02026R1925 — MT — 07.08.2026 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1925

tas-6 ta’ Awwissu 2026

li jibda investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/357 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa (OMF) tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ OMF ikkonsenjati mill-Kosovo ( *1 ), mill-Moldova, mill-Maċedonja ta’ Fuq u mis-Serbja, sew jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Kosovo, mill-Moldova, mill-Maċedonja ta’ Fuq u mis-Serbja u sew jekk le, u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni

(ĠU L 1925 7.8.2026, p. 1)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 90726, 4.9.2026, p.  1 ((UE) 2026/19252026/1925)




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1925

tas-6 ta’ Awwissu 2026

li jibda investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/357 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa (OMF) tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ OMF ikkonsenjati mill-Kosovo ( *3 ), mill-Moldova, mill-Maċedonja ta’ Fuq u mis-Serbja, sew jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Kosovo, mill-Moldova, mill-Maċedonja ta’ Fuq u mis-Serbja u sew jekk le, u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni



Artikolu 1

▼C1

Qed tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b’daqs taċ-ċellula ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, li bħalissa huma kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 63 00 , ex 7019 64 00 , ex 7019 65 00 , ex 7019 66 00 u ex 7019 69 90 u kkonsenjati mill-Kosovo, mill-Moldova, mill-Maċedonja ta’ Fuq u mis-Serbja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kosovo, mill-Moldova, mill-Maċedonja ta’ Fuq u mis-Serbja kif ukoll jekk le, (il-kodiċijiet TARIC 7019 63 00 16 , 7019 63 00 17 , 7019 63 00 18 , 7019 63 00 21 , 7019 64 00 16 , 7019 64 00 17 , 7019 64 00 18 , 7019 64 00 21 , 7019 65 00 16 , 7019 65 00 17 , 7019 65 00 22 , 7019 65 00 23 , 7019 66 00 16 , 7019 66 00 17 , 7019 66 00 22 , 7019 66 00 23 , 7019 69 90 16 , 7019 69 90 17 , 7019 69 90 18 , 7019 69 90 21 ) humiex qed jevitaw il-miżuri imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/357.

▼B

Artikolu 2

1.  
L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
2.  
Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.  
Il-partijiet interessati jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2.  
Biex ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati waqt l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju, talbiet għal eżenzjonijiet, jew kwalunkwe informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
3.  
Il-partijiet interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum. Għal seduti ta’ smigħ li jikkonċernaw il-fażi tal-bidu tal-investigazzjoni t-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( *1 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

( *2 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

( *3 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.