32000D0254



Official Journal L 078 , 29/03/2000 P. 0033 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni

tal-20 ta’ Marzu 2000

li temenda d-Deċiżjoni 94/984/KE li tistabillixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni tal-laħam tat-tjur frisk minn pajjiżi terzi fir-rigward tal-Arġentina

(notifikat bid-dokument numru C(2000) 703)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/254/KE)

Il-Kummissjoni ta l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1991 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ laħam tat-tjur frisk [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 1999/89/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 u 12 tagħha;

Billi:

(1) Deċiżjoni tal-Kummisjoni 94/984/KE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/549/KE [4], stabbiliet il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għal-importazzjoni tal-laħam tat-tjur frisk minn ċerti pajjiżi terzi. Żewġ ċertifikati, mudell A umudell B huma stabbiliti. L-użu tagħhom jiddependi fuq is-sitwazzjoni tal-marda ta’Newcastle fil-pajjiż konċernat.

(2) l-Arġentina hija elenkata fl-l-Anness I għad-Deċiżjoni 94/984/KE bħala pajjiż terz li hupermess li juża ċ-ċertifikat mudell B stabbilit fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3) Spezzjoni f’ Lulju 1998 ġiet magħmula mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-Arġentina biexjirrevedu s-stwazzjoni tal-marda ta’ Newcastle u informazzjoni addizzjonali ġiet riċevutaminn dak il-pajjiż.

(4) Jidher, li skond ir-riżultati ta’ dik l-ispezzjoni u l-informazzjoni mogħtija, li s-sitwazzjoni tal-marda ta’ Newcastle fl-Arġentina marret għall-aħjar.

(5) l-Arġentina tista’ tottempra ruħha mar-rekwiżiti taċ-ċertifikat mudell A stabbilit fl-Anness IIDeċiżjoni 94/984/KE.

(6) Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-laħam tat-tjur frisk iċċertifikat minn l-1 ta’ April2000.

(7) Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat VeterinarjuPermanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 94/984/KE il-linja

"AR | l-Arġentina | | B (2)" |

ser tinbidel bi

"AR | l-Arġentina | | A" |

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd għall-laħam tat-tiġieġ frisk mill-1 ta’ April 2000.

Artikolu 3

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Marzu 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 35.

[2] ĠU L 300, tat-23.11.1999, p. 17.

[3] ĠU L 378, tal-21.12.1994, p. 11.

[4] ĠU L 209, tas-7.8.1999, p. 36.

--------------------------------------------------