|
21.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Ottubru 2009
li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7680)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/770/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (1), u partikolarment it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu ta’ Anness VII tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fi qbil mad-Direttiva 2001/18/KE, qabel ma Organiżmu Modifikat Ġenetikament (OMĠ) jitqiegħed fis-suq, għandha tiġi ppreżentata notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih dan l-OMĠ ikun sejjer jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba. Dik in-notifika għandu jkun fiha pjan ta’ monitoraġġ skont l-Anness VII ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Fi qbil mad-Direttiva 2001/18/KE, in-notifikant jista’ jipproċedi bit-tqegħid fis-suq biss meta jkun irċieva l-kunsens bil-miktub tal-awtorità kompetenti, u li jikkonforma ma’ kwalunkwe kundizzjonijiet rikjesti f’dan il-kunsens. |
|
(3) |
Il-kunsens bil-miktub għat-tqegħid ta’ OMĠ fis-suq għandu jispeċifika b’mod espliċitu r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ skont l-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE, fosthom l-obbligi tar-rappurtar lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti. |
|
(4) |
Fi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (2), fil-każ tal-OMĠ jew ikel u għalf li fih jew li jikkonsisti f’OMĠ, l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandha tkun akkumpanjata wkoll minn pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII għad-Direttiva 2001/18/KE. |
|
(5) |
L-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE jiddeskrivi f’termini ġenerali l-għanijiet li għandhom jinkisbu u l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu segwiti matul id-disinn tal-pjan ta’ monitoraġġ. |
|
(6) |
Fi qbil ma’ dak l-Anness, jistgħu jiġu żviluppati noti ta’ ġwida teknika skont il-proċedura regolatorja stipulata fl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2001/18/KE sabiex ikunu pprovduti l-ispjegazzjonijiet li jirrigwardaw l-Anness VII u b’hekk tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dak l-Anness. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/811/KE (3) tippreżenta noti ta’ gwida li jissumplementaw l-informazzjoni pprovduta fl-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE. Sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet tal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE jiġu sodisfatti bl-aktar mod konsistenti, trasparenti u rigoruż, huwa xieraq li dak l-Anness ikompli jiġi mlaħħam billi jiġu adottati formati għall-preżentazzjoni ta’ riżultati ta’ monitoraġġ għat-tqegħid fis suq tal-OMĠ, b’enfażi partikolari fuq pjanti ogħla modifikati ġenetikament. |
|
(8) |
Fid-dawl tar-rekwiżiti differenti għall-monitoraġġ tal-kultivazzjoni tal-OMĠ u l-monitoraġġ tal-importazzjoni u l-ipproċessar tal-użi tal-ikel u tal-għalf tal-OMĠ, għandhom jiġu stabbiliti formati differenti. |
|
(9) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li jitqiesu l-effetti negattivi fir-rigward tal-għelejjel, il-karatteristika l-ġdida, l-ambjent li jilqa’ l-għelejjel kif ukoll il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali, ir-rappurtar għandu jqis il-lista mhux eżawrjenti tal-effetti u l-konsegwenzi u r-riżultati li jistgħu jwasslu għal effetti ambjentali avversi kif elenkati fin-noti ta’ spjegazzjoni. |
|
(10) |
Jaf ikun meħtieġ li jiġu adattati l-formati eżistenti tar-rappurtar jew jiġu żviluppati formati ġodda sabiex titqies l-awtorizzazzjoni ta’ tipi ġodda ta’ OMĠs jew approċċi ġodda għall-monitoraġġ/sorveljanza. |
|
(11) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2001/18/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-formati ta’ rappurtar imniżżla fl-Annessi I u II għandhom jintużaw bħala noti ta’ gwida teknika sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni u l-ispjegazzjoni tal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
ANNESS I
IR-RAPPORT TA’ MONITORAĠĠ GĦALL-KULTIVAZZJONI
Format għall-preżentazzjoni tar-riżultati ta’ monitoraġġ għall-Kultivazzjoni ta’ organiżmi modifikati ġenetikament f’konformità mal-: Artikoli 19(3), 20(1) u l-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE u l-Artikoli 9(1) u 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003
1. Informazzjoni Ġenerali
|
1.1. |
Għalla/karatteristika … |
|
1.2. |
Numru tal-awtorizzazzjonijoni tad-deċiżjoni skont id-Direttiva 2001/18/KE, u n-numru u d-data tal-approvazzjoni skont id-Direttiva 2001/18/KE. … |
|
1.3. |
Numru tal-awtorizzazzjoni tad-deċiżjoni u data tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 … |
|
1.4. |
Identifikatur uniku: … |
|
1.5. |
Perjodu ta’ Rappurtar minn xx/xx/xx sa xx/xx/xx |
|
1.6. |
Rapporti oħra ta’ monitoraġġ tressqu fir-rigward ta’
|
2. Sommarju Eżekuttiv
|
|
3. Riżultati tal-Monitoraġġ
It-taqsimiet li ġejjin għandhom jimtlew skont l-Appendiċi 2
3.1. Sorveljanza Ġenerali
|
3.1.1. |
Deskrizzjoni tas-Sorveljanza Ġenerali
|
|
3.1.2. |
Dettalji tan-netwerks ta’ sorveljanza użati għall-monitoraġġ tal-effetti ambjentali matul is-Sorveljanza Ġenerali u deskrizzjoni ta’ metodoloġiji oħra
|
|
3.1.3. |
Dettalji tal-informazzjoni u/jew taħriġ ipprovdut lill-operaturi u l-utenti, eċċ
|
|
3.1.4. |
Riżultati tas-Sorveljanza Ġenerali
|
|
3.1.5. |
Informazzjoni Addizzjonali
|
|
3.1.6. |
Analiżi tal-pubblikazzjonijiet riveduti mill-Pari — Appendiċi
|
3.2. Monitoraġġ Speċifiku għall-Każijiet Partikolari
|
3.2.1. |
Deskrizzjoni u Riżultati tal-Monitoraġġ Speċifiku għall-Każijiet Partikolari (jekk japplika)
|
|
3.2.2. |
Il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-effetti negattivi li jirriżultaw mir-rilaxxi aċċidentali (jekk japplika)
|
3.3. Rimarki tal-għeluq
|
|
4. Sinteżi tar-Riżultati u l-Konklużjonijiet
|
|
5. Adattament tal-Pjan ta’ Monitoraġġ u Metodoloġija Assoċjata għas-Snin li Ġejjin
|
|
Iffirmat: …
Id-data: …
Appendiċi 1
ANALIŻI TAL-PUBBLIKAZZJONIJIET RIVEDUTI MILL-PARI
Ċerti pubblikazzjonijiet jista’ jkun fihom materjal rilevanti għal aktar minn qasam wieħed tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali (ara t-Taqsima 3.1.6 tal-Appendiċi 2). Jekk dan ikun il-każ, il-materjal għandu jiġi deskritt b’mod separat f’kull tabella rilevanti.
Żona tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali
|
Pubblikazzjoni |
Sinteżi tar-riċerka u tar-riżultati |
Għan tal-protezzjoni: |
Parametru osservat |
Effetti negattivi |
Reazzjonijiet dwar il-valutazzjoni inizjali tar-riskju ambjentali. |
|
|
|
|
|
|
|
Żona tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali
|
Pubblikazzjoni |
Sinteżi tar-riċerka u tar-riżultati |
Għan tal-protezzjoni: |
Parametru osservat |
Effetti negattivi |
Reazzjonijiet dwar il-valutazzjoni inizjali tar-riskju ambjentali. |
|
|
|
|
|
|
|
Żona tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali
|
Pubblikazzjoni |
Sinteżi tar-riċerka u tar-riżultati |
Għan tal-protezzjoni: |
Parametru osservat |
Effetti negattivi |
Reazzjonijiet dwar il-valutazzjoni inizjali tar-riskju ambjentali. |
|
|
|
|
|
|
|
Appendiċi 2
NOTI TA’ SPJEGAZZJONI
A. Kummenti ġenerali
Monitoraġġ ta’ Każijiet Speċifiċi għandu jsir skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-kunsens/awtorizzazzjoni u skont il-pjan ta’ monitoraġġ speċifikat fin-notifika.
Sorveljanza Ġenerali għall-effetti mhux antiċipati u mhux previsti għandha titqies ukoll bħala parti obbligatorja tal-pjan ta’ monitoraġġ.
L-effetti negattivi għandhom jitqiesu fid-dawl tal-għalla partikolari, il-karatteristika l-ġdida, l-ambjent li jirċievi kif ukoll il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali li jsir fuq bażi ta’ każ b’każ. Dan li ġej jikkostitwixxi lista mhux eżawrjenti ta’ effetti u konsegwenzi jew riżultati li jistgħu jirriżultaw f’effetti ambjentali negattivi:
|
(a) |
Persistenza u Invażività, vantaġġ jew żvantaġġ selettiv, inkluż:
|
|
(b) |
Trasferiment tal-ġeni mibdula:
|
|
(c) |
Interazzjoni bejn il-pjanta MĠ u organiżmi fil-mira:
|
|
(d) |
Interazzjoni bejn il-pjanta MĠ u organiżmi mhux immirati:
|
|
(e) |
Tibdil fil-proċessi bijoġeokimiċi; |
|
(f) |
Tibdil fil-prattiki tal-koltivazzjoni; |
|
(g) |
Impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali b’riżultat minn esponiment ambjentali. |
B. Struzzjonijiet għall-mili tal-format
Ir-rapport għandu jimtela mid-detentur tal-kunsens skont id-Direttiva 2001/18/KE jew mid-detentur tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Ir-rapport għandu jimtela skont il-format u d-dispożizzjonijiet tal-kunsens jew l-awtorizzazzjoni maħruġa skont id-Direttiva 2001/18/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 rispettivament u skont il-pjan ta’ monitoraġġ rilevanti.
Id-dejta rappurtata għandha tkun spjegata kemm jista’ jkun permezz ta’ grafiki, figuri u tabelli. Fejn tkun rilevanti, għandha tiġi pprovduta wkoll id-dejta statistika.
L-ispazju pprovdut wara kull mistoqsija mhux indikattiv tad-dettall tat-tagħrif meħtieġ għall-għanijiet tar-rapport. Għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni rilevanti ta’ sostenn fil-forma ta’ hemżiet, li għandhom ikollhom kontroreferenzi ċari għat-taqsimiet rilevanti tar-rapport.
Fejn l-informazzjoni mitluba mill-pjan partikolari tal-kunsens jew tal-awtorizzazzjoni jew tal-monitoraġġ, kif xieraq, ma tistax tiġi rrapurtata, trid tingħata ġustifikazzjoni dettaljata.
C. Kunfidenzjalità
Il-partijiet kunfidenzjali tar-rapport għandhom jitressqu f’dokumenti separati.
C.1. Applikazzjonijiet imressqa skont id-Direttiva 2001/18/KE
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2001/18/KE, l-informazzjoni pprovduta f’dan ir-rapport mhijiex meqjusa bħala kunfidenzjali.
Dan ma jxekkilx lill-awtorità kompetenti li ħarġet il-kunsens skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2001/18/KE u lill-Kummissjoni milli jitolbu informazzjoni addizzjonali min-notifikatur, kemm kunfidenzjali kif ukoll mhux kunfidenzjali.
Kemm jista’ jkun, ir-rapport m’għandux ikun fih dejta kunfidenzjali. Fil-każ ta’ dejta kunfidenzjali, din għandha tiġi pprovduta f’anness għar-rapport, b’sinteżi mhux kunfidenzjali, inkella deskrizzjoni ġenerali ta’ din id-dejta, li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.
C.2. Applikazzjonijiet imressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003
Kemm jista’ jkun, ir-rapport m’għandux ikun fih dejta kunfidenzjali. Ir-rapport għandu jiddikjara biċ-ċar liema partijiet tal-informazzjoni pprovduta jitqiesubħala kunfidenzjali, flimkien ma’ ġustifikazzjoni verifikabbli għall-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Sinteżi mhux kunfidenzjali jew deskrizzjoni ġenerali ta’ din id-dejta għandha tiġi pprovduta fl-anness għal dan ir-rapport li ser ikun disponibbli għall-pubbliku.
1. INFORMAZZJONI ĠENERALI
Meta għalla tiġi kkultivata u pproċessata jew użata għal finijiet ta’ ikel/għalf, ġewwa l-UE, għandu jimtela wkoll rapport ta’ monitoraġġ għall-użi tal-OMĠ minbarra l-Kultivazzjoni.
2. SOMMARJU EŻEKUTTIV
Għandu jiġi pprovdut sommarju tar-riżultati miksuba mill-monitoraġġ u l-konklużjonijiet kumplessivi. Għandu jiġi deskritt kull adattatment propost tal-pjan ta’ monitoraġġ u metodoloġija assoċjata abbażi ta’ dawn ir-riżultati u l-konklużjonijiet.
3. RIŻULTATI TAL-MONITORAĠĠ
3.1. Sorveljanza Ġenerali
3.1.1. Deskrizzjoni tas-Sorveljanza Ġenerali
Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni tas-Sorveljanza Ġenerali, li tinkludi iżda mhux limitata għal li ġej:
|
(a) |
Dettalji dwar il-metodoloġiji kollha użati, inklużi l-parametri osservati, metodi ta’ stħarriġ, lok u frekwenza; |
|
(b) |
L-użu ta’ hotlines; |
|
(c) |
Rappreżentanti tal-kumpaniji f’kull Stat Membru; |
|
(d) |
Websajts; |
|
(e) |
L-użu ta’ kwestjonarji għall-bdiewa u metodi oħra ta’ sorveljanza; |
|
(f) |
L-għadd ta’ bdiewa li mlew il-kwestjonarji, il-lok tal-kultivazzjoni u l-kriterji użati biex jintgħażlu l-bdiewa; |
|
(g) |
Il-partijiet terzi involuti, u l-kriterji użati biex jintgħażlu dawn il-partijiet. |
Iż-żona li qed tiġi kkultivata u li hija soġġetta għall-monitoraġġ għandha tkun proporzjonata u rappreżentattiva tal-erja reġjonali totali li qiegħda tiġi kkultivata bl-OMĠ. Għandhom jiġu pprovduti deskrizzjoni u dettalji tal-proporzjonalità u r-rappreżentattività tal-ambjent issorveljat, u l-kriterji li bihom dawn iż-żoni tqiesu bħala rappreżentattivi u b’hekk magħżula għall-monitoraġġ.
3.1.2. Dettalji tan-netwerks ta’ sorveljanza użati għall-monitoraġġ tal-effetti ambjentali matul is-Sorveljanza Ġenerali
Għandhom jiġu pprovduti dettalji tan-netwerks ta’ sorveljanza kollha użati għall-monitoraġġ tal-effetti ambjentali matul is-Sorveljanza Ġenerali. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fir-rigward ta’ kull netwerk ta’ sorveljanza identifikat:
|
(a) |
Isem; |
|
(b) |
L-Istati Membri li fihom in-netwerk ta’ sorveljanza huwa attiv u jekk huwiex attiv fuq il-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali; |
|
(c) |
Sit elettroniku; |
|
(d) |
Għan tal-protezzjoni; |
|
(e) |
Kif in-netwerk jiġbor l-informazzjoni rilevanti għas-Sorveljanza Ġenerali; |
|
(f) |
Proċedura għan-notifikar tal-effetti negattivi lid-detentur tal-awtorizzazzjoni/tal-kunsens; |
|
(g) |
Id-dettalji ta’ kwalunkwe ftehim fis-seħħ bejn id-detentur tal-awtorizzazzjoni/kunsens, in-netwerk u/jew kwalunkwe parti terza, fejn applikabbli; |
|
(h) |
Kriterji użati għall-għażla tan-netwerk ta’ sorveljanza. |
3.1.3. Dettalji tal-informazzjoni u/jew taħriġ ipprovdut lill-operaturi u l-utenti, eċċ.
Għandhom jiġu pprovduti dettalji tal-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-operaturi u l-utenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ din l-għalla MĠ fil-Komunità, is-sikurezza u l-karatteristiki ġenerali tal-prodott u l-kundizzjonijiet rilevanti għall-monitoraġġ. Għandhom jiġu provduti wkoll d-dettalji ta’ meta u kif din l-informazzjoni saret disponibbli għall-operaturi u l-utenti, u għandhom jiġu notifikati l-miżuri biex l-operaturi/utenti jinżammu aġġornati dwar kwalunkwe tibdil għall-informazzjoni eżistenti jew informazzjoni ġdida.
Fir-rigward tal-prodotti tal-qamħirrum Bt u fejn indikat fil-valutazzjoni tar-riskju ambjentali (ERA), għandhom jiġu pprovduti d-dettalji dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduti lill-bdiewa sabiex dawn isiru konxji mill-obbligi tagħhom li jipprevjenu l-iżvilupp tar-reżistenza tal-insetti. Mar-rapport għandha tinhemeż kopja tal-informazzjoni dwar il-prodott.
3.1.4. Riżultati tas-Sorveljanza Ġenerali
Għandhom jiġu pprovduti r-riżultati tas-Sorveljanza Ġenerali mwettqa, fosthom effetti diretti, indiretti, imdewma u/jew kumulattivi osservati, u b’mod partikolari n-natura ta’ kwalunkwe effetti negattivi osservati u l-konklużjonijiet meħuda. Il-parametri tal-metodoloġiji ta’ monitoraġġ kollha, fosthom fejn isir il-monitoraġġ, għandhom jiġu analizzati, interpretati u diskussi fid-dettall, filwaqt li fl-istess ħin għandu jintwera kif dawn ir-riżultati jappoġġaw il-konklużjonijiet kumplessivi mid-detentur tal-awtorizzazzjoni/tal-kunsens.
Meta jintużaw kwestjonarji għall-bdiewa, fl-Anness tar-rapport għandha tiġi pprovduta analiżi tar-riżultati miksuba. Din l-analiżi għandha tinkorpora informazzjoni ġenerali dwar il-farm, bħalma hi dejta dwar l-użu tal-fertilizzanti, tinwib/prestazzjoni/rendiment tal-għelejjel, organiżmi ta’ ħsara u mard, l-użu tal-pestiċidi, abbundanza ta’ ħaxix ħażin u okkorrenzi ta’ ħlejjaq selvaġġi, fejn il-kwestjonarju jipprovdi għal din it-tip ta’ informazzjoni kif ukoll għal informazzjoni speċifika għal għelieqi partikolari, b’referenza partikolari għal kwalunkwe informazzjoni li tindika effetti mhux antiċipati. Għandhom jiġu stabbiliti korrelazzjonijiet billi jitqabblu l-kwestjonarji bejn ir-reġjuni jew billi t-tweġibiet jintrabtu ma’ osservazzjonijiet magħmula minn netwerks ta’ sorveljanza jew metodi ta’ sorveljanza oħra.
Id-detentur tal-kunsens u tal-awtorizzazzjoni għandu jevalwa speċifikament jekk l-informazzjoni miksuba mis-sorveljanza ġenerali hijiex xierqa u ta’ rilevanza għall-monitoraġġ/il-lokalizzazzjoni tal-effetti diretti, indiretti, posposti u/jew kumulattivi. Din l-evalwazzjoni għandha wkoll tidentifika oqsma (eż. xfar tal-għelieqi, gruppi ta’ speċijiet mhux fil-mira) fejn tista’ tkun meħtieġa aktar dejta jew dejta aħjar.
Din it-taqsima tar-rapport għandha tkun dettaljata kemm jista’ jkun sabiex id-dejta tkun tista’ tiġi interpretata kif suppost.
3.1.5. Tagħrif addizzjonali
Jekk jiġu osservati effetti negattivi jew mhux antiċipati, għandha tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali, bħar-reġjun jew pożizzjoni rilevanti, l-istadju tal-istaġun tat-tkabbir, azzjonijiet rimedjali jew miżuri għat-tnaqqis tar-riskji li kienu jew li se jkunu jeħtieġu jiġu implimentati fid-dawl tal-effett negattiv, implikazzjonijiet konsegwenti għall-valutazzjoni tar-riskju ambjentali (ERA) u kwalunkwe konklużjonijiet oħra li ttieħdu. Din it-taqsima tar-rapport għandha tkun dettaljata kemm jista’ jkun sabiex id-dejta tkun tista’ tiġi interpretata kif suppost.
3.1.6. Analiżi tal-pubblikazzjonijiet riveduti mill-pari
Pubblikazzjonijiet riveduti mill-pari fosthom artikoli tal-ġurnali, proċedimenti ta’ konferenzi, dokumenti ta’ analiżi u kwalunkwe studji addizzjonali jew sorsi oħra ta’ informazzjoni rilevanti għall-koltivazzjoni tal-kombinazzjoni tal-għalla/karatteristika li għaliha qed jitfassal ir-rapport, għandhom jitqiesu u jiġu analizzati fil-kuntest tar-riżultati tal-monitoraġġ u tal-pjan tal-monitoraġġ. Dawn il-pubblikazzjonijiet għandhom jiġu elenkati u mqassra u d-dettalji tagħhom għandhom jiġu pprovduti skont l-Anness. L-analiżi tal-letteratura għandha tidentifika l-pubblikazzjonijiet kollha rilevanti li jkunu nħarġu matul il-perjodu ta’ rappurtar. Proċedimenti tal-konferenzi, dokumenti ta’ analiżi u studji addizzjonali mwettqa mid-detentur tal-kunsens li ma kinux soġġetti għal reviżjoni mill-pari jistgħu jiġu pprovduti kull meta jitqiesu li huma rilevanti.
3.2. Monitoraġġ Speċifiku għall-Każijiet Partikolari
3.2.1. Riżultati tal-Monitoraġġ Speċifiku għall-Każijiet Partikolari (jekk japplika)
Rekwiżiti tal-Monitoraġġ Speċifiku għal Każijiet partikolari li jkunu ġew identifikati fil-valutazzjoni tal-impatt ambjentali (ERA) u fid-deċiżjoni korrispondenti, u r-riżultati tal-Monitoraġġ Speċifiku għal Każijiet Partikolari mwettaq għandhom jingħataw fil-qosor, flimkien ma informazzjoni dettaljata dwar il-metodoloġija, il-frekwenza, id-dewmien, ir-riżultati tal-monitoraġġ, l-analiżi u l-konklużjonijiet. Taħt din it-taqsima, id-detentur tal-awtorizzazzjoni/kunsens għandu juri kif tkun inġabret u ġiet analizzata l-informazzjoni b’appoġġ għall-konklużjonijiet meħuda. Barra minn hekk, din it-taqsima tar-rapport għandha tkun dettaljata kemm jista’ jkun sabiex id-dejta tkun tista’ tiġi interpretata kif suppost.
3.2.2. Il-Monitoraġġ u r-Rappurtar tal-effetti negattivi li jirriżultaw mir-rilaxxi aċċidentali (jekk japplika)
Għandha tiġi pprovduta sinteżi tal-miżuri li jkunu ttieħdu sabiex jiġu mmonitorjati l-effetti negattivi wara rilaxxi aċċidentali, jekk dan il-monitoraġġ ikun meħtieġ mill-awtorizzazjoni jew mill-pjan ta’ monitoraġġ, prinċipalment il-frekwenza li biha seħħ dan il-monitoraġġ, il-metodoloġiji tal-monitoraġġ li jkunu intużaw, il-miżuri li jkunu ttieħdu sabiex jitnaqqas it-tixrid kemm jista’ jkun u l-proċeduri ta’ tindif fis-seħħ meta jkun seħħ it-tixrid aċċidentali. Kwalunkwe effetti insoliti, negattivi jew relatati mal-OMĠ, li jiġu osservati għandhom jiġu rreġistrati.
3.3. Rimarki tal-għeluq
Sinteżi tar-riżultati tal-monitoraġġ miksuba permezz tal-kwestjonarji, in-netwerks u metodi oħra ta’ sorveljanza u l-partijiet interessati, u l-analiżi tal-letteratura għandha tiġi pprovduta flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali.
Id-dokumentazzjoni pprovduta min-netwerks ta’ sorveljanza jew metodi oħra ta’ sorveljanza b’appoġġ għal kwalunkwe aspett tal-monitoraġġ imwettaq u rapport komprensiv tar-risposti pprovduti fil-kwestjonarji tal-bdiewa għandhom jinhemżu mar-rapport flimkien ma’ kopja tal-manwal ta’ għajnuna biex il-bdiewa jimlew il-kwestjonarju, u fejn rilevanti, b’referenzi u annotazzjonijiet għar-rapport innifsu.
4. SINTEŻI TAR-RIŻULTATI U L-KONKLUŻJONIJIET
Sinteżi tar-riżultati ta’ monitoraġġ miksuba u l-konklużjonijiet ġenerali misluta għandhom jiġu pprovduti. Dak is-sommarju għandu juri biċ-ċar kif is-sejbiet tal-monitoraġġ li jkun sar u l-interpretazzjoni tad-dejta jappoġġaw dawk il-konklużjonijiet.
F’din it-taqsima tar-rapport, id-detentur tal-awtorizzazzjoni/kunsens għandu jieħu azzjoni ta’ segwitu fuq is-sejbiet ewlenin tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ imwettqa matul is-snin preċedenti sabiex janalizza u jivvaluta l-possibbiltà jew il-probabbiltà li jokkorru effetti interattivi jew kumulattivi li jista’ jkun diffiċli li jkunu vvalutati kompletament matul sena ta’ monitoraġġ waħda.
5. ADATTAMENT TAL-PJAN TA’ MONITORAĠĠ U METODOLOĠIJA ASSOĊJATA GĦAS-SNIN LI ĠEJJIN
Għandha tiġi pprovduta valutazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u l-metodoloġija assoċjata li jintużaw għall-finijiet tar-rapport. L-effikaċja u l-limitazzjonijiet tal-metodoloġiji użati sabiex jiġu rilevati l-effetti negattivi għandhom jitqiesu u għandu jiġi speċifikat jekk il-pjan ta’ monitoraġġ u l-metodoloġija assoċjata teħtieġx li tiġi modifikata jew adattata fid-dawl tal-informazzjoni tal-monitoraġġ fir-rigward tar-rilevanza u l-kwalità tad-dejta miġbura u l-inċertezza tar-riżultati ppreżentati fir-rapport.
ANNESS II
RAPPORT TA’ MONITORAĠĠ GĦALL-UŻI TAL-OMĠ MINBARRA L-KULTIVAZZJONI
Format għall-preżentazzjoni tar-riżultati ta’ monitoraġġ għall-użijiet tal-OMĠ minbarra l-kultivazzjoni, skont l-Artikoli 19(3), 20(1) u l-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE u l-Artikoli 9(1) u 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003
1. Informazzjoni Ġenerali
|
1.1. |
Għalla/karatteristika: … |
|
1.2. |
Numru tal-awtorizzazzjonijoni tad-deċiżjoni skont id-Direttiva 2001/18/KE, u n-numru u d-data tal-approvazzjoni skont id-Direttiva 2001/18/KE: … |
|
1.3. |
Numru tal-awtorizzazzjoni tad-deċiżjoni u data tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003: … |
|
1.4. |
Identifikatur uniku: … |
|
1.5. |
Perjodu ta’ Rappurtar minn xx/xx/xx sa xx/xx/xx |
|
1.6. |
Rapporti oħra ta’ monitoraġġ tressqu fir-rigward ta’:
|
2. Sommarju Eżekuttiv
|
|
It-taqsimiet li ġejjin għandhom jimtlew skont l-Appendiċi 2.
3. Użijiet tal-OMĠ minbarra l-Kultivazzjoni
Jekk jogħġbok innota li din it-taqsima tirrigwarda l-monitoraġġ tal-effetti ambjentali tal-użi tal-OMĠ minbarra l-kultivazzjoni. Użi bħal dawn jinklużu l-użu ta’ Ikel u Għalf li fih jew li jikkonsisti f’OMĠ (organiżmi ħajjin).
3.1. Importazzjonijiet ta’ prodotti bażiċi fil-Komunità
|
3.1.1. |
Importazzjonijiet ta’ għelejjel tal-prodotti bażiċi (MĠ u mhux MĠ) fil-Komunità skont il-pajjiż tal-oriġini
|
|
3.1.2. |
Importazzjonijiet ta’ għelejjel tal-prodotti bażiċi (MĠ u mhux MĠ) fil-Komunità skont il-pajjiż tad-destinazzjoni
|
|
3.1.3. |
Analiżi tad-dejta provduta fit-tabelli 3.1.1 u 3.1.2
|
3.2. Sorveljanza Ġenerali
|
3.2.1. |
Deskrizzjoni tas-Sorveljanza Ġenerali
|
|
3.2.2. |
Dettalji tan-netwerks ta’ sorveljanza relatati mal-Industrija, mal-Ambjent, mal-Ikel u/jew Għalf, użati matul is-Sorveljanza Ġenerali
|
|
3.2.3. |
Dettalji tal-informazzjoni u/jew taħriġ ipprovdut lill-importaturi, kummerċjanti, operaturi, proċessaturi, eċċ.
|
|
3.2.4. |
Riżultati tas-Sorveljanza Ġenerali
|
|
3.2.5. |
Informazzjoni addizzjonali
|
|
3.2.6. |
Analiżi tal-pubblikazzjonijiet riveduti mill-pari — Appendiċi
|
3.3. Monitoraġġ Speċifiku għall-Każijiet Partikolari
|
3.3.1. |
Deskrizzjoni u riżultati tal-Monitoraġġ Speċifiku għall-Każijiet Partikolari (jekk japplika)
|
|
3.3.2. |
Proċessar (jekk applikabbli)
|
|
3.3.3. |
Il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-effetti negattivi li jirriżultaw mir-rilaxxi aċċidentali (jekk japplika)
|
3.4. Rimarki tal-għeluq
|
|
4. Sinteżi tar-Riżultati u l-Konklużjonijiet
|
|
5. Adattament tal-Pjan ta’ Monitoraġġ u Metodoloġija Assoċjata għas-snin li ġejjin
|
|
Iffirmat: …
Id-data: …
Appendiċi 1
ANALIŻI TAL-PUBBLIKAZZJONIJIET RIVEDUTI MILL-PARI
Ċerti pubblikazzjonijiet jista’ jkun fihom materjal rilevanti għal aktar minn qasam wieħed tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali (ara t-Taqsima 3.2.6 tal-Appendiċi 2). Jekk dan ikun il-każ, il-materjal għandu jiġi deskritt b’mod separat f’kull tabella rilevanti.
Żona tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali
|
Pubblikazzjoni |
Sinteżi tar-riċerka u tar-riżultati |
Għan tal-protezzjoni: |
Parametru osservat |
Effetti negattivi |
Reazzjonijiet dwar il-valutazzjoni inizjali tar-riskju ambjentali. |
|
|
|
|
|
|
|
Żona tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali
|
Pubblikazzjoni |
Sinteżi tar-riċerka u tar-riżultati |
Għan tal-protezzjoni: |
Parametru osservat |
Effetti negattivi |
Reazzjonijiet dwar il-valutazzjoni inizjali tar-riskju ambjentali. |
|
|
|
|
|
|
|
Żona tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali
|
Pubblikazzjoni |
Sinteżi tar-riċerka u tar-riżultati |
Għan tal-protezzjoni: |
Parametru osservat |
Effetti negattivi |
Reazzjonijiet dwar il-valutazzjoni inizjali tar-riskju ambjentali. |
|
|
|
|
|
|
|
Appendiċi 2
NOTI TA’ SPJEGAZZJONI
A. Kummenti ġenerali
Monitoraġġ ta’ Każijiet Speċifiċi se jsir skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-kunsens/awtorizzazzjoni u skont il-pjan ta’ monitoraġġ speċifikat fin-notifika.
Sorveljanza Ġenerali għall-effetti mhux antiċipati u mhux previsti għandha titqies ukoll bħala parti obbligatorja tal-pjan ta’ monitoraġġ.
L-effetti negattivi għandhom jitqiesu fid-dawl tal-għalla partikolari, il-karatteristika l-ġdida, l-ambjent li jirċievi kif ukoll il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali li jsir fuq bażi ta’ każ b’każ. Dan li ġej jikkostitwixxi lista mhux eżawrjenti ta’ effetti u konsegwenzi jew riżultati li jistgħu jirriżultaw f’effetti ambjentali negattivi.
|
(a) |
Persistenza u Invażività, vantaġġ jew żvantaġġ selettiv, inkluż:
|
|
(b) |
Trasferiment tal-ġeni mibdula:
|
|
(c) |
Interazzjoni bejn il-pjanta MĠ u organiżmi mhux fil-mira:
|
|
(d) |
Tibdil fil-proċessi bijoġeokimiċi; |
|
(e) |
Impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali b’riżultat minn esponiment ambjentali. |
B. Struzzjonijiet għall-mili tal-format
Ir-rapport għandu jimtela mid-detentur tal-kunsens skont id-Direttiva 2001/18/KE jew mid-detentur tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Ir-rapport għandu jimtela skont il-format u d-dispożizzjonijiet tal-kunsens jew l-awtorizzazzjoni maħruġa skont id-Direttiva 2001/18/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 rispettivament u skont il-pjan ta’ monitoraġġ rilevanti.
Id-dejta rappurtata għandha tkun spjegata kemm jista’ jkun permezz ta’ grafiki, figuri u tabelli. Fejn tkun rilevanti, għandha tiġi pprovduta wkoll id-dejta statistika.
L-ispazju pprovdut wara kull mistoqsija mhux indikattiv tad-dettall tat-tagħrif meħtieġ għall-għanijiet tar-rapport. Għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni rilevanti ta’ sostenn fil-forma ta’ hemżiet, li għandhom ikollhom kontroreferenzi ċari għat-taqsimiet rilevanti tar-rapport.
Fejn l-informazzjoni mitluba mill-pjan partikolari tal-kunsens jew tal-awtorizzazzjoni jew tal-monitoraġġ, kif xieraq, ma tistax tiġi rrapurtata, trid tingħata ġustifikazzjoni dettaljata.
C. Kunfidenzjalità
Partijiet kunfidenzjali tar-rapport għandhom jitressqu f’dokumenti separati.
C.1. Applikazzjonijiet imressqa skont id-Direttiva 2001/18/KE
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2001/18/KE, l-informazzjoni pprovduta f’dan ir-rapport mhijiex meqjusa bħala kunfidenzjali.
Dan ma jxekkilx lill-awtorità kompetenti li ħarġet il-kunsens skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2001/18/KE u lill-Kummissjoni milli jitolbu informazzjoni addizzjonali min-notifikatur, kemm kunfidenzjali kif ukoll mhux kunfidenzjali.
Kemm jista’ jkun, ir-rapport m’għandux ikun fih dejta kunfidenzjali. Fil-każ ta’ dejta kunfidenzjali, din għandha tiġi pprovduta f’anness għar-rapport, b’sinteżi mhux kunfidenzjali, inkella deskrizzjoni ġenerali ta’ din id-dejta, li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.
C.2. Applikazzjonijiet imressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003
Kemm jista’ jkun, ir-rapport m’għandux ikun fih dejta kunfidenzjali. Ir-rapport għandu jiddikjara biċ-ċar liema partijiet l-informazzjoni pprovduta titqies bħala kunfidenzjali, flimkien ma’ ġustifikazzjoni verifikabbli għall-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Sinteżi mhux kunfidenzjali jew deskrizzjoni ġenerali ta’ din id-dejta għandha tiġi pprovduta fl-anness għal dan ir-rapport li ser jkun disponibbli għall-pubbliku.
1. INFORMAZZJONI ĠENERALI
Meta għalla tiġi kkultivata u pproċessata jew użata għal finijiet ta’ ikel/għalf, ġewwa l-UE, għandu jiġi kkompletat ukoll rapport għall-Kultivazzjoni.
Id-Deċiżjoni li tikkonċerna il-qamħirrum 1507 (ĠU L 291, 5.11.2005), il-qamħirrum MON863 (ĠU L 207, 10.8.2005) u l-qamħirrum NK603 (ĠU L 295, 18.9.2004) ġew adottati skont id-Direttiva 2001/18/KE għall-importazzjoni u l-użu bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-kultivazzjoni.
2. SOMMARJU EŻEKUTTIV
Għandu jiġi pprovdut sommarju tar-riżultati miksuba mill-monitoraġġ u l-konklużjonijiet kumplessivi. Għandu jiġi deskritt kull adattatment propost tal-pjan ta’ monitoraġġ u metodoloġija assoċjata abbażi ta’ dawn ir-riż]ultati u l-konklużjonijiet.
3. UŻI OĦRA GĦALL-OMĠ MINBARRA L-KULTIVAZZJONI
3.1. Importazzjonijiet ta’ prodotti bażiċi fil-Komunità;
3.1.1. Importazzjonijiet ta’ għelejjel tal-prodotti bażiċi (MĠ u mhux MĠ) fil-Komunità skont il-pajjiż tal-oriġini;
3.1.2. Importazzjonijiet ta’ għelejjel tal-prodotti bażiċi (MĠ u mhux MĠ) fil-Komunità skont il-pajjiż tad-destinazzjoni;
Id-dettalji ta’ dan li ġej għandu jiġi pprovdut fit-Tabelli 3.1.1. u 3.1.2. Id-dejta reali għandha tiġi pprovuta u mhux id-dejta stmata (bl-eċċezzjoni tas-sehem OMĠ fl-importazzjonijiet fil-Komunità):
|
(a) |
Il-pajjiż tal-esportazzjoni li fih jiġu kkultivati l-għelejjel MĠ; |
|
(b) |
Il-kwantità f’tunnellati tal-għelejjel tal-prodotti bażiċi esportati (MĠ u mhux MĠ); |
|
(c) |
L-Istati Membri Komunitarji li fihom l-għelejjel tal-prodotti bażiċi jiġu importati (MĠ u mhux MĠ); |
|
(d) |
Il-kwantità f’tunnellati tal-għelejjel tal-prodotti bażiċi esportati (MĠ u mhux MĠ). |
3.1.3. Analiżi tad-dejta provduta fit-tabelli 3.1.1 u 3.1.2
Analiżi bħal din għandha tagħti fil-qosor is-sors tad-dejta pprovduta, jekk l-importazzjoni żdiditx jew naqsitx matul is-snin preċedenti u r-raġunijiet għal kwalunkwe tibdil, l-akbar fornituri ta’ għelejjel minn barra l-Komunità lill-UE kif ukoll l-importaturi ewlenin tal-għelejjel minn barra l-UE lill-UE, kwalunkwe bidla fix-xejriet f’relazzjoni mas-swieq sinifikanti tal-importazzjoni meta mqabbla mas-snin preċedenti u r-raġunijiet għal dan.
3.2. Sorveljanza Ġenerali
3.2.1. Deskrizzjoni tas-Sorveljanza Ġenerali
Deskrizzjoni tas-Sorveljanza Ġenerali mwettqa, li tinkludi iżda mhux limitata għad-dettalji tal-metodoloġiji kollha użati fosthom il-parametri osservati, il-metodoloġija tal-ġbir tad-dejta, it-tipi ta’ pożizzjoni (lokazzjoni).
3.2.2. Dettalji tan-netwerks ta’ sorveljanza relatati mal-Industrija, mal-Ambjent, mal-Ikel u/jew l-Għalf
Għadhom jiġu pprovduti dettalji tan-netwerks ta’ sorveljanza relatati mal-industrija, mal-ambjent, mal-ikel u/jew l-għalf, użati matul is-Sorveljanza Ġenerali. Għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ kull netwerk ta’ sorveljanza identifikat:
|
(a) |
L-isem u indikazzjoni ta’ jekk in-netwerk hux relatat mal-industrija, mal-ambjent, mal-ikel u/jew l-għalf; |
|
(b) |
L-Istati Membri li fihom in-netwerk ta’ sorveljanza huwa attiv u jekk huwiex attiv fuq il-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali; |
|
(c) |
Sit elettroniku; |
|
(d) |
Għan tal-protezzjoni; |
|
(e) |
Kif in-netwerk jiġbor l-informazzjoni rilevanti għas-Sorveljanza Ġenerali; |
|
(f) |
Proċedura għan-notifikar tal-effetti negattivi lid-detentur tal-awtorizzazzjoni/tal-kunsens; |
|
(g) |
Kriterji użati għall-għażla tan-netwerk ta’ sorveljanza. |
3.2.3. Dettalji tal-informazzjoni u/jew taħriġ ipprovdut lill-importaturi, kummerċjanti, operaturi, proċessaturi, eċċ.
Għandhom ikunu pprovduti d-dettalji tal-informazzjoni disponibbli għall-importaturi, kummerċjanti, operaturi, proċessaturi eċċ, meta u kif din l-informazzjoni saret disponibbli u l-provvedimenti meħuda biex il-gruppi tal-utenti msemmija jinżammu aġġornati dwar kwalunkwe tibdil għall-informazzjoni eżistenti jew informazzjoni ġdida.
3.2.4. Riżultati tas-Sorveljanza Ġenerali
Għandhom jiġu pprovduti r-riżultati tas-Sorveljanza Ġenerali mwettqa, fosthom effetti diretti, indiretti, imdewma u/jew kumulattivi osservati, u b’mod partikolari n-natura ta’ kwalunkwe effetti negattivi osservati u l-konklużjonijiet meħuda. Il-parametri osservati tal-metodoloġiji ta’ monitoraġġ kollha, għandhom jiġu analizzati, interpretati u diskussi fid-dettal, filwaqt li fl-istess ħin għandu jintwera kif dawn ir-riżultati jappoġġaw il-konklużjonijiet kumplessivi meħuda mid-detentur tal-awtorizzazzjoni/tal-kunsens. Din it-taqsima tar-rapport għandha tkun dettaljata kemm jista’ jkun sabiex id-dejta tkun tista’ tiġi interpretata kif suppost.
3.2.5. Informazzjoni addizzjonali
Jekk ikunu ġew osservati effetti negattivi jew mhux antiċipati, għandha tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali, bħar-reġjun jew pożizzjoni rilevanti, passi meħuda biex jiġi kkonfermat l-effett negattiv, azzjonijiet rimedjali jew miżuri għat-tnaqqis tar-riskji li kienu jew li se jkun meħtieġ li jiġu implimentati fid-dawl tal-effett negattiv, implikazzjonijiet konsegwenti għall-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u kwalunkwe konklużjonijiet oħra. Din it-taqsima tar-rapport għandha tkun dettaljata kemm jista’ jkun sabiex id-dejta tkun tista’ tiġi interpretata kif suppost.
3.2.6. Analiżi tal-pubblikazzjonijiet riveduti mill-pari — Appendiċi
Pubblikazzjonijiet riveduti mill-pari fosthom artikoli tal-ġurnali, proċedimenti ta’ konferenzi, dokumenti ta’ analiżi u kwalunkwe studji addizzjonali jew sorsi oħra ta’ informazzjoni rilevanti għall-kultivazzjoni tal-kombinazzjoni għalla/karatteristika li għaliha qed jitfassal ir-rapport, għandhom jitqiesu u jiġu analizzati fil-kuntest tar-riżultati tal-monitoraġġ u tal-pjan tal-monitoraġġ. Dawn il-pubblikazzjonijiet għandhom jiġu elenkati u mqassra u d-dettalji tagħhom għandhom jiġu pprovduti skont l-Anness. L-analiżi tal-letteratura għandha tidentifika l-pubblikazzjonijiet kollha rilevanti li jkunu nħarġu matul il-perjodu ta’ rappurtar. Proċedimenti tal-konferenzi, dokumenti ta’ analiżi u studji addizzjonali mwettqa mid-detentur tal-kunsens li ma kinux soġġetti għal reviżjoni mill-pari jistgħu jiġu pprovduti kull meta jitqiesu li huma rilevanti.
3.3. Monitoraġġ Speċifiku għall-Każijiet Partikolari
3.3.1. Riżultati tal-Monitoraġġ Speċifiku għall-Każijiet Partikolari (jekk japplika):
Rekwiżiti tal-Monitoraġġ Speċifiku għal Każijiet partikolari li jkunu ġew identifikati fil-valutazzjoni tal-impatt ambjentali (ERA) u fid-deċiżjoni korrispondenti, u r-riżultati tal-Monitoraġġ Speċifiku għal Każijiet Partikolari mwettaq għandhom jingħataw fil-qosor, flimkien ma informazzjoni dettaljata dwar il-metodoloġija, il-frekwenza, id-dewmien, ir-riżultati tal-monitoraġġ, l-analiżi u l-konklużjonijiet. Taħt din it-taqsima, id-detentur tal-awtorizzazzjoni/kunsens għandu juri kif tkun inġabret u ġiet analizzata l-informazzjoni b’appoġġ għall-konklużjonijiet meħuda. Din it-taqsima tar-rapport għandha tkun dettaljata kemm jista’ jkun sabiex id-dejta tkun tista’ tiġi interpretata kif suppost.
3.3.2. Proċessar (jekk applikabbli):
L-informazzjoni stipulata f’din it-taqsima għandha tiġi pprovduta biss fejn l-awtorizzazzjoni jew il-pjan ta’ monitoraġġ jesiġu l-monitoraġġ ta’ rilaxx aċċidentali u:
|
(a) |
fejn l-ipproċessar iseħħ f’siti minbarra dawk fil-konfini tal-port tal-importazzjoni; jew |
|
(b) |
fir-rigward tal-postijiet tal-ipproċessar għall-għelejjel MĠ kkultivati ġewwa l-Istati Membri/il-Komunità. |
3.3.3. Il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-effetti negattivi li jirriżultaw mir-Rilaxxi Aċċidentali (jekk japplika):
Għandha tiġi pprovduta sinteżi tal-miżuri li jkunu ttieħdu sabiex jiġu mmonitorjati r-rilaxxi aċċidentali, jekk dan il-monitoraġġ ikun meħtieġ mill-awtorizzazzjoni/kunsens jew mill-pjan attwali ta’ monitoraġġ, eż. il-frekwenza li biha seħħ dan il-monitoraġġ, il-metodoloġiji tal-monitoraġġ li jkunu intużaw, il-miżuri li jkunu ttieħdu sabiex jitnaqqas it-tixrid kemm jista’ jkun u l-proċeduri ta’ tindif fis-seħħ. Barra minn hekk, kwalunkwe effetti insoliti, negattivi jew relatati mal-OMĠ, li jiġu osservati għandhom jiġu rreġistrati. L-informazzjoni għandha tiġi provduta fir-rigward ta’ dan li ġej:
|
(a) |
portijiet li minnhom qegħdin jiġu importati għelejjel MĠ u fejn l-ipproċessar iseħħ fil-konfini tal-portijiet; |
|
(b) |
dawk is-siti ta’ proċessar identifikati fit-Taqsima 3.3.2. |
3.4. Rimarki tal-għeluq:
Id-dokumentazzjoni rċevuta min-netwerks ta’ sorveljanza jew metodi oħra ta’ sorveljanza b’appoġġ għal kwalunkwe aspett tal-monitoraġġ imwettaq għandha tkun annessa mar-rapport u fejn rilevanti, annotata u referenzjata mar-rapport innifsu. Sinteżi tar-riżultati ta’ monitoraġġ miksuba permezz tan-netwerks, l-analiżi tal-letteratura u l-konklużjonijiet ġenerali misluta għandhom jiġu pprovduti.
4. SINTEŻI TAR-RIŻULTATI U L-KONKLUŻJONIJIET
Sinteżi tar-riżultati ta’ monitoraġġ miksuba u l-konklużjonijiet ġenerali misluta għandhom jiġu pprovduti. Is-sommarju għandu juri biċ-ċar kif is-sejbiet tal-monitoraġġ li jkun sar u l-interpretazzjoni tad-dejta jappoġġaw dawk il-konklużjonijiet.
5. ADATTAMENT TAL-PJAN TA’ MONITORAĠĠ U METODOLOĠIJA ASSOĊJATA GĦAS-SNIN LI ĠEJJIN
Għandha tiġi pprovduta valutazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u l-metodoloġija assoċjata li jintużaw għall-finijiet tar-rapport. L-effikaċja u l-limitazzjonijiet tal-metodoloġiji użati sabiex jiġu rilevati l-effetti negattivi għandhom jitqiesu u għandu jiġi speċifikat jekk il-pjan ta’ monitoraġġ u l-metodoloġija assoċjata teħtieġx li tiġi modifikata jew adattata fid-dawl tal-informazzjoni tal-monitoraġġ fir-rigward tar-rilevanza u l-kwalità tad-dejta miġbura u l-inċertezza tar-riżultati ppreżentati fir-rapport.