Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Varhoven kasatsionen sad – Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1)(ċ), tal-Artikolu 4(1)(b)(iv) u tat-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132) - Kunċett ta’ “servizzi turistiċi oħra” mhux anċillari għat-trasport jew għall-akkomodazzjoni u li jitħallsu mill-organizzatur - Obbligu tal-organizzatur li jikkonkludi għal kull konsumatur polza ta’ assigurazzjoni individwali u li jipprovdilu l-oriġinal qabel il-vjaġġ - Obbligu tal-organizzatur li jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni individwali li jkopri l-ispejjeż kollha ta’ ripatrijazzjoni fil-każ ta’ aċċident - Kunċett ta’ “danni” għal konsumatur li jirriżultaw min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew mill-eżekuzzjoni żbaljata tal-kuntratt - Inklużjoni ta’ danni morali.
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni li tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija).