31979R0561



Official Journal L 080 , 31/03/1979 P. 0044 - 0044
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0058
Greek special edition: Chapter 02 Volume 7 P. 0156
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0058
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 5 P. 0218
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 5 P. 0218


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 561/79

tal-5 ta' Marzu 1979

dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar kooperazzjoni KEE-Tuneżija li temenda l-Protokoll dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw u l-metodi tal-kooperazzjoni amministrattiva għall-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW

Wara li kkunisdra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn i-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija [1]) kien iffirmat fil-25 ta' April 1976, u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1979;

Billi skond l-Artikolu 28 tal-Protokoll dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni KEE-Tuneżija adotta d-Deċiżjoni Nryu 3/78 li temenda l-Protokoll fir-rigward tar-regoli ta' oriġini;

Billi din id-Deċiżjoni għandha ssair operattiva fil-Komunità,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 3/78 tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni KEE-Tuneżija għandu japplika fil-Komunità.

It-test tad-Deċiżjoni huwa anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1979.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Marzu 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

J. François-poncet

[1] ĠU No L 265, tas-27.9.1978, p. 1

--------------------------------------------------