European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2991

26.5.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11825 — VERBUND / SW MÜNSTER / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/2991)

1.   

Fis-16 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

VERBUND AG (“VERBUND”, l-Awstrija),

—

Stadtwerke Münster GmbH (“SW Münster”, il-Ġermanja), ikkontrollata mill-belt ta’ Münster (il-Ġermanja).

VERBUND u SW Münster se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

VERBUND hija kumpanija Awstrijaka tal-enerġija, attiva primarjament fil-ġenerazzjoni u l-provvista tal-elettriku. Fil-Ġermanja, VERBUND hija attiva permezz ta’ VERBUND Energy4Business Germany GmbH, b’mod partikolari fil-provvista ta’ prodotti u servizzi tal-enerġija lil klijenti kummerċjali,

—

SW Münster hija responsabbli għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi ta’ utilitajiet, b’mod partikolari l-enerġija, u t-trasport pubbliku lokali fil-belt ta’ Münster.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta ġdida se jkunu li ġejjin:

—

L-ippjanar, il-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ faċilità għall-ħżin tal-batteriji fiż-żona urbana ta’ Münster.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11825 — VERBUND / SW MÜNSTER / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2991/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)