|
15.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 132/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10162 - AmerisourceBergen/parts of Walgreens Boots Alliance’s Pharmaceutical Business)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 132/07)
1.
Fis-7 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AmerisourceBergen Corporation (“AmerisourceBergen”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
(i) negozji tal-farmaċewtika bl-ingrossa fl-Alġerija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Eġittu, Franza, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja, it-Turkija, l-Emirati Għarab Magħquda u r-Renju Unit u (ii) negozji tal-farmaċewtika bl-imnut fin-Netherlands, in-Norveġja, u l-Litwanja ta’ Walgreens Boots Alliance, Inc. (“il-Kumpanija fil-Mira”, in-Netherlands). |
AmerisourceBergen takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AmerisourceBergen: distribuzzjoni u servizzi farmaċewtiċi; |
|
— |
il-Kumpanija fil-Mira: bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut tal-farmaċewtiċi u loġistika |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10162 - AmerisourceBergen/parts of Walgreens Boots Alliance’s Pharmaceutical Business
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).