2011D0344 — MT — 03.12.2013 — 009.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Mejju 2011 dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall (ĠU L 159, 17.6.2011, p.88) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tat-2 ta’ Settembru 2011 |
L 240 |
8 |
16.9.2011 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Ottubru 2011 |
L 269 |
32 |
14.10.2011 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Diċembru 2011 |
L 46 |
40 |
17.2.2012 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tad-29 ta’ Marzu 2012 |
L 115 |
21 |
27.4.2012 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tal-10 ta’ Lulju 2012 |
L 192 |
12 |
20.7.2012 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tad-9 ta’ Ottubru 2012 |
L 295 |
14 |
25.10.2012 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Diċembru 2012 |
L 26 |
30 |
26.1.2013 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tal-21 ta' Ġunju 2013 |
L 175 |
47 |
27.6.2013 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Novembru 2013 |
L 322 |
31 |
3.12.2013 |
|
Ikkoreġut b'
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Mejju 2011
dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
(2011/344/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu.
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:|
(1) |
Il-Portugall dan l-aħħar kien taħt pressjoni dejjem akbar fir-rigward tas-swieq finanzjarji, u dan ħoloq tħassib dejjem jiżdied dwar is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi tiegħu. Tabilħaqq, il-kriżi attwalikellha impatt drammatiku wkoll fuq il-finanzi pubbliċi, li finalment wasslet għal żieda kbira fil-firxiet tad-dejn sovran. Fost tnaqqis konsekuttiv fil-klassifikazzjoni ta’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu tal-bonds Portugiżi, il-pajjiż ma baqax f’pożizzjoni li jiffinanzja lilu nnifsu mill-ġdid b’rati kompatibbli ma’ sostenibbiltà fiskali fuq perijodu ta’ żmien twil. Fl-istess waqt, is-settur bankarju, li jiddependi ħafna mill-finanzjament estern, partikolarment fiż-żona euro, ġie maqtugħ dejjem aktar mill-finanzjament tas-swieq. |
|
(2) |
Fid-dawl ta’ dan it-taqlib ekonomiku u finanzjarju gravi kkawżat minn ċirkostanzi eċċezzjonali lilhinn mill-kontroll tal-gvern, il-Portugall talab uffiċjalment assistenza finanzjarja mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro u l-Fond Monetarju Internazzjonali (“FMI”) fis-7 ta’ April 2011 bil-għan li jiġi appoġġat programm ta’ politika li jerġa’ jistabbilixxi l-fiduċja u li jippermetti li l-ekonomija terġa’ lura fit-triq li twassal għal tkabbir sostenibbli, u li tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja fil-Portugall, iż-żona euro u l-Unjoni. Fit-3 ta’ Mejju 2011, intlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-missjoni konġunta tal-Kummissjoni/FMI/BĊE fir-rigward ta’ programm komprensiv ta’ politika fuq tliet snin għall-perijodu sa nofs l-2014, sabiex jiġi stipulat f’Memorandum ta’ Politika Ekonomika u Finanzjarja (“MPEF”) u Memorandum ta’ Qbil dwar Kundizzjonalità ta’ Politika Ekonomika Speċifika (“MtQ”). Dan il-progrmm ta’ politika kien appoġġat mill-akbar żewġ partiti fl-oppożizzjoni. |
|
(3) |
Dan l-abbozz tal-programm ta’ aġġustament ekonomiku u finanzjarju (“il-Programm”) ippreżentat mill-Portugall lill-Kummissjoni u lill-Kunsill għandu l-għan li jerġa’ jistabbilixxi l-fiduċja fis-settur tad-dejn sovran u f’dak bankarju u li jappoġġa t-tkabbir u l-impjiegi. Jipprevedi azzjoni komprensiva li tindirizza tliet kwistjonijiet. L-ewwel nett, riformi strutturali profondi u bi frontloading li jippermettu żieda fit-tkabbir potenzjali, li joħolqu l-impjiegi, u li jtejbu l-kompetittività (inkluż permezz ta’ devalwazzjoni fiskali). B’mod partikolari, il-Programm fih riformi tas-suq tax-xogħol, tas-sistema ġudizzjarja, tal-industriji tan-netwerks, u tas-setturi tad-djar u tas-servizzi, bil-għan li jissaħħaħ il-potenzjal għat-tkabbir tal-ekonomija, titjieb il-kompetittività u jiġi ffaċilitat l-aġġustament ekonomiku. It-tieni, strateġija ta’ konsolidazzjoni fiskali bbilanċjata u kredibbli, appoġġata minn miżuri fiskali strateġiċi u kontroll fiskali aħjar ta’ Sħubiji Pubbliċi Privati (“SPP”) u Impriżi tal-Istat (State-Owned Enterprises, “SOEs”), bil-għan li l-proporzjon ta’ dejn pubbliku gross mal-PDG jaqbad triq tan-niżla soda fuq perijodu ta’ żmien medju. L-awtoritajiet jimpenjaw ruħhom li jnaqqsu d-defiċit għal 3 % tal-PDG sal-2013. It-tielet, strateġija għas-settur finanzjarju bbażata fuq ir-rikapitalizzazzjoni u d-diżingranaġġ, bi sforzi biex is-settur finanzjarju jiġi ssalvagwardjat kontra d-diżingranaġġ diżordinat permezz ta’ mekkaniżmi bbażati fuq is-suq b’faċilitajiet ta’ riżerva. |
|
(4) |
Skont it-tbassir attwali tal-Kummissjoni għat-tkabbir nominali tal-PDG (-1,2 % fl-2011, -0,5 % fl-2012, 2,5 % fl-2013 u 3,9 % fl-2014), il-miri fiskali huma konsistenti ma’ triq li twassal għal proporzjon ta’ dejn mal-PDG ta’ 101,7 % fl-2011, 107,4 % fl-2012, 108,6 % fl-2013 u 107,6 % fl-2014. Il-proporzjon tad-dejn mal-PDG ikun għalhekk stabbilizzat fl-2013 u, minn hemm ‘il quddiem, jaqbad nieżel, dejjem jekk ikun hemm progress ulterjuri fit-tnaqqsis tad-defiċit. Id-dinamika tad-dejn hija affettwata minn diversi operazzjonijiet miżmuma barra mill-baġit, u jitbassar li dawn iżidu l-proporzjon tad-dejn mal-PDG b’1¾ punti perċentwali (“pps”) tal-PDG fl-2011 u b’¾ pps fis-sena bejn l-2012 u l-2014. Dawn jinkludu akkwiżizzjonijiet imdaqqsa ta’ assi finanzjarji, b’mod partikolari għar-rikapitalizzazzjoni ta’ banek u l-finanzjament possibbli tal-SOEs li jammontaw għal ½% tal-PDG fis-sena bejn l-2011 u l-2014. Min-naħa l-oħra, ir-rikavati mill-privatizzazzjoni li jammontaw għal madwar 3 % tal-PDG sas-sena 2013 ser jappoġġaw l-isforzi tat-tnaqqis tad-dejn. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, flimkien mal-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) u flimkien mal-FMI, hija li l-Portugall jeħtieġ finanzjament li jammonta għal EUR 78 biljun (78 000 miljun) tul il-perijodu minn Ġunju 2011 sa nofs 2014. Minkejja l-aġġustament fiskali sinifikanti, id-diskrepanza fil-finanzjament għad-dejn sovran jista’ jammonta għal EUR 63 biljun tul il-perijodu tal-Programm. Dan jippresupponi li ma jkunx hemm aċċess għas-suq tad-dejn fuq perijodu ta’ żmien medju u twil sal-ewwel nofs tal-2013. Wieħed jassumi li l-Portugall ser ikun jista’ jittrasferixxi parti mill-istokk eżistenti tiegħu ta’ dejn fuq perijodu ta’ żmien qasir, filwaqt li l-programm jipprovdi wkoll bafer ta’ finanzjamant f’każ ta’ devjazzjonijiet mhux mistennija mix-xenarju bażiku ta’ finanzjament tal-Kummissjoni. Il-Portugall huwa mħeġġeġ biex iżomm u jaġġusta l-operazzjonijiet tas-suq finanzjarju, waqt li jfittex li jiżviluppa l-aċċess għas-suq u l-kunfidenza. L-istrateġija tas-settur finanzjarju li tinsab fil-programm biex terġa’ tiġi stabbilita l-fiduċja fis-sistema bankarja Portugiża fuq bażi sostenibbli tesiġi li l-gruppi bankarji jkollhom il-proporzjon tal-kapital ewlieni tal-livell wieħed (core tier 1) tagħhom ekwivalenti għal 9 % sal-aħħar tal-2011 u għal 10 % sal-aħħar tal-2012 u li jibqgħu hekk wara dan. Il-programm fih skema ta’ appoġġ bankarju sa massimu ta’ EUR 12-il biljun biex jiġi pprovdut il-kapital meħtieġ f’każ li ma jkunux jistgħu jinstabu soluzzjonijiet tas-suq. Madankollu, il-ħtiġijiet reali tal-finanzjament jistgħu jkunu sostanzjalment inqas, b’mod partikolari jekk il-kondizzjonijiet tas-suq jitjiebu b’mod sinifikanti u ma jseħħ l-ebda telf bankarju gravi mhux mistenni matul il-perijodu tal-Programm. |
|
(6) |
Il-Programm ikun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet minn sorsi esterni. L-assistenza tal-Unjoni lill-Portugall tilħaq massimu ta’ EUR 52 biljun skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (“EFSM”) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 407/2010 u minn kontribuzzjonijiet mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja. Barra minn hekk, il-Portugall talab self ta’ SDR 23,742 biljun (ekwivalenti għal EUR 26 biljun bir-rata tal-kambju tal-5 ta’ Mejju 2011) mill-FMI skont Faċilità ta’ Fond Estiża. L-appoġġ mill-EFSM jeħtieġ li jiġi pprovdut skont termini u kondizzjonijiet simili għal dawk tal-FMI. L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun amministrata mill-Kummissjoni. |
|
(7) |
Il-Kunsill għandu jirrevedi, fuq bażi regolari, il-politika ekonomika implimentata mill-Portugall. |
|
(8) |
Il-kondizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika miftiehma mal-Portugall għandha tiġi stipulata f’Memorandum ta’ Qbil dwar Kondizzjonalità tal-Politika Ekonomika Speċifika (il-“Memorandum ta’ Qbil”). It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar Faċilità ta’ Self. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni, flimkien mal-BĊE, għandha tivverifika f’intervalli regolari li l-kondizzjonijijet ta’ politika ekonomika marbuta mal-assistenza jiġu sodisfatti, permezz ta’ missjonijiet u rappurtar regolari mill-awtoritajiet Portugiżi. |
|
(10) |
Tul l-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandha tipprovdi konsulenza politika u assistenza teknika addizzjonali f’oqsma speċifiċi. |
|
(11) |
L-operazzjonijiet li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tgħin fil-finanzjament tagħhom għandhom ikunu kompatibbli mal-politika tal-Unjoni u konformi mal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Interventi b’appoġġ għall-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jitwettqu skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. |
|
(12) |
L-assistenza għandha tiġi pprovduta bil-għan li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni effikaċi tal-Programm, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Unjoni għandha tagħmel disponibbli lill-Portugall self li jammonta għal massimu ta’ EUR 26 biljun, b’maturità medja massima ta’ 19,5 snin. Kull wieħed mill-ħlasijiet individwali tal-faċilità ta’ self jista’ jkollu maturità ta’ mhux aktar minn 30 sena.
2. L-assistenza finanzjarja għandha tkun disponibbli għal tliet snin li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
3. L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Portugall f’massimu ta’ 14-il ħlas parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’porzjon wieħed jew iktar. Il-maturitajiet tal-porzjonijiet taħt l-ewwel u t-tieni ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ porzjonijiet oħra għandhom jiġu ffissati sabiex il-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tinkiseb ladarba l-porzjonijiet kollha jkunu ngħataw.
4. L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self u l-Memorandum ta’ Qbil. Kwalunkwe rilaxx ta’ self sussegwenti għandu jkun taħt kondizzjoni ta’ analiżi favorevoli mill-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-BĊE, rigward il-konformità tal-Portugall mal-kondizzjonijiet ġenerali tal-politika ekonomika kif definit b’din id-Deċiżjoni u l-Memorandum ta’ Qbil.
5. Għal kull ħlas individwali, il-Portugall għandu jħallas l-ispiża tal-finanzjament tal-Unjoni.
6. Barra minn hekk, l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 407/2010 għandhom jitħallsu mill-Portugall.
7. Jekk ikun meħtieġ sabiex jiġi ffinanzjat is-self, l-użu prudenti ta’ swaps tar-rata tal-imgħax ma’ kontropartijiet tal-ogħla kwalità ta’ kreditu u teħid bil-quddiem ta’ self għandhom ikunu permessi.
8. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx ta’ ħlasijiet parzjali ulterjuri. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs tal-partijiet.
9. Fuq talba tal-Portugall, il-Kummissjoni tista’ ttawwal il-maturità ta’ pagament akkont jew parti, sakemm il-maturità medja massima kif stabbilita fil-paragrafu 1 tkun rispettata. Il-Kummissjoni tista’ tirrifinanzja s-self kollu tagħha jew parti minnu għal dik il-fini. Kull ammont misluf mill-Kummissjoni bil-quddiem jinżamm f’kont mal-BĊE li l-Kummissjoni fetħet għall-amministrazzjoni tal-assistenza finanzjarja.
Artikolu 2
1. L-assistenza għandha tkun amministrata mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mal-impenji tal-Portugall.
2. Il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-BĊE, għandha taqbel mal-awtoritajiet Portugiżi dwar il-kondizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika marbutin mal-assistenza finanzjarja kif stabbilit fl-Artikolu 3. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jiġu stipulati f’Memorandum ta’ Qbil li għandu jiġi ffirmat mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet Portugiżi konsistenti mal-impenji msemmija fil-paragrafu 1. It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar Faċilità ta’ Self li għandu jiġi konkluż mal-Kummissjoni.
3. Il-Kummissjoni, flimkien mal-BĊE, għandha tivverifika f’intervalli regolari (tal-inqas kull tliet xhur) li l-kondizzjonijiet tal-politika ekonomika marbutin mal-assistenza jiġu sodisfatti, u tirrapporta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju qabel l-iżborż ta’ kull ħlas parzjali. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Portugiżi għandhom jikkooperaw b’mod sħiħ mal-Kummissjoni u l-BĊE, u għandhom jagħmlulhom disponibbli kull tagħtrif meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju mgħarraf dwar il-possibbiltà ta’ rifinanzjament tat-teħid ta’ self, jew ta’ tibdil fil-kondizzjonijiet finanzjarji.
4. Il-Portugall għandu jadotta u jimplimenta miżuri addizzjonali ta’ konsolidazzjoni biex jiżgura l-istabbiltà makro-finanzjarja, f’każ li dawn il-miżuri jkunu meħtieġa matul il-programm ta’ assistenza. L-awtoritajiet Portugiżi għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni u lill-BĊE minn qabel jekk jadottaw xi miżura addizzjonali bħal dawn.
Artikolu 3
1. L-abbozz tal-programm ta’ aġġustament ekonomiku u finanzjarju (“il-Programm”) imħejji mill-awtoritajiet Portugiżi huwa b’dan approvat.
2. L-iżborż ta’ kull ħlas parzjali wara l-ewwel wieħed għandu jsir abbażi ta’ implimentazzjoni sodisfaċenti tal-Programm u, partikolarment, il-kondizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika stipulati fil-Memorandum ta’ Qbil. Dawn għandhom jinkludu, inter alia, il-miżuri previsti fil-paragrafi 4 sa 8 ta’ dan l-Artikolu.
3. Id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ma għandux jaqbeż il-5,9 % tal-PDG fl-2011, 5,0 % tal-PDG fl-2012, 5,5 % tal-PDG fl-2013 u 4 % tal-PDG fl-2014. Għall-kalkolu ta’ dan id-defiċit, ma għandhomx jiġu kkunsidrati l-ispejjeż baġitarji possibbli tal-miżuri ta’ appoġġ tal-banek fil-kuntest tal-istrateġija tas-settur finanzjarju tal-Gvern. Il-konsolidazzjoni baġitarja għandha tintlaħaq permezz ta’ miżuri permanenti ta’ kwalità għolja u bil-minimizzazzjoni tal-impatt tal-konsolidazzjoni fuq gruppi vulnerabbli.
4. Il-Portugall għandu jadotta l-miżuri speċifikati fil-paragrafi 5 sa 8 qabel tmiem is-sena indikata, u d-dati ta’ skadenza preċiżi għas-snin 2011-2014 għandhom ikunu speċifikati fil-Memorandum ta’ Qbil. Il-Portugall għandu jkun lest li jieħu miżuri addizzjonali ta’ konsolidazzjoni biex jintlaħqu l-miri tad-defiċit matul il-perijodu tal-programm.
5. Il-Portugall għandu jadotta l-miżuri li ġejjin qabel tmiem l-2011, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet fil-Memorandum ta’ Qbil:
(a) Il-mira tad-defiċit fiskali għall-2011 għandha tiġi milħuqa permezz ta’ miżura eċċezzjonali. L-assi ottenuti b’riżultat tat-trasferiment tal-fondi tal-pensjonijiet tal-banek għas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat ma għandhomx jintużaw fi kwalunkwe mod li jkun detrimentali għas-sostenibbiltà fuq terminu ta’ żmien twil tal-finanzi pubbliċi Portugiżi.
(b) Il-Portugall għandu jadotta miżuri sabiex isaħħaħ il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. Il-Portugall għandu jimplimenta l-miżuri mogħtija fil-Liġi Qafas Baġitarja l-ġdida, inkluż l-istabbilment ta’ qafas baġitarju ta’ terminu medju u l-istabbilment ta’ Kunsill Fiskali indipendenti. Il-qafas baġitarju fil-livelli lokali u reġjonali għandu jissaħħaħ b’mod konsiderevoli, b’mod partikolari billi jipproponi l-għażliet ewlenin għall-allinjament tal-liġijiet finanzjarji rispettivi mar-rekwiżiti tal-Liġi Qafas Baġitarja. Il-Portugall għandu jżid ir-rapportar u l-monitoraġġ tal-finanzi pubbliċi u jirrinforza r-regoli u l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni baġitarja. Il-Gvern Portugiż għandu jħejji strateġija għall-validazzjoni u s-saldu ta’ arretrati li se tippreżenta mappa direzzjonali li tistabbilixxi kif u meta se jiġu stabilizzati l-istokkijiet ta’ arretrati u tesplora għażliet varji għas-saldu ta’ arretrati. Rigward is-Sħubiji Pubbliċi-Privati (“PPPs”), il-Gvern Portugiż m’għandux jidħol f’PPPs ġodda qabel ma jiġu disponibbli r-riżultati tal-istudji dwar PPPs eżistenti mbassra fil-Programm u r-riformi legali u istituzzjonali proposti.
(c) Il-Portugall għandu jkompli jsaħħaħ il-funzjonament tas-suq tax-xogħol, b’mod partikolari billi jieħu miżuri li jirriformaw il-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tal-impjieg, l-issettjar tal-pagi u l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol.
(d) Fis-settur tal-enerġija, il-Portugall għandu jieħu miżuri biex jiffaċilita d-dħul, jippromwovi l-istabbiliment tas-suq tal-gass Iberjan u jirrevedi l-appoġġ u l-iskemi ta’ kumpens għall-produzzjoni tal-elettriku. Għal industriji oħra tan-netwerk, b’mod partikolari t-trasport, is-servizzi ta’ telekomunikazzjoni u tal-posta, il-Portugall għandu jadotta miżuri addizzjonali biex jippromwovi l-kompetizzjoni u l-flessibilità.
(e) Il-Portugall għandu jkompli jiftaħ l-ekonomija għall-kompetizzjoni. Il-Gvern Portugiż għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-Istat Portugiż jew kwalunkwe korp pubbliku ieħor ma jikkonkludix, f’kapaċità ta’ azzjonist, ftehimiet li jistgħu jxekklu l-moviment ħieles ta’ kapital jew li jistgħu jinfluwenzaw il-kontroll amministrattiv ta’ kumpaniji. Il-Liġi ta’ Privatizzazzjoni l-ġdida għandha tirrispetta wkoll il-prinċipji ta’ moviment ħieles ta’ kapital u ma tagħti jew tippermetti l-ebda drittijiet speċjali lill-Istat. Għandha ssir reviżjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni bil-għan li jitjiebu l-veloċità u l-effettività tal-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni.
(f) Il-Portugall għandu jtejjeb il-prattiki u r-regoli għall-akkwist pubbliku sabiex jikkontribwixxi għal ambjent kummerċjali aktar kompetittiv u għal infiq pubbliku aktar effiċjenti.
(g) Il-Portugall għandu jadotta miżuri biex itejjeb l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-SOEs fil-livell ċentrali, reġjonali u lokali. Il-Portugall għandu jipprepara dokument komprensiv ta’ strateġija tal-SOEs li janalizza l-istruttura tat-tariffi u l-provvista tas-servizz u pjan biex jissikka r-rekwiżiti tas-self mill-2012. Il-Portugall għandu jimplimenta l-pjanijiet kurrenti biex fl-SOEs tal-gvern ċentrali jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi b’mill-inqas 15 % bħala medja barra mis-settur tas-saħħa u jipprepara pjan ekwivalenti għall-SOEs tal-gvern reġjonali u lokali.
(h) Il-Portugall għandu jħejji arranġament finanzjarju mar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira (“RAM”) b’mod konsistenti mal-Programm. Sakemm jintlaħaq ftehim dwar dak l-arranġament u l-implimentazzjoni tiegħu fil-baġit RAM, il-Portugall għandu jagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-eżekuzzjoni tal-baġit tar-RAM, għandu jżomm it-trasferimenti mill-Istat lill-gvern tar-RAM sospiżi u ma għandu jonora l-ebda dejn jew garanziji kummerċjali jew finanzjarji ġodda mill-gvern tar-RAM u s-SOEs tiegħu li mhumiex approvati mill-Ministeru tal-Finanzi.
6. Il-Portugall għandu jadotta l-miżuri li ġejjin matul l-2012, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet fil-Memorandum ta’ Qbil:
(a) id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ma għandux jaqbeż il-5,0 % tal-PDG fl-2012. Il-Portugall għandu jkompli jissorvelja mill-qrib l-iżviluppi fiskali u jimplimenta aktar aġġustamenti ta' politika biex tintlaħaq il-mira tal-2012. Għal dan il-għan, il-Portugall għandu jiffriża xi approprjazzjonijiet baġitarji tal-2012 għal proġetti ta' investiment li għadhom ma bdewx; iżid it-taxxi tal-bolla fuq proprjetajiet ta’ valur għoli; iżid ir-rati tat-taxxa fuq l-introjtu mill-investimenti; jantiċipa wħud mill-miżuri baġitarji tal-2013 li jaffettwaw il-benefiċċji soċjali; jimplimenta miżuri addizzjonali li jiġġeneraw iffrankar fil-konsum intermedju u li jdaħħlu dħul ieħor sabiex tiġi żgurata l-mira tad-defiċit għall-2012.
(b) il-Portugall għandu jimmira li jnaqqas in-nefqa fl-2012 b'mill-inqas EUR 6,8 biljun, inkluż billi jnaqqas il-pagi u l-impjiegi fis-settur pubbliku; inaqqas il-pensjonijiet; iwettaq organizzazzjoni mill-ġdid komprensiva tal-amministrazzjoni ċentrali, jelimina l-ħela u ineffiċjenzi oħra; inaqqas it-trasferimenti lejn SOEs; jorganizza mill-ġdid u jnaqqas l-għadd ta’ muniċipalitajiet u parroċċi; inaqqas l-infieq fl-edukazzjoni u s-saħħa; inaqqas it-trasferimenti lejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali; u jnaqqas in-nefqa kapitali u infiq ieħor kif stabbilit fil-Programm;
(c) mil-lat tad-dħul, il-Portugall għandu jimplimenta miżuri ta’ dħul li jammontaw, mill-inqas, għal total ta’ EUR 3 biljun, inkluż billi jitwessgħu l-bażijiet tal-VAT permezz tat-tnaqqis tal-eżenzjonijiet u l-arranġament mill-ġdid tal-listi ta’ prodotti u servizzi soġġetti għal rati mnaqqsa, intermedji u ogħla; żieda fit-taxxi tas-sisa; twessigħ tal-bażijiet għat-taxxa korporattiva u dik fuq l-introjtu personali billi jonqsu t-tnaqqis fit-taxxi u r-reġimi speċjali; tiġi żgurata l-konverġenza tat-tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu personali applikata għal introjtu minn pensjonijiet u mix-xogħol; u tibdiliet fit-tassazzjoni tal-proprjetà billi l-eżenzjonijiet jitnaqqsu b’mod sostanzjali. Dawn il-miżuri għandhom jiġu kkomplementati minn azzjoni ta’ ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, frodi u informalità;
(d) il-Portugall għandu jkompli jadotta miżuri biex isaħħaħ l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. Il-Portugall għandu jimplimenta l-miżuri previsti fil-Liġi Qafas Baġitarja l-ġdida, inkluż it-twaqqif ta’ qafas baġitarju fuq terminu medju. L-oqfsa baġitarji lokali u reġjonali għandhom jissaħħu b’mod konsiderevoli, b’mod partikolari billi l-liġijiet finanzjarji rispettivi jiġu allinjati mar-rekwiżiti tal-Liġi Qafas Baġitarja. Il-Portugall għandu jżid ir-rapportar u l-monitoraġġ tal-finanzi pubbliċi u jsaħħaħ ir-regoli u l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni baġitarja. Il-Gvern Portugiż għandu japplika l-istrateġija għall-validazzjoni u s-saldu ta' arretrati u jħaffef l-implimentazzjoni tal-liġi ta' kontroll tal-impenji biex jiġi evitat il-ħolqien ta' arretrati ġodda. Il-Portugall għandu jimplimenta l-qafas legali u istituzzjonali l-ġdid tas-sħubijiet pubbliċi privati (PPPs). Ebda PPP ma għandha tiġi varata sakemm il-qafas il-ġdid ikun effettiv bis-sħiħ. Abbażi ta' studju mħejji minn ditta internazzjonali tal-awditjar, il-Portugall għandu jiżviluppa pjan strateġiku dettaljat, f'konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni applikabbli inkluża l-liġi dwar l-akkwist pubbliku, bil-għan li jikseb gwadanji fiskali sostanzjali, filwaqt li jimminimizza l-piż tad-dejn u jiżgura tnaqqis sostenibbli fl-obbligazzjonijiet tal-gvern. Il-Portugall għandu jadotta liġi li tirregola l-ħolqien u l-funzjonament tal-SOEs fil-livelli ċentrali, reġjonali u lokali;
(e) il-Portugall għandu japplika l-leġiżlazzjoni ġdida biex jorganizza mill-ġdid u jnaqqas konsiderevolment l-għadd ta' entitajiet tal-gvern lokali. Dawn il-bidliet għandhom jidħlu fis-seħħ sal-bidu taċ-ċiklu tal-elezzjonijiet lokali li jmiss. Barra minn hekk, il-Portugall għandu jsaħħaħ l-isforzi għar-razzjonalizzazzjoni tas-settur pubbliku billi jnaqqas l-entitajiet u jtejjeb il-kondiviżjoni tal-kompiti fil-livelli kollha tal-gvern;
(f) il-Portugall għandu jwettaq riforma aktar profonda tal-amministrazzjoni tad-dħul billi jirrinforza r-rabtiet bejn l-Autoridade Tributária e Aduaneira u l-unitajiet tal-ġbir tad-dħul tas-Sigurtà Soċjali, inaqqas l-għadd ta' uffiċċji muniċipali u jindirizza l-ostakli li jifdal fis-sistema tal-appell tat-taxxa;
(g) il-Portugall għandu jimplimenta l-arranġament finanzjarju mar-RAM.
(h) il-Portugall għandu jadotta miżuri biex itejjeb l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-SOEs fil-livell ċentrali, reġjonali u lokali. Il-Portugall għandu jesplora opzjonijiet sabiex jiġġestixxi l-piż kbir tad-dejn tal-SOEs, inkluż Parpública, u biex jiżgura kundizzjonijiet imtejba għal finanzjament mis-suq. Il-Portugall għandu jimmira li jilħaq bilanċ operazzjonali fil-livell tas-setturi sa tmiem l-2012;
(i) il-Portugall għandu jkompli jimplimenta l-programm ta' privatizzazzjoni. Il-bejgħ dirett ta' Caixa Seguros, il-fergħa tal-assigurazzjoni tal-Caixa Geral de Depòsitos (CGD), jinsab għaddej;
(j) il-Gvern Portugiż għandu jippreżenta abbozz ta’ leġiżlazzjoni lill-Parlament Portugiż sabiex jallinja l-pagamenti tat-terminazzjoni tal-impjieg mal-medja tal-Unjoni ta’ 8-12-il jum għal kull sena xogħol u sabiex joħloq fond ta’ kumpens għall-pagamenti tat-terminazzjoni tal-impjieg;
(k) il-Portugall għandu jippromwovi żviluppi fil-pagi li jkunu konsistenti mal-għanijiet ta’ trawwim tal-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib fil-kompetittività tal-kumpaniji bil-għan li jiġu kkoreġuti l-iżbilanċi makroekonomiċi. Matul il-perjodu tal-Programm, kwalunkwe żieda fil-pagi minimi għandha ssir biss jekk din tkun ġustifikata mill-iżviluppi ekonomiċi u tas-suq tax-xogħol. Għandhom jittieħdu miżuri biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet fl-iskemi ta’ negozjar tal-pagi attwali, inkluża leġiżlazzjoni li tiddefinixxi mill-ġdid il-kriterji u l-modalitajiet tal-estensjoni tal-ftehimiet kollettivi u biex jiġu faċilitati l-ftehimiet fil-livell tal-impriżi. Sadanittant, il-ftehimiet kollettivi ma għandhomx jiġu estiżi;
(l) il-Portugall għandu jkompli jtejjeb l-effettività ta’ politiki attivi tiegħu għas-suq tax-xogħol f'konformità mar-riżultati tar-rapport ta' valutazzjoni u tal-pjan ta' azzjoni biex jittejjeb il-funzjonament tas-servizzi tal-impjiegi pubbliċi;
(m) il-Portugall għandu jimplimenta l-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni tiegħu biex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni sekondarja u vokazzjonali u t-taħriġ;
(n) il-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja għandu jittejjeb billi jiġu implimentati l-miżuri proposti taħt il-Pjan Direzzjonali tar-Riforma Ġudizzjarja u bl-applikazzjoni ta’ miżuri mmirati biex progressivament jiġi eliminat ix-xogħol b’lura fil-qrati u biex jitrawmu soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim;
(o) il-Portugall għandu jkompli jiftaħ l-ekonomija tiegħu għall-kompetizzjoni. Il-Gvern Portuġiż għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li ma jinħolqux ostakli għall-moviment liberu tal-kapital permezz tal-azzjoni tiegħu u, b'mod partikolari, sabiex l-Istat Portugiż jew kwalunkwe entità pubblika ma jikkonkludux, bħala azzjonisti, ftehimiet li jistgħu jfixklu l-moviment liberu tal-kapital jew jinfluwenzaw il-kontroll tal-ġestjoni tal-kumpaniji. Il-funzjonament tas-servizzi professjonali għandu jitrawwem billi jitjieb il-qafas għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u billi jiġu eliminati restrizzjonijiet bla bżonn għall-professjonijiet regolati. Fir-rigward tal-attivitajiet ta' kostruzzjoni u dawk immobiljari, il-Portugall għandu jtaffi r-rekwiżiti għal fornituri transfruntieri filwaqt li janalizza l-ostakli għall-istabbiliment tal-fornituri tas-servizzi;
(p) għandhom jitjiebu l-qafas tal-kompetizzjoni u dak regolatorju. Il-Portugall għandu jsaħħaħ l-indipendenza, l-awtonomija u l-governanza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali prinċipali; jimplimenta l-Liġi dwar il-Kompetizzjoni bil-għan li jtejjeb il-veloċità u l-effettività tal-infurzar tar-regoli dwar il-kompetizzjoni; u jimmonitorja l-influss ta' każijiet ġodda u jirapporta dwar il-funzjonament tal-qorti speċjalizzata għall-kompetizzjoni, ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni;
(q) fis-settur tal-enerġija, il-Portugall għandu jieħu miżuri biex jiffaċilita d-dħul fis-suq u jippromwovi l-istabbiliment tas-suq tal-gass Iberjan u għandu jieħu passi ulterjuri lejn traspożizzjoni sħiħa tat-tielet Pakkett dwar l-Enerġija tal-UE. Biex jiġu żgurati l-indipendenza, l-awtonomija u s-setgħat tal-awtorità regolatorja nazzjonali previsti fit-Tielet Pakkett tal-UE dwar l-Enerġija, il-Portugall għandu jadotta l-bylaws ġodda tar-regolaturi, kif miftiehem f'Lulju 2012 mal-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI sat-tielet trimestru tal-2012, u għandu jiżgura li jkunu effettivi qabel l-aħħar tas-sena 2012 fil-ħin għal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-elettriku u l-gass. Il-Portugall għandu jieħu miżuri sabiex jirrevedi l-iskemi ta' appoġġ u ta' kumpens għall-produzzjoni tal-elettriku. Il-Portugall għandu jieħu miżuri sabiex inaqqas kirjiet eċċessivi u jelimina d-dejn tariffarju sal-2020, filwaqt li jiffoka fuq skemi ta' kumpens għall-garanzija tal-enerġija, ir-reġimi speċjali (tipi ta' enerġija rinnovvabli - esklużi dawk mgħotija permezz ta' mekkaniżmi tal-offerti - u koġenerazzjoni), kif ukoll ir-reġim ordinarju (“CMECs” u “CAEs”);
(r) f'industriji oħra tan-netwerk, b’mod partikolari s-servizzi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u l-posta, il-Portugall għandu jadotta miżuri addizzjonali biex jippromwovi l-kompetizzjoni u l-flessibilità;
(s) il-Portugall għandu jadotta għadd ta’ miżuri bl-għan li jżid l-effiċjenza tal-iskemi tal-liċenzji għall-ippjanar territorjali, liċenzji industrijali u kummerċjali u dawk għat-turiżmu. Barra minn hekk, il-Gvern Portugiż għandu janalizza u jħaffef l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-proġetti ta' investiment ppjanati li baqgħu ma ssolvewx jew ma ġewx deċiżi wara aktar minn 12-il xahar;
(t) il-Portugall għandu jipprepara pjan ta' azzjoni b'miżuri biex jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament u għas-swieq tal-esportazzjoni għall-kumpaniji, b'mod partikolari għall-SMEs.
7. Il-Portugall għandu jadotta l-miżuri li ġejjin matul l-2013, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet fil-Memorandum ta’ Qbil:
(a) Id-defiċit ġenerali tal-Gvern ma għandux jaqbeż il-5,5 % tal-PDG fl-2013. Għall-kalkolu ta’ dan id-defiċit, ma għandhomx jiġu kkunsidrati l-ispejjeż baġitarji possibbli tal-miżuri ta’ appoġġ tal-banek fil-kuntest tal-istrateġija tas-settur finanzjarju tal-Gvern. Il-miżuri ta’ konsolidazzjoni inklużi fil-baġit tal-2013 u l-baġit supplimentari għandhom jiġu implimentati bir-reqqa matul il-bqija tas-sena. Barra minn hekk, jekk jinqala’ aktar telf fl-eżekuzzjoni baġitarja, il-Gvern għandu jimplimenta miżuri korrettivi addizzjonali;
(b) Il-Portugall għandu jkompli jimplimenta l-programm ta’ privatizzazzjoni tiegħu;
(c) Il-Portugall għandu jlesti l-implimentazzjoni tal-istrateġija tas-servizzi kondiviżi fl-amministrazzjoni pubblika;
(d) Il-Portugall għandu jkompli r-riorganizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tan-netwerk tal-isptarijiet permezz tal-ispeċjalizzazzjoni, il-konċentrazzjoni u t-tnaqqis ta’ servizzi tal-isptar, il-ġestjoni konġunta u t-tħaddim konġunt tal-isptarijiet. Il-Portugall għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni fuq għadd ta’ snin għar-riorganizzazzjoni tal-isptarijiet;
(e) Wara l-adozzjoni tal-emendi għal-Liġi Nru 6/2006 dwar kirjiet urbani ġodda u d-digriet leġiżlattiv li jissimplifika l-proċedura amministrattiva għar-rinnovazzjoni, il-Portugall għandu jwettaq analiżi komprensiva tal-funzjonament tas-suq tad-djar;
(f) Il-Portugall għandu jiżviluppa sistema mifruxa mal-pajjiż kollu ta’ reġistrazzjoni tal-artijiet li tippermetti distribuzzjoni aktar ekwa tal-benefiċċji u l-ispejjeż fl-eżekuzzjoni tal-ippjanar urban;
(g) Filwaqt li jirrispetta s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tas-26 ta’ Settembru 2013, il-Portugall għandu joħloq u jimplimenta għażliet alternattivi ta’ riforma tas-suq tax-xogħol b’effetti simili għal dawk li kienu ddikjarati mhux kostituzzjonali f’dik is-sentenza;
(h) Il-Portugall għandu jippromwovi żviluppi fil-pagi li jkunu konsistenti mal-għanijiet ta’ trawwim tal-ħolqien tal-impjiegi u titjib fil-kompetittività tal-kumpaniji bil-għan li jiġu kkoreġuti l-iżbilanċi makroekonomiċi. Matul il-perjodu tal-Programm, kwalunkwe żieda fil-pagi minimi għandha ssir biss jekk din tkun ġustifikata mill-iżviluppi ekonomiċi u tas-suq tax-xogħol;
(i) Il-Portugall għandu jkompli jtejjeb l-effettività tal-politiki attivi tiegħu għas-suq tax-xogħol f’konformità mar-riżultati tar-rapport ta’ valutazzjoni u tal-pjan ta’ azzjoni biex jittejjeb il-funzjonament tas-servizzi tal-impjiegi pubbliċi;
(j) Il-Portugall għandu jkompli jimplimenta l-miżuri stabbiliti fil-pjanijiet ta’ azzjoni tiegħu biex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni sekondarja u vokazzjonali u t-taħriġ, b’mod partikolari l-Gvern għandu jippreżenta pjanijiet biex il-qafas ta’ finanzjament tal-iskejjel ikun aktar effettiv u l-iskejjel professjonali ta’ referenza għandhom ikunu stabbiliti;
(k) Il-Portugall għandu jlesti l-adozzjoni tal-emendi settorjali pendenti meħtieġa sabiex jimplimenta bis-sħiħ id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(l) Il-Gvern għandu jissottometti lill-Parlament Portugiż l-istatuti emendati tal-korpi professjonali;
(m) Il-Portugall għandu japprova l-emendi korrispondenti għal-liġijiet amministrattivi tal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali;
(n) Il-Portugall għandu jippubblika rapporti kull tliet xhur dwar ir-rati ta’ rkupru; it-tul ta’ żmien u l-ispejjeż għall-kawżi korporattivi ta’ insolvenza; it-tul ta’ żmien u l-ispejjeż għall-kawżi dwar it-taxxa u dwar ir-rata tal-ikklirjar tal-kawżi tal-qorti tal-infurzar;
(o) Il-Portugall għandu jtejjeb l-ambjent kummerċjali billi jlesti r-riformi pendenti dwar it-tnaqqis tal-piż amministrattiv il-proġetti ta’ Punt ta’ Kuntatt Uniku previsti fid-Direttiva 2006/123/KE u ta’ “Bla Ħtieġa ta’ Awtorizzazzjoni” operazzjonali b’mod sħiħ u billi jwettaq simplifikazzjoni ulterjuri ta’ proċeduri, regolamenti u piżijiet ammnistrattivi oħra eżistenti ta’ ħruġ ta’ liċenzji fl-ekonomija li huma ostaklu kbir għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi;
(p) Il-Portugall għandu jlesti r-riforma tas-sistema ta’ governanza tal-portijiet, inkluża r-reviżjoni totali tal-konċessjonijiet tal-operat portwali;
(q) Il-Portugall għandu jimplimenta l-miżuri li jtejbu l-funzjonament tas-setturi tal-posta u tat-telekomunikazzjoni;
(r) Il-Portugall għandu jimplimenta l-miżuri li jtejbu l-funzjonament tas-sistema tat-trasport;
(s) Il-Portugall għandu jimplimenta l-miżuri li jeliminaw id-dejn tariffarju tal-enerġija;
(t) Il-Portugall għandu jiżgura li l-qafas PPP legali u istituzzjonali l-ġdid huwa applikat u li l-kuntratti PPP tat-toroq ikomplu jiġu negozjati mill-ġdid bi qbil mal-pjan strateġiku ippreżentat mill-Gvern u mar-reviżjoni tal-qafas regolatorju, sabiex jinkisbu gwadanji fiskali sostanzjali, partikolarment fl-2013;
(u) Il-Portugall għandu jkompli jiffoka fuq miżuri biex jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u biex tissaħħaħ il-konformità tal-kontribwenti.
8. Il-Portugall għandu jadotta l-miżuri li ġejjin matul l-2014, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet fil-Memorandum ta’ Qbil:
(a) Id-defiċit ġenerali tal-Gvern ma għandux jaqbeż l-4 % tal-PDG fl-2014. Għall-kalkolu ta’ dan id-defiċit, ma għandhomx jiġu kkunsidrati l-ispejjeż baġitarji possibbli tal-miżuri ta’ appoġġ tal-banek fil-kuntest tal-istrateġija tas-settur finanzjarju tal-Gvern. Biex jintlaħaq dan l-objettiv il-Portugall għandu jwettaq miżuri ta’ konsolidazzjoni tal-valur ta’ 2,3 % tal-PDG, primarjament permezz tal-Liġi Baġitarja tal-2014. Il-miżuri għandhom ikunu prinċipalment ta’ natura permanenti u jxaqilbu lejn l-iffrankar mill-infiq;
(b) Il-pakkett ta’ konsolidazzjoni għandu jibni fuq il-miżuri li jnaqqsu l-infiq li kienu tħejjew fil-qafas tal-analiżi tal-infiq pubbliku (PER). B’mod globali, l-ammont ta’ dawn il-miżuri għandu jammonta għal 1,8 % tal-PDG fl-2014 u għandu jinkludi:
(i) limitazzjoni tan-nefqa minħabba l-ispejjeż tal-pagi tas-settur pubbliku, billi titnaqqas il-forza tax-xogħol tas-settur pubbliku filwaqt li l-kompożizzjoni tagħha tinbidel għal waħda b’impjegati b’ħiliet ogħla, notevolment permezz ta’ programm ta’ rikwalifikazzjoni u skema ta’ sensji volontarji; konverġenza ulterjuri tar-regoli tax-xogħol tas-settur pubbliku u dak privat (inkluża ż-żieda fis-sigħat tax-xogħol u t-tnaqqis tal-vaganzi) u l-introduzzjoni ta’ skala unika tal-pagi kif ukoll is-semplifikazzjoni tas-supplimenti tal-paga. Il-kontribuzzjonijiet tal-benefiċjarji għall-iskemi speċjali tal-assigurazzjoni tal-ħajja għandhom jiżdiedu u għalhekk jikkontribwixxu għat-titjib tal-ekwità u l-effiċjenza tal-infiq pubbliku;
(ii) riformi tas-sistema tal-pensjoni b’żieda fl-età statutorja tal-irtirar permezz ta’ tibdil fil-fattur tas-sostenibbiltà; allinjament tar-regoli għall-kalkoli tal-benefiċċji tal-pensjoni bejn ir-reġim tal-pensjoni taċ-ċivil (CGA) u s-sistema ġenerali tal-pensjoni, filwaqt li jiġu mħarsal-benefiċċji taħt il-livelli minimi; u s-semplifikazzjoni tal-pensjonijiet tas-superstiti kemm tas-CGA kif ukoll tar-reġim ġenerali tal-pensjoni, f’każijiet fejn dawn jakkumulaw ma’ pensjonijiet oħra;
(iii) tfaddil fil-konsum intermedju u fil-programmi ta’ infiq fil-Ministeri kompetenti kollha. Minħabba r-riskji politiċi u legali, uħud mill-miżuri jistgħu jkunu parzjalment jew totalment sostitwiti minn oħrajn ta’ daqs u kwalità ekwivalenti.
(c) Ir-reviżjoni tan-nefqa pubblika għandha tiġi kkumplimentata minn miżuri permanenti oħra dwar id-dħul bil-għan li jkomplu t-titjib tal-effiċjenza u l-ekwità tal-istruttura attwali tat-taxxa u l-benefiċċji (b’valur ta’ 0,4 % tal-PDG). B’mod partikolari, t-tassazzjoni fuq spejjeż relatati mal-karozzi tal-kumpanija għandha tiżdied u t-tassazzjoni ambjentali u dik relatata mas-saħħa għandha tiġi mtejba billi tinbidel it-tassazzjoni tal-karozzi diżil tal-passiġġieri u billi tiżdied is-sisa fuq it-tabakk u fuq ix-xorb alkoħoliku. L-eżenzjonijiet tat-taxxa fit-tassazzjoni tal-proprjetà għall-fondi tal-pensjoni u l-fondi tal-proprjetà immobbli għandhom jitnaqqsu. Il-limiti massimi għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-membri ta’ korpi statutorji għandhom jitneħħew. Għandha tintalab imposta speċjali fis-settur tal-enerġija u b’hekk jitrażżnu l-kirjiet eċċessivi mis-settur tal-enerġija. Parti mill-introjtu ġġenerat minn din l-imposta għandha tintuża biex jitnaqqas id-dejn tariffarju. Il-liċenzji tal-logħob tal-azzard onlajn għandhom jinbigħu bil-ħsieb li dan is-suq jiġi regolarizzat u din l-attività għandha tkun intaxxata wkoll. Miżata speċjali fuq l-ispettru tal-midja għandha tiġi introdotta u l-imposta fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji għandha tiżdied. Barra minn hekk, għadd ta’ miżuri ta’ darba għandhom jiġu implimentati, aktar milli jiġu bbilanċjati l-ispejjeż li jirriżultaw mill-pagamenti bil-quddiem ta’ darba marbuti mal-introduzzjoni tal-iskema ta’ sensji bi ftehim reċiproku fis-settur pubbliku. Dawn jinkludu t-trasferiment tal-fond tas-saħħa CTT fis-settur pubbliku, il-bejgħ ta’ konċessjoni ta’ port u sajlos kif ukoll dividendi speċjali mill-bejgħ ta’ riservi taż-żejt eċċessiv minn kumpanija pubblika;
(d) Il-Portugall għandu jippreżenta rapport bl-għanijiet li ġejjin:
(i) li jidentifika rduppjar tas-servizzi u l-ġurisdizzjonijiet u sorsi oħra ta’ ineffiċjenzi bejn il-livelli ċentrali u dawk lokali tal-Gvern; u
(ii) biex jorganizza mill-ġdid in-netwerk ta’ servizzi deċentralizzati tal-Ministeri prinċipalment permezz tan-netwerk “Lojas do Cidadão” (punti singoli ta’ kuntatt tal-amministrazzjoni u l-utilitajiet) u approċċi oħra, filwaqt li jinkludi żoni ġeografiċi aktar effiċjenti u jintensifika l-użu tas-serivizzi kondiviżi u l-gvern diġitali;
(e) Il-Portugall għandu jkompli r-riorganizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tan-netwerk tal-isptarijiet permezz tal-ispeċjalizzazzjoni, il-konċentrazzjoni u t-tnaqqis ta’ servizzi tal-isptar, il-ġestjoni konġunta u t-tħaddim konġunt tal-isptarijiet u għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni fuq għadd ta’ snin għar-riorganizzazzjoni tal-isptarijiet;
(f) Il-Portugall għandu jimplimenta l-pjan biex jinħoloq kumpanija operatriċi indipendenti tal-loġistika tal-gass u tal-elettriku;
(g) Il-Portugall għandu jimplimenta l-miżuri li jtejbu l-funzjonament tas-sistema tat-trasport;
(h) Il-Portugall għandu jivvaluta l-impatt tar-reġim fakultattiv tal-kontabbiltà bbażata fuq il-ħlasijiet tal-VAT.
(i) Il-Portugall għandu jwettaq inventarju u analiżi tal-ispejjeż tar-regolamenti li x’aktarx ikollhom impatt ogħla fuq l-attività ekonomika.
9. Bl-għan li tiġi restawrata l-fiduċja fis-settur finanzjarju, il-Portugall għandu jimmira biex iżomm livell adegwat ta’ kapital fis-settur bankarju tiegħu u jiżgura proċess ta’ diżingranaġġ b’mod ordinat f’konformità mal-iskadenzi stabbiliti fil-Memorandum ta’ Qbil. F’dak ir-rigward, il-Portugall għandu jimplimenta l-istrateġija għas-settur bankarju Portugiż kif miftiehem mal-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI biex tiġi mħarsal-istabbiltà finanzjarja. B’mod partikolari, il-Portugall għandu:
(a) jimmonitorja t-tranżizzjoni tal-banek għar-regoli ġodda dwar il-kapital kif stabbiliti fil-pakkett tad-Direttiva dwar ir-Rekwiziti ta’ Kapital IV (CRD IV) u jiżgura li l-bafers kapitali jibqgħu proporzjonali mal-ambjent operazzjonali diffiċli;
(b) jagħti pariri lill-banek biex jissaħħu l-bafers kollaterali tagħhom fuq bażi sostenibbli;
(c) jiżgura diżingranaġġ ibbilanċjat u ordnat tas-settur bankarju, li jibqa’ importanti fl-eliminazzjoni b’mod permanenti tal-iżbilanċi ta’ finanzjament, u li jnaqqas id-dipendenza fuq il-finanzjament mill-Eurosistema fuq terminu medju. Il-pjanijiet tal-banek għall-finanzjament u l-kapital għandhom jiġu riveduti kull tliet xhur;
(d) jinkoraġġixxi d-diversifikazzjoni ta’ alternattivi ta’ finanzjament għas-settur korporattiv u b’mod partikolari l-SMEs permezz ta’ sensiela ta’ miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess tagħhom għas-swieq kapitali;
(e) ikompli jissemplifika l-grupp CGD tal-Istat;
(f) jesternalizza l-ġestjoni tal-krediti tal-BPN attwalment miżmuma minn Parvalorem lid-ditti magħżula permezz tal-proċess tal-offerti b’mandat biex gradwalment jirkupra l-assi; u jiżgura d-disponiment f’waqtu tas-sussidjarji ta’, u l-assi fi, iż-żewġ vetturi l-oħra bi skop speċjali tal-Istat;
(g) fuq il-bażi tal-proposti għat-tħeġġiġ tad-diversifikazzjoni tal-alternattivi ta’ finanzjament ippreżentati lis-settur korporattiv, jiżviluppa u jimplimenta soluzzjonijiet li jipprovdu alternattivi ta’ finanzjament għal kreditu bankarju tradizzjonali għas-settur korporattiv; u jevalwa l-lok għat-titjib tal-prestazzjoni u l-governanza tal-linji ta’ kreditu eżistenti sponsorjati mill-Gvern filwaqt li jkompli jibni fuq ir-riżultati tal-awditu estern riċenti u l-pjan direzzjonali ppreżentat;
(h) janalizza l-pjanijiet ta’ rkupru tal-banek u joħroġ linji gwida dwar is-sistema tal-pjanijiet ta’ rkupru u jipprepara pjanijiet ta’ riżoluzzjoni fuq il-bażi tar-rapporti ppreżentati mill-banek. Il-Gvern għandu jippreżenta lill-Parlament Portugiż l-emendi meħtieġa għal-liġi dwar ir-rikapitalizzazzjoni li jirriflettu l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja;
(i) jimplimenta l-qafas għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jibdew ristrutturar tad-dejn barra l-qorti għall-unitajiet domestiċi, jiffaċilta l-applikazzjoni għar-ristrutturar tad-dejn korporattiv u jimplimenta pjan ta’ azzjoni għas-sensibilizzazzjoni dwar l-għodod tar-ristrutturar;
(j) jipprepara rapporti kull tliet xhur dwar l-implimentazzjoni tal-għodod ġodda tar-ristrutturar; fuq il-bażi tal-istħarriġ imwettaq riċentement, jesplora alternattivi biex iżid l-irkupru b’suċċess tal-kumpaniji li jkunu aderenti mal-PER (il-Proċedura Speċjali ta’ Rivitalizzazzjoni għall-kumpaniji f’taqlib finanzjarju serju) u SIREVE (is-Sistema ta’ Rkupru tal-Kumpaniji permezz ta’ Ftehimiet Extraġudizzjarji għall-kumpaniji f’qagħda ekonomika diffiċli jew insolvenza imminenti jew attwali).
10. Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni mingħajr intoppi tal-kundizzjonalità tal-Programm, u sabiex tgħin fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi b’mod sostenibbli, il-Kummissjoni għandha tipprovdi konsulenza u gwida kontinwi dwar ir-riformi fiskali, kif ukoll dawk tas-suq finanzjarju u strutturali. Fi ħdan il-qafas tal-assistenza li għandha tingħata lill-Portugall, flimkien mal-FMI u b'koordinazzjoni mal-BĊE, il-Kummissjoni għandha tanalizza b’mod perjodiku l-effettività u l-impatt ekonomiku u soċjali tal-miżuri miftiehma, u għandhom jiġu rrakkomandati l-korrezzjonijiet meħtieġa bil-għan li jissaħħaħ it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, tiġi żgurata l-konsolidazzjoni fiskali meħtieġa u jiġu minimizzati l-impatti soċjali negattivi, b’mod partikolari fuq l-aktar partijiet vulnerabbli tas-soċjetà Portugiża.
Artikolu 4
Il-Portugall għandu jiftaħ kont speċjali mal-Bank tal-Portugall għall-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.
( 2 ) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).