Official Journal L 252 , 27/08/1982 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0106
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0249
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0106
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 12 P. 0249
Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Lulju 1982 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/891/KEE fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’metersta’ l-enerġija elettrika (82/621/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/891/KEE ta’ l-4 ta’ Novembru 1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ meters ta’ l-enerġija elettrika [1], u partikolarment it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 3 tagħha, Billi, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/891/KEE, jeħtieġ li jkunu riveduti l-iżbalji massimi permissibbli fil-meters ta’ l-enerġija elettrika għall-verifika inizjali tal-KEE biex jittieħed kont ta’ l-esperjenza gwadanjata u r-riżultati miksuba f’livell internazzjonali; Billi l-esperjenza gwadanjata f’dan is-settur ġewwa l-Komunità tissuġġerixxi ż-żamma definittiva tat-tolleranzi fir-rigward ta’ l-iżbalji massimi permissibbli diġà provduti bħala rata ġenerali fl-Anness ma’ dawn id-Direttivi li huma aktar iebsa minn dawk adottati fil-livell internazzjonali; Billi l-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta’ Xkilijiet Tekniċi għall-Kummerċ fi Strumenti tal-Kejl, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Istati Membri li użaw l-għażla provduta fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/891/KEE għandhom, qabel l-1 ta’ Jannar 1983, iħassru l-miżuri adottati bis-saħħa ta’ dik l-għażla. Għandhom jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni minnufih. L-Artikolu 2 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-1 ta’ Lulju 1982. Għall-Kummissjoni Karl-Heinz Narjes Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 336, ta’ l-4.12.1976, p. 30. --------------------------------------------------