31998R0774



Official Journal L 111 , 09/04/1998 P. 0065 - 0066


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 774/98

tat-8 ta’ April, 1998

li jemenda lir-Regolament (KEE) Nru 2342/92 dwar importazzjoni ta’ baqar u barrin ta’ razza pura għall-għan ta’ tnissil minn pajjiżi terzi u l-għoti ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ta’ dawn u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1544/79

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju, 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq f’ċanga u vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2634/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 (12) ta’ dan,

Billi huwa xieraq li jkun emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2342/92 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 286/93 [4];

Billi sussegwenti għall-Ftehim dwar l-Agrikoltura fil-kuntest tal-Fażi ta’ Taħdidiet fl-Urugwaj, importi ta’ l-importazzjoni tbiddlu b’dazji ta’ l-importazzjoni u huwa għalhekk neċessarju li r-Regolament ikun emendat kif jixraq;

Billi l-bhejjem kollha ta’ razza pura li jintużaw għall-għan ta’ tnissil li jidħlu fil-Komunità huma ċċekkjati għal raġunijiet veterinarji u żotekniċi, skond id-Direttiva tal-Kusill 91/496/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE [6], u fejn dawn il-bhejjem jidħlu f’ċirkolazzjoni libera f’uffiċċju tad-dwana milli fl-ewwel post ta’ dħul, jinħtieġ li jakkumpanjaw lill-bhima kopja awtentikata taċ-ċertifikat tas-saħħa, bili l-oriġinali tinżamm fl-ewwel post ta’ dħul, u ċertifikat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/527/KEE [7];

Billi biexma ma tagħmilhiex profittabbli li jkunu msemmna bhejjem ta’ razza pura għall-iskop ta’ tnissil, impurtati mingħajr dazju, huwa xieraq li jiżdied il-perjodu li fih, bhima importata ma tistax tinqatel; biex ikun żgurat li bhejjem impurtati ma jinqatlux qabel il-perjodu stipulat, għandha tkun ipprovduta prova billi tkun iċċekkjata d-database kompjuterizzata li hemm disposizzjoni għaliha fir-Regolament (KE) Nru 820/97 [8], ladarba din id-database tkun qed taħdem;

Billi veterinarji uffiċjali għandhom ikunu kapaċi li jagħmlu ċ-ċertifikat bl-effett li bhima importata ma tinqatilx f’dan il-perjodu, billi huma kif ukoll dawk il-korpi li diġà għandhom il-poter li jagħmlu dan, huma kompetenti għal din il-biċċa xogħol;

Billi għandu jingħata kas tat-tibdil li sar fil-membri ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles;

Billi huwa xieraq li jkunu inkorporati fir-Regolament preżenti riferenzi għad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 86/404/KEE [9] u 96/510/KE [10] rigward iċ-ċertifikat ta’ razza pura;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEEC) Nru 2505/92 [11], li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [12] għamel ċerti emendi lin-nomenklatura għas-suq fiċ-ċanga u l-vitella u b’riżultat ta’ dan huwa meħtieġ li jkunu aġġustati ċerti kodiċi NM;

Billi l-miżuri li hemm disposizzjoni għalihom f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Ċanga u Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2342/92 ikun emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 1, "imposti ta’ l-importazzjoni" titbiddel b’ "dazji ta’ l-importazzjoni";

2. L-Artikolu 2 ikun emendat kif ġej:

(a) il-paragrafi 1 (a) u (b) jitbiddlu b’li ġej:

"(a) iċ-ċertifikat ta’ razza pura, li għandu jsir b’konformità mad-Deċizjoni tal- Kummissjoni 96/510/KE [13], u ċ-ċertifikat tat-tnissil;

(b) iċ-ċertifikat tas-saħħa tat-tip meħtieġ għal baqar u barrin ta’ nisel minn razza pura jew kopja awtentikata ta’ dan iċ-ċertifikat u ċ-ċertifikat maħruġ mill-veterinarju tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera magħmula b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/527/KEE [14].";

(b) fil-paragrafu 2 "12-il xahar" titbiddel b’ "24 xahar";

(ċ) fil-paragrafu 3,

"il-15-il xahar"

titbiddel b’

"is-27 xahar"

u l-aħħar subparagrafu jitbiddel b’li ġej:

"Il-prova li għaliha jirreferi l-punt (a) għandha tikkonsisti f’ċertifikat maħruġ mill-assoċjazzjoni, organizzazzjoni jew korp uffiċjali ta’ l-Istat Membru li jżomm il-ktieb tal-merħla jew veterinarju uffiċjali. Il-prova li għaliha jirreferi l-punt (b) għandha tikkonsisti f’ċertifikat maħruġ minn korp uffiċjali maħtur mill-Istat Membru. Dawn il-provi għandhom ikunu ċċekkjati fid-database kompjuterizzata li hemm disposizzjoni għaliha fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 [*] ĠU L 117, tas-7.5.1997, p. 1. la darba tkun qed taħdemdin id-database.";

(d) fil-paragrafu 4, "12-il xahar" titbiddel b’"24 xahar" u r-riferenza għar-"Regolament (KEE) Nru 1697/79" titbiddel bir-"Regolament (KEE) Nru 2913/92";

(e) il-paragrafu 5 jitbiddel b’li ġej:

"5. Id-disposizzjonijiet li jirrelataw għal:

- limitu ta’ età stabbilit fl-Artikolu 1,

- l-obbligi speċifikati fil-paragrafi 2, 3, u 4,

m’għandhomx japplikaw għal importazzjoni ta’ bhejjem għat-tnissil ta’ razza pura li joriġinaw fi u ġejjin mill-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera.";

3. L-Artikolu 3(a) jitbiddel b’li ġej:

"(a) iċ-ċertifikat ta’ razza pura, li għandu jsir f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/404/KEE [*] ĠU L 233, ta’ l-20.8.1986, p. 19., maħruġ mill-assoċjazzjoni, organizzazzjoni jew korp uffiċjali ta’ l-Istat Membru li jżomm il-ktieb tal-merħla b’mod partikolari r-riżultati ta’ testijiet ta’ andament u r-riżultati (b’dettalji ta’ oriġini) ta’ l-istima tal-valur ġenetiku tal-bhima konċernata u l-ġenituri u n-nanniet tagħha. Dawn ir-riżultati jistgħu ukoll jakkumpanjaw liċ-ċertifikat;"

4. fl-Artikolu 4(2), il-kodiċi NM "01021000" jitbiddel mibdul bil-kodiċi NM "010210" u "taxxa ta’ l-importazzjoni" titbiddel b’ "dazju ta’ l-importazzjoni".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 8 ta’ April, 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 356, tal-31.12.1997, p. 13.

[3] ĠU L 227, tal-11.8.1992, p. 12.

[4] ĠU L 34, ta’ l-10.2.1993, p. 7.

[5] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

[6] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1.

[7] ĠU L 332, tat-18.11.1992, p. 22.

[8] ĠU L 117, tas-7.5.1997, p. 1.

[9] ĠU L 233, ta’ l-20.8.1986, p. 19.

[10] ĠU L 210, ta’ l-20.8.1996, p. 53.

[11] ĠU L 267, ta’ l-14.9.1992, p. 1.

[12] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[13] ĠU L 210, ta’ l-20.8.1996, p. 53.

[14] ĠU L 332, tat-18.11.1992, p. 22.

--------------------------------------------------