|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1048 |
17.11.2023 |
Sejħa għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-“Kapitali Ewropea tal-Kultura” - EAC/P01/2023
(C/2023/1048)
1.
F’konformità mad-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE (1) kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1545 (2) emendata ulterjorment bid-Deċiżjoni (UE) 2020/2229 (3), id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura tal-Kummissjoni qiegħed joħroġ sejħa biex jitressqu l-applikazzjonijiet għall-Azzjoni tal-Unjoni “Kapitali Ewropea tal-Kultura” għas-sena 2030 għal bliet f’pajjiżi tal-EFTA/taż-ŻEE, f’pajjiżi kandidati jew f’pajjiżi potenzjalment kandidati li jieħdu sehem fil-Programm Ewropa Kreattiva fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa.
2.
L-għan ta’ din is-sejħa huwa li waħda minn dawn il-bliet tinħatar bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2030.
3.
L-objettivi tal-azzjoni “Kapitali Ewropea tal-Kultura” huma li tiġi ssalvagwardjata u promossa d-diversità tal-kulturi fl-Ewropa filwaqt li jiġu enfasizzati l-karatteristiċi komuni tagħhom, kif ukoll li jiżdied is-sens ta’ appartenenza taċ-ċittadini għal żona kulturali komuni, u li titrawwem il-kontribuzzjoni tal-kultura għall-iżvilupp fit-tul tal-bliet. Il-belt li tinħatar Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tagħmel ħilitha biex ittella’ attivitajiet li jsaħħu l-firxa, id-diversità u d-dimensjoni Ewropea tal-offerta kulturali tagħha; twessa’ l-aċċess għall-kultura u l-parteċipazzjoni fil-kultura; u ssaħħaħ il-kapaċità tas-settur kulturali tagħha u r-rabtiet ta’ din tal-aħħar ma’ setturi oħra, kif ukoll tkabbar il-profil internazzjonali tagħha permezz tal-kultura.
4.
Għal tagħrif dettaljat, il-kundizzjonijiet tal-finanzjament u l-formola tal-applikazzjoni, wieħed jista’ jirreferi għat-test sħiħ tas-sejħa li jinsab fuq: https://culture.ec.europa.eu/calls/ecoc-2030.It-test sħiħ jagħti ħarsa lejn il-kriterji għall-eliġibbiltà, għall-esklużjoni u għall-għoti li se jiġu applikati fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet, u fih ukoll tagħrif dwar il-proċedura tas-selezzjoni. L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti kollha stipulati fit-test sħiħ tas-sejħa.
5.
L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu fl-indirizz indikat fit-test sħiħ tas-sejħa sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Ottubru 2024.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1048/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)