<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑509/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0509</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:613">EU:C:2013:613</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20130926">26.9.2013</DATE> – KAWŻA C‑509/11</P><P>ÖBB-PERSONENVERKEHR</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1371/2007</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet u obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 17</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens marbut mal-prezz tal-biljett tat-trasport fil-każ ta’ dewmien</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni fil-każ ta’ forza maġġuri</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1)</KEYWORD><KEYWORD>Setgħat tal-korp nazzjonali inkarigat bl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li jiġi impost fuq it-trasportatur ferrovjarju li jbiddel il-kundizzjonijiet għal kumpens tal-passiġġieri</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑509/11,</P><P>li għandha bħala suġġett it-talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l‑Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20110930">30 ta’ Settembru 2011</DATE>, fil-proċeduri mibdija minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">ÖBB-Personenverkehr AG,</HT></P></PLAINTIFS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Schienen-Control Kommission,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Bundesministerin für Verkehr, Innovation und Technologie,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, M. Berger, A. Borg Barthet (Relatur), E. Levits u J.‑J. Kasel, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-ÖBB-Personenverkehr AG, minn A. Egger, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għas-Schienen‑Control Kommission, minn G. Hellwagner u N. Schadler, kif ukoll minn G. Redl, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn W. Ferrante, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, minn A. Falk, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun u H. Støvlbæk, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 17 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20071023">23 ta’ Ottubru 2007</DATE>, dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="315" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2007">ĠU L 315, p. 14</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat minn ÖBB-Personenverkehr AG (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ÖBB‑Personenverkehr<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) kontra d-deċiżjoni tax-Schienen‑Control Kommission (Kummissjoni ta’ Kontroll tas-Sistema Ferrovjarja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kommission<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), tas-<DATE ISO="20101206">6 ta’ Diċembru 2010</DATE>, dwar kundizzjonijiet għal kumpens lill-passiġġieri tal-ferroviji mill-ÖBB‑Personenverkehr.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija, dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-<DATE ISO="19800509">9 ta’ Mejju 1980</DATE>, kif emendata bil-Protokoll ta’ Vilnius tat-<DATE ISO="19990603">3 ta’ Ġunju 1999</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>COTIF<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), iffirmat fit-<DATE ISO="20110623">23 ta’ Ġunju 2011</DATE> f’Berna (l-Isvizzera), daħal fis-seħħ, b’konformità mal-Artikolu 9 tiegħu, fl-<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan il-ftehim jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Mingħajr preġudizzju għall-objettiv u l-iskop tal-Konvenzjoni biex tippromwovi, ittejjeb u tiffaċilita t-trasport internazzjonali bil-ferrovija u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tagħha fir-rigward ta’ Partijiet Kontraenti oħra għall-Konvenzjoni, fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom, il-Partijiet għall-Konvenzjoni li huma Stati Membri tal-Unjoni għandhom japplikaw ir-regoli tal-Unjoni u għalhekk m’għandhomx japplikaw ir-regoli li jirriżultaw minn dik il-Konvenzjoni ħlief sakemm ma jkunx hemm regola tal-Unjoni li tirregola s-suġġett partikolari kkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-premessi 1 sa 3 tar-Regolament Nru 1371/2007:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(1)</NO.P><TXT>Fil-qafas tal-politika komuni tat-trasport, huwa importanti li d-drittijiet ta’ l-utent tal-passiġġieri ferrovjarji jkunu mħarsa u tittejjeb il-kwalità u l-effettività tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri sabiex jiġi megħjun it-tkabbir tas-sehem tat-trasport ferrovjarju meta mqabbel ma’ mezzi oħra ta’ trasport.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istrateġija dwar il-Politika tal-Konsumatur għall-2002-2006<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [...] tistabilixxi l-għan li jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur fil-qasam tat-trasport, kif jitlob l-Artikolu 153(2) tat-Trattat [KE].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Ġialadarba l-passiġġier tal-ferroviji huwa l-parti d-dgħajfa fil-kuntratt tat-trasport, għandhom jiġu mħarsa d-drittijiet tal-passiġġier f’dan ir-rigward.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessi 6, 13 u 14 ta’ dan ir-regolament jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(6)</NO.P><TXT>It-tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji għandu jinbena fuq is-sistema eżistenti ta’ liġi internazzjonali dwar dan is-suġġett li tinsab fl-Appendiċi A — Regoli uniformi dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta’ Passiġġieri u Bagalji bil-Ferrovija (CIV) mal-[COTIF] [(iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Regoli Uniformi CIV<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>)]. Madankollu huwa mixtieq li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi estiż sabiex jipproteġi mhux biss il-passiġġieri internazzjonali imma wkoll passiġġieri domestiċi.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>Id-drittijiet imsaħħin ta’ kumpens u ta’ assistenza fil-każ ta’ dewmien, ta’ telf ta’ konnessjoni jew ta’ taħsir ta’ servizzi għandhom iwasslu għal inċentivi akbar għas-suq tal-passiġġieri ferrovjarji, għall-benefiċċju tal-passiġġieri.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Huwa mixtieq li dan ir-Regolament għandu joħloq sistema ta’ kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien, li hija marbuta mar-responsabbiltà ta’ l-impriża tal-ferrovija, fuq l-istess bażi bħas-sistema internazzjonali pprovduta mill-COTIF u b’mod partikolari l-appendiċi CIV għalih dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont il-premessi 22 u 23 tar-Regolament Nru 1371/2007:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(22)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jinkludu l-ħlas ta’ kumpens lill-persuna in kwistjoni, iridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità u l-introduzzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 [KE]. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1371/2007 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għall-għan ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>impriża ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tfisser impriża ferrovjarja kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/14/KE [...], u kwalunkwe impriża pubblika jew privata, li l-attività tagħha hi li tipprovdi t-trasport ta’ merkanzija u/jew passiġġieri bil-ferrovija fuq il-bażi li l-impriża għandha tiżgura l-ġbid; dan jinkludi wkoll impriżi li jipprovdu biss il-ġbid;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kuntratt ta’ trasport<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> tfisser kuntratt ta’ trasport bi ħlas jew mingħajr ħlas bejn impriża ferrovjarja jew bejjiegħ tal-biljetti u l-passiġġier għall-provvediment ta’ servizz ta’ trasport wieħed jew aktar;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>16)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kondizzjonijiet Ġenerali tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tfisser il-kondizzjonijiet tat-trasportatur fil-forma ta’ kondizzjonijiet ġenerali jew tariffi legalment fis-seħħ f’kull Stat Membru u li saru, bil-konklużjoni tal-kuntratt tat-trasport, parti integrali minnu;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-obbligi lejn il-passiġġieri skond dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu limitati jew irrinunzjati, b’mod partikolari permezz ta’ xi deroga jew klawżola restrittiva fil-kuntratt ta’ trasport.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-impriżi ferrovjarji jistgħu joffru kondizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli għall-passiġġieri mill-kondizzjonijiet imniżżla f’dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Bla ħsara għad-Dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, u bla ħsara għal-liġi nazzjonali applikabbli li tagħti lill-passiġġieri iktar kumpens għall-ħsarat, ir-responsabbiltà ta’ l-impriżi ferrovjarji fir-rigward tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom għandha tkun regolata minn Kapitoli I, III u IV tat-Titolu IV, Titolu VI u Titolu VII ta’ Anness I.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-istess regolament jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Bla ħsara għad-Disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, ir-responsabbiltà ta’ l-impriżi ferrovjarji fejn jidħlu dewmien, konnessjonijiet li ma ntlaħqux u kanċellazzjonijiet għandha tkun regolata mill-Kapitolu II tat-Titolu IV ta’ l-Anness I.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr ma jitlef id-dritt għat-trasport, passiġġier jista’ jitlob kumpens għal dewmien mingħand l-impriża ferrovjarja jekk ikollu dewmien bejn il-postijiet ta’ tluq u ta’ wasla mogħtija fuq il-biljett li għalih il-biljett ma ġiex rimborsat skond l-Artikolu 16. Il-kumpens minimu għal dewmien għandu jkun kif ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>25 % tal-prezz tal-biljett f’każ ta’ dewmien ta’ 60 minuta sa 119‑il minuta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>50 % tal-prezz tal-biljett f’każ ta’ dewmien ta’ 120 minuta jew aktar.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Passiġġieri li jkollhom pass ta’ l-ivjaġġar jew biljett staġunali u li jiffaċċjaw dewmien jew kanċellazzjonijiet rikorrenti matul il-perjodu ta’ validità tagħhom jistgħu jitolbu kumpens adegwat skond l-arranġamenti ta’ kumpens ta’ l-impriża ferrovjarja. Dawn l-arranġamenti għandhom jistabilixxu il-kriterji għad-determinazzjoni tad-dewmien u għall-kalkolu tal-kumpens.</ALINEA><ALINEA>Il-kumpens għad-dewmien għandu jkun ikkalkulat f’relazzjoni mal-prezz li l-passiġġier ikun fil-fatt ħallas għas-servizz ittardjat.</ALINEA><ALINEA>Fejn il-kuntratt ta’ trasport huwa għal vjaġġ bir-ritorn, il-kumpens għal dewmien ’l hemm jew ’l hawn għandu jiġi kkalkulat fuq nofs il-prezz imħallas għall-biljett. Bl-istess mod il-prezz għal dewmien fis-servizz taħt kwalunkwe kuntratt ta’ trasport ieħor li jippermetti diversi proporzjonalment għall-prezz sħiħ.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>Il-kalkolu tal-perijodu ta’ dewmien m’għandux jieħu kont ta’ kwalunkwe dewmien li l-impriża ferrovjarja tista’ turi li seħħ barra t-territorji li fihom it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea huwa applikat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kumpens tal-prezz tal-biljett għandu jiġi mħallas fi żmien xahar wara s-sottomissjoni tat-talba għal kumpens. Il-kumpens jista’ jiġi mħallas f’vawċers u/jew servizzi oħra jekk it-termini huma flessibbli (b’mod partikolari fir-rigward tal-perijodu tal-validità u d-destinazzjoni). Il-kumpens għandu jitħallas fi flus fuq talba tal-passiġġier.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kumpens tal-prezz tal-biljett m’għandux jitnaqqas permezz ta’ spejjeż ta’ transazzjonijiet finanzjarji bħal miżati, spejjeż tat-telefon jew bolol. L-impriżi ferrovjarji jistgħu jdaħħlu livell minimu li taħtu ma jsirux ħlasijiet ta’ kumpens. Dan il-livell ma jistax ikun aktar minn [EUR] 4.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-passiġġier m’għandu l-ebda dritt għal kumpens jekk jiġi infurmat bid-dewmien qabel jixtri l-biljett, jew jekk id-dewmien, minħabba kontinwazzjoni fuq servizz differenti jew tibdil tar-rotta, jibqa’ taħt is-60 minuta.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1) sa 3 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’każ ta’ dewmien fil-wasla jew fit-tluq, il-passiġġieri għandhom jinżammu infurmati dwar is-sitwazzjoni u l-ħin stmat tat-tluq u l-ħin stmat tal-wasla mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur ta’ l-istazzjon hekk kif tali informazzjoni tkun disponibbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>F’każ ta’ kwalunkwe dewmien kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ aktar minn siegħa, il-passiġġieri għandhom jiġu offruti b’xejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikliet u rinfreski b’mod raġonevoli skond il-ħin ta’ stennija, jekk ikunu disponibbli fuq il-ferrovija jew fl-istazzjon jew jistgħu b’mod raġonevoli jkunu pprovduti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>lukanda jew akkomodazzjoni oħra, u trasport bejn l-istazzjon ferrovjarju u l-post ta’ akkomodazzjoni, f’każijiet fejn jeħtieġu waqfa ta’ lejl jew aktar jew tkun teħtieġ waqfa addizzjonali, fejn u meta jkun fiżikament possibbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jekk il-ferrovija tkun imwaħħla fuq il-linji, trasport mill-ferrovija sa l-istazzjon ferrovjarju, sal-punt tat-tluq alternattiv jew sad-destinazzjoni aħħarija tas-servizz, fejn u meta jkun fiżikament possibbli.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk is-servizz ferrovjarju ma jkunx jista’ jitkompla aktar, l-impriżi ferrovjarji għandhom jorganizzaw kemm jista’ jkun malajr servizzi ta’ trasport alternativ għall-passiġġieri.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="030.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jaħtar entità jew entitajiet responsabbli mill-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Kull entità għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri huma rrispettati.</ALINEA><ALINEA>Fl-organizzazzjoni, d-deċiżjonijet ta’ finanzjament, l-istruttura legali u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha kull entità għandha tkun indipendenti minn kwalunkwe amministratur ta’ l-infrastruttura, entità li għandha f’idejha l-imposizzjoni tad-drittijiet, mill-entità li talloka jew mill-impriża ferrovjarja.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-entità jew entitajiet maħtura skond dan il-paragrafu u bir-responsabbiltajiet rispettivi tagħha jew tagħhom.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="030.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull passiġġier jista’ jilmenta mal-korp maħtur taħt il-paragrafu 1, jew ma’ kwalunkwe korp xieraq ieħor maħtur minn xi Stat Membru, fuq allegat ksur ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 ta’ dan l-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-Dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk ir-regoli u l-miżuri lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-<DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE> u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Anness I tar-Regolament Nru 1371/2007 jinkludi estratt mir-Regoli Uniformi CIV.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tat-Titolu IV ta’ dawn ir-regoli, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Responsabbiltà f’każ ta’ Nuqqas ta’ Żamma ma’ l-Iskeda tal-Ħin<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jinkludi Artikolu 32, artikolu uniku f’dan il-kapitolu, ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-trasportatur għandu jkun responsabbli għall-passiġġier għal telf jew ħsara li tirriżulta mill-fatt li, minħabba kanċellazzjoni, ittardjar [dewmien] ta’ ferrovija jew konnessjoni li ma ntlaħqitx, il-vjaġġ tiegħu ma jistax jitkompla fl-istess jum, jew li kontinwazzjoni tal-vjaġġ fl-istess jum ma tistax tintalab b’mod raġonevoli minħabba ċirkostanzi speċifiċi. Il-ħsarat għandhom jinkludu l-ispejjeż raġonevoli ta’ akkomodazzjoni kif ukoll l-ispejjeż raġonevoli li jkun hemm bżonn biex jiġu nnotifikati l-persuni li qed jistennew lill-passiġġier.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-trasportatur għandu jiġi meħlus minn din ir-responsabbiltà, meta l-kanċellazzjoni, l-ittardjar jew il-konnessjoni li ma ntlaħqitx hija attribwibbli għal waħda minn dawn il-kawżi [raġunijiet] li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ċirkostanzi mhux konnessi ma’ l-operat tal-linja tal-ferrovija li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tort fuq il-parti tal-passiġġier; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-imġiba ta’ parti terza li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom; impriża oħra li tuża l-istess infrastruttura tal-linja tal-ferrovija ma tistax titqies bħala parti terza; id-dritt għar-rikors m’għandux jiġi affettwat.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-liġi nazzjonali għandha tiddetermina jekk u sa liema livell għandu t-trasportatur iħallas il-ħsarat għal ħsara barra minn dik prevista fil-paragrafu 1. Din id-Dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 22a(1) tal-liġi federali li tirrigwarda l-ferroviji, materji speċifiċi għall-vetturi ferrovjarji u għat-traffiku ferrovjarju (Bundesgesetz über Eisenbahnen, Schienenfahrzeuge auf Eisenbahnen und den Verkehr auf Eisenbahnen, BGBl.60/1957), kif emendata (BGBl. I, 25/2010, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>liġi dwar il-ferroviji<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>It-tariffi għall-provvista ta’ servizzi ferrovjarji fuq rotot ewlenin u n-netwerk sekondarju għandhom jinkludu kundizzjonijiet għal kumpens skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-rimbors tal-prezz tal-biljett stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-liġi federali li tikkonċerna r-[Regolament Nru 1371/2007] u konformi mal-Artikolu 17 tar-[Regolament Nru 1371/2007].<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 78b(2) tal-liġi dwar il-ferroviji:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Il-[Kommission] għandha:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>tiddikjara totalment jew parzjalment nulli u bla effett il-kundizzjonijiet għal kumpens skont ir-[Regolament Nru 1371/2007] meta l-impriża ferrovjarja ma tkunx adottathom skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 17 tar-[Regolament Nru 1371/2007].<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 167(1) tal-liġi dwar il-ferroviji tipprovdi li kull min ma jippubblikax il-kundizzjonijiet għal kumpens skont l-Artikolu 22a(1) ta’ din il-liġi jwettaq ksur amministrattiv u għandu jiġi ppenalizzat mill-amministrazzjoni reġjonali b’multa li tista’ titla’ sa EUR 2 180.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-ÖBB-Personenverkehr hija impriża ferrovjarja, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1371/2007.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress illi l-kundizzjonijiet għal kumpens marbuta mal-prezz tal-biljett, li din l-impriża tapplika fil-kuntratti ta’ trasport tagħha li tkun ikkonkludiet mal-passiġġieri, ma humiex konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007, b’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20101206">6 ta’ Diċembru 2010</DATE>, il-Kommission talbet lill-ÖBB-Personenverkehr sabiex tbiddilhom.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Kommission ordnat it-tneħħija ta’ klawżola li permezz tagħha, id-dritt għal kumpens jew għar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti huwa eskluż fil-każ fejn id-dewmien huwa imputabbli għal waħda minn dawn ir-raġunijiet segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>nuqqas min-naħa tal-passiġġier;</P></ITEM><ITEM><P>l-aġir ta’ terz li t-trasportatur ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tiegħu, minkejja li kien diliġenti biżżejjed fiċ-ċirkustanzi;</P></ITEM><ITEM><P>ċirkustanzi mhux konnessi mal-operat tal-linja tal-ferrovija li t-trasportatur, minkejja li eżerċita d-diliġenza meħtieġa fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom;</P></ITEM><ITEM><P>limitazzjoni ta’ traffiku minħabba strajk, meta l-passiġġier ikun ġie infurmat b’mod xieraq dwar dan, u</P></ITEM><ITEM><P>servizzi ta’ trasport li ma jagħmlux parti mill-kuntratt ta’ trasport.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>L-ÖBB-Personenverkehr ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Verwaltungsgerichtshof.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Din l-impriża targumenta, minn naħa, li l-Kommission ma għandhiex setgħa sabiex tordna emenda għall-kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ tagħha u, min-naħa l-oħra, li mir-Regolament Nru 1371/2007 jirriżulta li l-impriżi ferrovjarji huma eżentati mill-obbligu li jikkumpensaw lill-passiġġieri meta d-dewmien huwa dovut għal forza maġġuri. F’dan ir-rigward, l-ÖBB-Personenverkehr targumenta, b’mod partikolari, li l-Artikolu 15 ta’ dan ir-regolament fir-rigward ta’ din il-kwistjoni jirreferi għall-Artikolu 32 tar-Regoli Uniformi CIV, inkwantu każijiet ta’ eżenzjoni ta’ responsabbiltà msemmija f’din l-aħħar dispożizzjoni huma applikabbli wkoll fil-kuntest tal-Artikolu 17 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-Kommission issostni li l-ordni magħmula fil-konfront ta’ impriża ferrovjarja sabiex tapplika ċerti kundizzjonijiet għal kumpens jew li tastjeni milli tapplika kundizzjonijiet ta’ trasport li jirrestrinġu d-drittijiet tal-passiġġieri kif ipprovduti fir-Regolament Nru 1371/2007, tista’ tkun ibbażata direttament fuq l-Artikolu 30(1) tar-Regolament. Barra minn hekk, hija ssostni li l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament huwa eżawrenti. Konsegwentement, impriża ferrovjarja li, b’konformità ma’ dak previst fl-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament, ma tistax tillimita l-obbligi tagħha u lanqas teżenta ruħha minnhom fir-rigward tal-passiġġieri lanqas ma tista’ taġixxi b’dan il-mod fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu 17, inkluż fil-każ ta’ forza maġġuri.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel is-segwenti domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1)</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1) tar-[Regolament Nru 1371/2007] għandu jiġi interpretat fis-sens li, il-korp nazzjonali inkarigat bl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament huwa awtorizzat jippreskrivi, b’mod vinkolanti fuq impriża tal-ferroviji li l-kundizzjonijiet tal-kumpens għar-rimbors tal-prezz ta’ biljett ma jikkorrispondux mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament, il-kontenut speċifiku tal-kundizzjonijiet tal-kumpens li għandhom jintużaw minn din l-impriża, minkejja li d-dritt nazzjonali jagħtih biss il-possibbiltà li jiddikjara n-nullità ta’ tali kundizzjonijiet?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li, impriża tal-ferroviji tista’ teskludi l-obbligu tagħha li tirrimborsa prezz ta’ biljett fil-każ ta’ forza maġġuri, b’applikazzjoni b’analoġija tal-motivi ta’ esklużjoni previsti fir-[Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10), Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20101124">24 ta’ Novembru 2010</DATE>, dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="334" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU L 334, p. 1</REF.DOC.OJ>), u Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20110216">16 ta’ Frar 2011</DATE>, dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="055" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 55, p. 1</REF.DOC.OJ>)], jew inkella billi testendi, [ukoll] għall-każijiet ta’ rimbors tal-prezz tal-biljetti, l-esklużjonijiet tar-responsabbiltà previsti fl-Artikolu 32(2) tar-[Regoli Uniformi CIV]?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tkun l-ewwel waħda li tingħata risposta, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007 għandux jiġi interpretat fis-sens li impriża ferrovjarja għandha dritt tinkludi klawżola fil-kundizzjonijiet ġenerali tat-trasport tagħha li permezz tagħha hija tiġi eżentata mill-obbligi tagħha għal kumpens rigward il-prezz tal-biljett minħabba dewmien, meta d-dewmien iseħħ minħabba forza maġġuri jew minħabba waħda mir-raġunijiet imniżżlin fl-Artikolu 32(2) tar-Regoli Uniformi CIV.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1371/2007 jipprovdi l-kumpens minimu, ikkalkolat abbażi tal-prezz tal-biljett tat-trasport, li l-passiġġieri għandhom dritt jeżiġu mill-impriżi ferrovjarji fil-każ ta’ dewmien.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-Artikolu 17(4) ta’ dan ir-regolament, il-passiġġieri ma humiex intitolati għal kumpens jekk dawn ikunu ġew infurmati bid-dewmien qabel jixtru l-biljett tagħhom jew jekk id-dewmien ikun inqas minn 60 minuta. Barra minn hekk, l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 17(1) tal-imsemmi regolament jippreċiża li l-kalkolu tat-tul tad-dewmien ma jieħux inkunsiderazzjoni d-dewmien fejn l-impriża ferrovjarja tista’ tipprova li dan seħħ f’territorji ’il barra minn dawk li fihom huwa applikabbli t-Trattat KE.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 1371/2007 ma tipprovdi li l-impriżi ferrovjarji huma eżentati mill-obbligu ta’ kumpens kif jirriżulta mill-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-regolament, meta d-dewmien huwa imputabbli għal forza maġġuri.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 1371/2007 jipprovdi li r-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji fejn jikkonċerna d-dewmien, konnessjonijiet mitlufa u l-kanċellazzjonijiet hija, bla ħsara għall-Artikoli 16 sa 18 ta’ dan ir-regolament, irregolata mill-Artikolu 32 tar-Regoli Uniformi CIV.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessa 14 tar-Regolament Nru 1371/2007, effettivament il-leġiżlatur tal-Unjoni kkunsidra li huwa mixtieq li s-sistema ta’ kumpens tal-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien tistrieħ fuq l-istess bażi bħas-sistema internazzjonali prevista mill-COTIF, li r-Regoli Uniformi CIV jagħmlu parti minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32(1) tal-imsemmija Regoli Uniformi, it-trasportatur ferrovjarju huwa responsabbli, fir-rigward tal-passiġġier, mid-dannu li jirriżulta mill-fatt li, minħabba kanċellazzjoni, dewmien ta’ ferrovija jew konnessjoni mitlufa, il-vjaġġ ma jkunx jista’ jkomplih fl-istess jum. Id-danni li l-passiġġier bil-ferroviji huwa intitolat għalihom f’ċirkustanzi bħal dawn jinkludu l-ispejjeż raġonevoli ta’ akkomodazzjoni kif ukoll l-ispejjeż sabiex jiġu nnotifikati l-persuni li qed jistennew lill-passiġġier.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet għal eżenzjoni mir-responsabbiltà tat-trasportatur koperti b’din id-dispożizzjoni huma previsti fl-Artikolu 32(2) tar-Regoli Uniformi CIV.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fl-ewwel lok, jekk, fiċ-ċirkustanzi msemmija f’dan l-Artikolu 32(2), trasportatur ferrovjarju għandux dritt li jiġi eżentat mill-obbligu tiegħu li jikkumpensa lill-passiġġier skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 32 tar-Regoli Uniformi CIV jikkonċerna d-dritt tal-passiġġieri ferrovjarji għal kumpens għad-dannu li jirriżulta mid-dewmien jew mill-kanċellazzjoni ta’ ferrovija.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-kumpens previst fl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007, ikkalkolat abbażi tal-prezz tal-biljett tat-trasport, huwa maħsub sabiex jiġi kkumpensat il-prezz imħallas mill-passiġġier inkambju ta’ servizz li, definittivament, ma ġiex eżegwit skont il-kuntratt ta’ trasport. Barra minn hekk, jirriżulta bħala forma ta’ kumpens finanzjarju fiss u standardizzat, b’differenza mis-sistema ta’ responsabbiltà prevista fl-Artikolu 32(1) tal-imsemmija Regoli Uniformi, li timplika evalwazzjoni individwalizzata tad-dannu subit.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, billi l-għanijiet u l-metodi ta’ implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq huma differenti, is-sistema ta’ kumpens prevista mil-leġiżlatur tal-Unjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007 ma tistax tiġi assimilata mar-responsabbiltà tat-trasportatur ferrovjarju skont l-Artikolu 32(1) tar-Regoli Uniformi CIV.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, isegwi li fid-dawl tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 1371/2007, il-kumpens lill-passiġġieri ferrovjarji skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament, ma għandux jipprekludihom milli jressqu azzjonijiet għal kumpens skont l-Artikolu 32(1) tal-imsemmija Regoli Uniformi jew, b’applikazzjoni skont l-Artikolu 32(3) ta’ dawn ir-regoli uniformi, abbażi tad-dritt nazzjonali applikabbli.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni hija kompatibbli mar-rapport ta’ spjegazzjoni marbut mar-Regoli Uniformi li jikkonċernaw il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta’ Passiġġieri bil-Ferrovija (CIV), li jirriżulta fid-dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Rapport tal-Uffiċċju Ċentrali dwar ir-Reviżjoni tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport bil-Ferrovija (COTIF) tad-<DATE ISO="19800509">9 ta’ Mejju 1980</DATE> u Rapporti ta’ Spjegazzjoni dwar it-testi adottati mill-Ħames Assemblea Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, tal-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE> li fi kliemhom: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>[id‑]dewmien fit-traffiku tal-passiġġieri jirrappreżenta każ tipiku ta’ implementazzjoni żbaljata tal-kuntratt ta’ ġarr [f’]bosta sistemi ġuridiċi, [...] jiġġustifika remunerazzjoni mnaqqsa, jiġifieri [f’dan il-każ] tnaqqis fil-prezz tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-raġunijiet għal eżenzjoni mir-responsabbiltà tat-trasportatur previsti fl-Artikolu 32(2) tar-Regoli Uniformi CIV ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala applikabbli fil-kuntest tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mix-xogħlijiet preparatorji tar-Regolament Nru 1371/2007, li minnhom jirriżulta li, jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni għażel li jallinja d-dispożizzjonijiet relatati mar-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji fil-każ ta’ dewmien, konnessjonijiet mitlufa u kanċellazzjonijiet fil-kapitoli korrispondenti mar-Regoli Uniformi CIV, minbarra dan, il-leġiżlatur ikkunsidra neċessarju li f’dan ir-regolament jipprovdi dispożizzjonijiet partikolari li jirregolaw ir-rimbors u tibdil tar-rotta, il-kumpens relatat mal-prezz tal-biljett u l-obbligu li tiġi pprovduta assistenza għall-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, hekk kif juri r-rifjut min-naħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal emenda, adottata mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari u intiża li tiċċara li l-Artikolu 32(2) tal-imsemmija Regoli Uniformi japplika wkoll għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament Nru 1371/2007, il-leġiżlatur tal-Unjoni intenzjonalment irrifjuta li jipprovdi li l-impriżi ferrovjarji jkunu eżentati mill-obbligu tagħhom li jagħtu kumpens marbut mal-prezz tal-biljett minħabba dewmien, fiċ-ċirkustanzi koperti fl-imsemmi Artikolu 32(2).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-leġiżlatur tal-Unjoni kkunsidra li l-obbligu ta’ kumpens marbut mal-prezz imħallas inkambju ta’ servizz ta’ trasport li ma twettaqx skont il-kuntratt ta’ trasport, jaqa’ fuq it-trasportatur ferrovjarju, inkluż meta d-dewmien huwa dovut għal waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 32(2) tar-Regoli Uniformi CIV.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-raġunijiet ta’ esklużjoni mir-responsabbiltà tat-trasportatur previsti bir-Regolamenti Nri 261/2004, 1177/2010 u 181/2011, li rispettivament jirrelataw mat-trasport tal-passiġġieri b’ajruplan, b’dgħajsa kif ukoll b’xarabank u b’kowċ, jistgħux jiġu applikati b’analoġija għat-trasport ferrovjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li s-sitwazzjoni tal-impriżi li joperaw fil-qasam tal-attività ta’ diversi mezzi ta’ trasport ma hijiex paragunabbli fejn, fid-dawl tal-metodi ta’ operar tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ aċċessibbiltà tagħhom u tat-tqassim tan-netwerks tagħhom, dawn id-diversi mezzi ta’ trasport ma humiex interkambjabbli fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu d-dritt jistabbilixxi regoli li jipprovdu protezzjoni lil konsumatur b’livelli li jvarjaw skont is-settur tat-trasport ikkonċernat (sentenza tal-<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, McDonagh, C‑12/11, punti 56 u 57).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-raġunijiet għal eżenzjoni previsti bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-mezzi l-oħra tat-trasport ma jistgħux jiġu applikati b’analoġija għat-trasport ferrovjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Bl-istess mod, ma jistax jiġi aċċettat l-argument li l-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni dwar il-forza maġġuri għandu jkun applikabbli f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bil-konsegwenza li trasportatur ferrovjarju jkollu dritt li jirrifjuta li jħallas lill-passiġġieri kkonċernati kumpens marbut mal-prezz tal-biljett minħabba dewmien ikkawżat minn forza maġġuri.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, la l-forza maġġuri u l-ebda ċirkustanza ekwivalenti ma jissemmew fl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007, u lanqas fi kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan tal-aħħar rilevanti għall-finijiet ta’ interpretazzjoni ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, interpretazzjoni differenti tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007 jkollha effett li tikkontesta l-għan ewlieni ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji intiż minn dan ir-regolament u mfakkar fil-premessi 1 sa 3 tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li impriża ferrovjarja ma għandhiex dritt illi tinkludi fil-kundizzjonijiet ġenerali tat-trasport tagħha klawżola illi biha tiġi eżentata mill-obbligu tagħha li tagħti kumpens marbut mal-prezz tal-biljett minħabba dewmien, meta d-dewmien iseħħ minħabba każ ta’ forza maġġuri jew xi waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 32(2) tar-Regoli Uniformi CIV.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament Nru 1371/2007 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-korp nazzjonali inkarigat bl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament jistax, fl-assenza ta’ dispożizzjoni nazzjonali għal dan l-iskop, jimponi fuq impriża ferrovjarja, li l-kundizzjonijiet għal kumpens għar-rimbors tal-prezz tal-biljett tagħha ma jikkorrispondux mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament, il-kontenut speċifiku ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-imsemmija qorti tar-rinviju tikkunsidra, li l-Artikolu 78b(2) tal-liġi dwar il-ferroviji, li taħtha l-Kommission hija obbligata li tiddikjara invalidi l-kundizzjonijiet għal kumpens bħala li ma humiex konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007, ma jiggarantixxix li jiġu żgurati d-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji fil-każijiet kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>B’mod partikolari, id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-klawżoli kkonċernati, sa fejn din ma tkunx sussegwentement emendata sabiex dawn il-klawżoli jkunu konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1371/2007, ma tiggarantixxix li jiġi żgurat li l-passiġġieri ferrovjarji jibbenefikaw minn kundizzjonijiet għal kumpens previsti b’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju għandha essenzjalment tinftiehem sabiex jiġi deċiż jekk, fid-dawl tas-setgħat limitati illi hija għandha taħt id-dritt Awstrijak, il-Kommission għandhiex dritt li tinvoka direttament l-Artikolu 30(1) tar-Regolament Nru 1371/2007 sabiex tadotta miżuri intiżi li jiggarantixxu d-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li kemm minħabba n-natura tagħhom kif ukoll il-funzjoni tagħhom fis-sistema tas-sorsi tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ regolament għandhom, bħala regola ġenerali, effett immedjat fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali mingħajr ma jkun meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jadottaw miżuri ta’ applikazzjoni (sentenza tat-<DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, SGS Belgium <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-367/09" PAGE.ECR="I-10761" YEAR="2010">C-367/09, Ġabra p. I-10761</REF.DOC.ECR>, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ regolament jistgħu jeħtieġu, sabiex jiġu implementati, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ applikazzjoni min-naħa tal-Istati Membri (ara s-sentenza SGS Belgium, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Artikolu 30(1) tar-Regolament Nru 1371/2007 jipprovdi li l-korp nazzjonali inkarigat bl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri huma rrispettati.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-miżuri konkreti li dan il-korp għandu jadotta ma ġewx iddefiniti mil-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament Nru 1371/2007, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-responsabbiltajiet tal-imsemmi korp.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li għall-implementazzjoni tiegħu, l-Artikolu 30(1) tar-Regolament Nru 1371/2007 jeħtieġ l-adozzjoni mill-Istati Membri ta’ miżuri ta’ implementazzjoni intiżi sabiex jiddefinixxu s-setgħat li għandu l-korp ta’ sorveljanza nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għalhekk, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kommission, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament Nru 1371/2007 ma jistax jiġi interpretat li jikkostitwixxi bażi ġuridika li tawtorizza lill-organi nazzjonali li jimponu fuq l-impriżi ferrovjarji l-kontenut speċifiku tal-klawżoli kuntrattwali tagħhom relatati mal-kundizzjonijiet għal kumpens.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Jirriżulta, b’konformità mal-Artikolu 4(3) TUE, li huwa l-obbligu tal-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri, inklużi, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħhom, l-awtoritajiet ġudizzjarji li jadottaw miżuri xierqa sabiex jiżguraw l-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament Nru 1371/2007. Sabiex jiġi ggarantit l-effett sħiħ ta’ dan tal-aħħar u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet li jingħataw lill-individwi, l-imsemmija awtoritajiet huma meħtieġa li jinterpretaw u japplikaw il-liġi nazzjonali, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tat-test kif ukoll tal-iskop tal-imsemmi regolament sabiex jintlaħaq ir-riżultat intiż minn dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fil-premessi 1 sa 3 tar-Regolament Nru 1371/2007, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt Awstrijak, inklużi dawk li jirregolaw is-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ksur ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu interpretati u applikati b’konformità mal-ħtieġa għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri ferrovjarji, b’mod illi dawn id-drittijiet mogħtija lilhom ikunu ggarantiti.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1), tar-Regolament Nru 1371/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-korp nazzjonali inkarigat bl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament jista’, fl-assenza ta’ dispożizzjoni nazzjonali għal dan l-iskop, jimponi fuq impriża ferrovjarja, li l-kundizzjonijiet għal kumpens tal-prezz tal-biljett tagħha ma jikkorrispondux mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17 tal-imsemmi regolament, il-kontenut speċifiku ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20071023">23 ta’ Ottubru 2007</DATE> dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-korp nazzjonali inkarigat bl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament jista’, fl-assenza ta’ dispożizzjoni nazzjonali għal dan l-iskop, jimponi fuq impriża ferrovjarja, li l-kundizzjonijiet għal kumpens tal-prezz tal-biljett tagħha ma jikkorrispondux mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17 tal-imsemmi regolament, il-kontenut speċifiku ta’ dawn tal-aħħar.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="13"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li impriża ferrovjarja ma għandhiex dritt illi tinkludi fil-kundizzjonijiet ġenerali tat-trasport tagħha klawżola illi biha tiġi eżentata mill-obbligu tagħha li tagħti kumpens marbut mal-prezz tal-biljett minħabba dewmien, meta d-dewmien iseħħ minħabba każ ta’ forza maġġuri jew xi waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 32(2) tar-Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta’ Passiġġieri u Bagalji bil-Ferrovija tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-<DATE ISO="19800509">9 ta’ Mejju 1980</DATE>, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tat- <DATE ISO="19990603">3 ta’ Ġunju 1999</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>