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> tobbliga lil awtorità fiskali, f’ċirkustanzi bħal dawk eżistenti fil-każ odjern, li tikkuntenta ruħha b’sempliċi konstatazzjoni dwar l-eżistenza ta’ għażla ta’ xiri li għandha tiġi eżerċitata sa mhux iktar mill-ħlas tal-aħħar ħlas akkont?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Alternattivament, il-kelma <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>normalment<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> tobbliga lill-awtorità nazzjonali li tmur lil hinn u li tiddetermina l-għan ekonomiku tal-kuntratt?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda (3):</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva [dwar il-VAT] għandha tkun influwenzata mill-analiżi dwar kemm huwa probabbli li l-klijent jeżerċita tali għażla?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-portata tal-ammont tal-prezz li għandu jitħallas waqt l-eżerċizzju tal-għażla ta’ xiri hija element rilevanti għad-determinazzjoni tal-għan ekonomiku tal-kuntratt?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq tkun taf jekk, u sa fejn, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>kuntratt għall-kiri li jipprovdi li normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> użata fl-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li din tapplika għal kuntratt ta’ kiri bl-għażla ta’ xiri bħall-kuntratt standard inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament għandu jiġi rrilevat li kuntratt ta’ kiri ta’ vettura bil-mutur bl-għażla ta’ xiri bħall-kuntratt standard <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/><HT TYPE="ITALIC">Agility</HT><QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> offrut minn Mercedes-Benz Financial Services UK huwa kuntratt li jagħmel parti mill-kategorija ta’ kuntratti li konvenzjonalment jissejħu leasing finanzjarju, jew leasing.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Hekk kif espona l-Avukat Ġenerali fil-punti 22 u 23 tal-konklużjonijiet tiegħu, dawn il-kuntratti għandhom il-partikolarità li jservu ta’ sostitut għal kisba immedjata ta’ proprjetà sħiħa, u l-lessee jgawdi mill-oġġett mingħajr ma jkollu bżonn iħallas il-prezz tax-xiri sħiħ tiegħu fil-mument li l-oġġett jiġi kkunsinnat lilu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Dan it-tip ta’ kuntratt jista’ jkollu karatteristiċi li jistgħu jiġu assimilati mal-akkwist ta’ oġġett, bħalma jista’ jkun li ma jkollux, peress li huwa plawżibbli għall-partijiet li fih jipprevedu li l-lessee għandu l-għażla li jakkwista jew li ma jakkwistax l-imsemmi oġġett fi tmiem il-perijodu ta’ kiri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Eon Aset Menidjmunt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑118/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:97">EU:C:2012:97</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-fatt li trasferiment ta’ proprjetà jkun previst fi tmiem il-kuntratt jew li s-somma aġġornata tal-ħlasijiet akkont tkun prattikament identika għall-valur fis-suq tal-oġġett jikkostitwixxu, individwalment jew b’mod konġunt, kriterji li jippermettu li jiġi stabbilit jekk kuntratt jistax jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>kuntratt ta’ leasing finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Eon Aset Menidjmunt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑118/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:97">EU:C:2012:97</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150702">2 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>NLB Leasing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:440">EU:C:2015:440</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, il-klassifikazzjoni ta’ kuntratt bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>kuntratt ta’ leasing finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fiha nnifisha ma hijiex ta’ natura li torbot il-kunsinna materjali ta’ oġġett imwettqa skont dan tal-aħħar ma’ kategorija ta’ tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT. Sabiex titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>kunsinna ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tad-Direttiva dwar il-VAT, għandu jiġi ddeterminat jekk tali kuntratt għandux bħala għan il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>kuntratt għall-kiri li jipprovdi li normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 14(2)(b) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Din il-klassifikazzjoni ġuridika teħtieġ li jkun hemm żewġ elementi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn naħa, din id-dispożizzjoni għandha tinqara b’mod li din timplika li l-kuntratt li skontu titwettaq il-kunsinna tal-oġġett tinkludi klawżola espressa dwar it-trasferiment tal-proprjetà ta’ dan l-oġġett mil-lessor lil-lessee.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-formulazzjoni tiegħu stess, l-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT ma jirreferix għat-trasferiment tas-setgħa li wieħed jiddisponi minn oġġett bħal proprjetarju, bħalma huwa l-każ tal-paragrafu 1 tal-istess artikolu, iżda, b’mod espliċitu, għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>akkwist tal-proprjetà<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> ta’ dan l-oġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk għandu jiġi osservat li din id-dispożizzjoni tuża l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>ħlas akkont<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, magħrufa fil-kuntratti ta’ kreditu iżda għall-kuntrarju ma hijiex abitwali fil-kuntratti ta’ kera pura, li ġeneralment isemmu l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>kirjiet<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-klawżola espressa ta’ trasferiment tal-proprjetà tista’ titqies bħala preżenti fil-kuntratt meta dan ikun jipprevedi għażla ta’ xiri ta’ oġġett meħud b’leasing.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-istipulazzjonijiet tal-kuntratt, kif evalwati b’mod oġġettiv u fil-mument tal-iffirmar tiegħu, għandu jirriżulta b’mod ċar li l-proprjetà tal-oġġett hija intiża li tinkiseb awtomatikament mil-lessee jekk l-eżekuzzjoni tal-kuntratt titwettaq b’mod normali sa tmiemu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> jista’ jiġi dedott biss l-idea li l-ħlas tal-aħħar somma dovuta mil-lessee skont il-kuntratt jġib miegħu t-trasferiment <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> tal-proprjetà, lil dan tal-aħħar, tal-oġġett li huwa s-suġġett tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-fatt li l-kuntratt jipprevedi klawżola li tistipula, kif inhu l-każ tal-kuntratt standard inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-lessee għandu l-għażla li jeżerċita għażla ta’ xiri, għandu jiġi ppreċiżat li l-avverbju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>normalment<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> għandu jitqies bħala li jagħmel sempliċi riferiment għall-iżvolġiment prevedibbli, sa tmiemu, ta’ ftehim eżegwit <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> mill-partijiet tiegħu, konformement mal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">pacta sunt servanda</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 51 u 53 tal-konklużjonijiet tiegħu, din is-soluzzjoni konvenzjonali ta’ trasferiment tal-proprjetà hija inkonċiljabbli mal-eżistenza, għal-lessee, ta’ alternattiva ekonomika reali li tippermettilu li, meta jasal il-mument, jagħżel jew li jakkwista l-oġġett, jew li jirritornah lil-lessor jew li jestendi l-kiri, skont l-interessi proprji tiegħu fid-data li huwa jkollu jagħmel din l-għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni tkun differenti biss jekk l-eżerċizzju tal-għażla ta’ xiri, minkejja li jkun fakultattiv minn perspettiva formali, fir-realtà, fid-dawl tal-kundizzjonijiet finanzjarji tal-kuntratt, tkun tidher bħala l-unika għażla ekonomikament razzjonali li l-lessee jkun jista’ jagħmel. Dan jista’ b’mod partikolari jkun il-każ jekk mill-kuntratt jirriżulta li, meta tinfetaħ il-possibbiltà li din l-għażla tiġi eżerċitata, it-total tal-ħlasijiet akkont kuntrattwali jkun jikkorrispondi għall-valur fis-suq tal-oġġett, inkluża l-ispiża tal-finanzjament, u li l-eżerċizzju tal-għażla ma jimponix fuq il-lessee li jħallas somma addizzjonali sinjifikattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tal-formulazzjoni tal-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT hija kkonfermata fid-dawl tal-istruttura ta’ din id-direttiva fir-rigward tal-klassifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, kwalunkwe interpretazzjoni oħra tkun torbot lill-awtoritajiet fiskali nazzjonali li, meta jkollhom quddiemhom kuntratti li, bħal f’dan il-każ, ma jkunux oġġettivament marbuta ma’ tranżazzjonijiet taxxabbli mal-bidu tal-eżekuzzjoni tagħhom, iwettqu investigazzjonijiet ta’ segwitu (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>follow-up<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>) sabiex jiddeterminaw l-intenzjoni tal-kontraenti tal-persuna taxxabbli fil-mument tal-eżerċizzju tal-għażla u, jekk ikun il-każ, iwettqu operazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, tali neċessità tmur kontra l-għanijiet tas-sistema tal-VAT li tiżgura ċ-ċertezza legali u li tiffaċilita l-atti inerenti għall-applikazzjoni tat-taxxa permezz tat-teħid inkunsiderazzjoni, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, tan-natura oġġettiva tat-tranżazzjoni inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950406">6 ta’ April 1995</DATE>, <NAME.CASE>BLP Group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑4/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:107">EU:C:1995:107</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali, li hija l-unika qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tevalwa l-fatti, li għandha tiddetermina, każ b’każ u skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull każ, jekk il-kuntratt li skontu vettura tkun ġiet ikkunsinnata lil utent jissodisfax il-kundizzjonijiet imfakkra f’din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>kuntratt għall-kiri li jipprovdi li normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> użata fl-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tapplika għal<?PAGE NO="7"?> kuntratt standard ta’ kiri bl-għażla ta’ xiri meta mill-kundizzjonijiet finanzjarji tal-kuntratt jista’ jiġi dedott li l-eżerċizzju tal-għażla jidher li huwa l-unika għażla ekonomikament razzjonali li l-lessee se jkun jista’ jagħmel meta jasal il-mument jekk il-kuntratt jiġi eżegwit sa tmiemu, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla), taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>kuntratt għall-kiri li jipprovdi li normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> użata fl-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tapplika għal kuntratt standard ta’ kiri bl-għażla ta’ xiri meta mill-kundizzjonijiet finanzjarji tal-kuntratt jista’ jiġi dedott li l-eżerċizzju tal-għażla jidher li huwa l-unika għażla ekonomikament razzjonali li l-lessee se jkun jista’ jagħmel meta jasal il-mument jekk il-kuntratt jiġi eżegwit sa tmiemu, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>