<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-363/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0363</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:12">EU:C:2018:12</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20180117">17.1.2018</DATE> – Kawża C-363/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20180117">17 ta’ Jannar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ rkupru</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 108(2) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Regolament Nru (CE) 659/1999</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14(3)</KEYWORD><KEYWORD>Kumpannija benefiċjarja ddikjarata falluta</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Reġistrazzjoni tad-djun fl-iskeda tal-kredituri</KEYWORD><KEYWORD>Waqfien tal-attivitajiet</KEYWORD><KEYWORD>Sospensjoni tal-proċeduri ta’ falliment għall-finijiet ta’ eżami tal-possibbiltà li l-attivitajiet jinbdew mill-ġdid</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ eżekuzzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑363/16,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 108(2) TFUE, ippreżentat fit-<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn A. Bouchagiar u B. Stromsky, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ellenika</HT>, irrappreżentata minn K. Boskovits u V. Karra, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, C. G. Fernlund, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20171010">10 ta’ Ottubru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi ma ħaditx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/541/UE tat-<DATE ISO="20120222">22 ta’ Frar 2012</DATE> dwar għajnuna mill-Istat SA.26534 (C 27/10 ex NN 6/09) mogħtija mill-Greċja lill-United Textiles SA (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="279" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 279, p. 30</REF.DOC.OJ>), u, f’kull każ, billi ma informatx b’mod suffiċjenti, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni, lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li hija ħadet, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll taħt it-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), tħassar mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>). Madankollu, fid-dawl ta’ meta seħħew il-fatti, ir-Regolament Nru 659/1999 jibqa’ applikabbli għal din it-tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 13 tar-Regolament Nru 659/1999 kienet tgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Billi f’każijiet ta’ għajnuna llegali li m’hijiex kompatibbli mas-suq komuni, għandha terġa titqajjem kompetizzjoni effettiva; billi għal dan il-għan huwa meħtieġ li l-għajnuna, li tinkludi l-imgħax, għandha tinġieb lura mingħajr dewmien; billi huwa xieraq li r-radd lura jsir f’konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali; billi l-applikazzjoni ta’ dawk il-proċeduri m'għandhomx, billi jipprevjenu l-esekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, timpedixxi l-qawmien mill-ġdid tal-kompetizzjoni effettiva; billi sabiex jinkiseb dan ir-riżultat, Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw l-effettività tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 659/1999 kien jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Mingħajr preġudizzju għall-ebda ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja [tal-Unjoni Ewropea] skond l-Artikolu [278 TFUE], ir-rkupru għandu jsir mingħajr dewmien u f’konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru kkonċernat, sakemm jippermettu għall-esekuzzjoni mmedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Għal dan l-effett u fl-eventwalità ta’ proċedura quddiem il-qrati nazzjonali, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li huma disponibbli fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, li jinkludu miżuri proviżjonali, mingħajr preġudizzju għall-liġi tal-[Unjoni].<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>United Textiles SA hija kumpannija tat-tessuti Griega li l-attività tagħha hija l-produzzjoni ta’ ħwejjeġ, ta’ fibri u ta’ drapp. Is-sitwazzjoni ta’ din il-kumpannija ddeterjorat mill-inqas mill-2004, bi tnaqqis progressiv fil-bejgħ. L-impjanti tagħha waqfu joperaw mill-2008, minħabba nuqqas ta’ kapital operattiv. Minn dak iż-żmien ’l hawn, kważi s-self bankarju kollu tagħha sar dovut. F’Marzu 2009, il-produzzjoni kważi waqfet għal kollox.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-2007, ir-Repubblika Ellenika tat lill-United Textiles garanzija għar-rifinanzjament ta’ self bankarju eżistenti u għall-għoti ta’ self ġdid (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>għajnuna mill-Istat tal-2007<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Fl-2009, ir-Repubblika Ellenika wettqet skedar mill-ġdid tad-djun dovuti ta’ United Textiles fir-rigward tas-sigurtà soċjali għall-perijodu mill-2004 sal-2009 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>għajnuna mill-Istat tal-2009<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20120222">22 ta’ Frar 2012</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2012/541, innotifikata lir-Repubblika Ellenika fit-<DATE ISO="20120223">23 ta’ Frar 2012</DATE> u li l-Artikoli 1 sa 4 tagħha huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Artikolu 1</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, favur [United Textiles S.A.], fil-forma ta’ garanzija Statali mogħtija fl-2007 u ta’ skedar mill-ġdid li sar fl-2009 ta’ obbligi [djun] mhux imħalsin lill-assigurazzjoni soċjali, hija inkumpatibbli mas-suq intern.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 2</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Greċja se [għandha] tirkupra mingħand il-benefiċjarju l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1).</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 3</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1) ikun immedjat u effettiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Greċja [għandha] tiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Greċja [għandha] tissottometti t-tagħrif li ġej lill-Kummissjoni:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-ammont totali (il-kapital u l-imgħax fuq l-irkupru) li għandhom jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>deskrizzjoni fid-dettall tal-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u ta’ dawk li jkunu ppjanati biex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>dokumenti li juru li l-benefiċjarju jkun ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Greċja [għandha] żżomm lill-Kummissjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħudin sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm l-irkupru tal-għajnuna stipulata fl-Artikolu 1(1) ikun tlesta. Hija [għandha] tissottometti minnufih, jekk issir talba mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u dawk li jkunu ppjanati għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni. [Hija għandha] [t]ipprovdi ukoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u ta’ mgħaxijiet fuq l-irkupru li jkunu diġà ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarju.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, l-awtoritajiet Elleniċi kompetenti ċċertifikaw dejn ta’ EUR 19 181 729.10 inkluż l-ammont tal-għajnuna mill-Istat tal-2007. Fid-<DATE ISO="20120829">29 ta’ Awwissu 2012</DATE>, dawn l-awtoritajiet iċċertifikaw dejn supplimentari ta’ EUR 15 827 427.78 inkluż l-ammont tal-għajnuna mill-Istat tal-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest u wara talbiet għal informazzjoni, l-awtoritajiet Elleniċi informaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20120803">3 ta’ Awwissu 2012</DATE>, li United Textiles kienet ġiet uffiċjalment iddikjarata falluta fid-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura ta’ falliment, it-terminu mogħti għall-finijiet tan-notifika tad-dejn beda jiddekorri fit-<DATE ISO="20120730">30 ta’ Lulju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika pproċediet għan-notifiki tad-djun li jirrigwardaw u li jinkludu l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati abbażi tal-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2012/541.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Id-djun ġew innotifikati lir-Reġistru tal-Qorti tal-Fallimenti fit-<DATE ISO="20120803">3 ta’ Awwissu 2012</DATE> għall-għajnuna mill-Istat tal-2007 u fl-<DATE ISO="20120914">14 ta’ Settembru 2012</DATE> għall-għajnuna mill-Istat tal-2009. L-aħħar notifika saret fis-<DATE ISO="20130207">7 ta’ Frar 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-2013, inbdiet proċedura ta’ bejgħ b’irkant pubbliku tal-assi ta’ United Textiles.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ messaġġi elettroniċi tas-7 u tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, l-amministratur tal-proċedura ta’ insolvenza ta’ United Textiles informa lill-Kummissjoni dwar tentattivi tal-Gvern Elleniku sabiex din l-impriża tibda’ topera mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-imsemmija istituzzjoni talbet lill-awtoritajiet Elleniċi, permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20151218">18 ta’ Diċembru 2015</DATE>, sabiex jiċċaraw jekk effettivament kinux jeżistu proġetti sabiex United Textiles tibda’ topera mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20160119">19 ta’ Jannar 2016</DATE>, dawn l-awtoritajiet indikaw lill-Kummissjoni li huma kienu ddeċidew, permezz ta’ att ta’ kontenut leġiżlattiv tat-<DATE ISO="20151230">30 ta’ Diċembru 2015</DATE> (iktar’ il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>AKL<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), li jissospendu, għal perjodu ta’ sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-att fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Ellenika</HT>, il-proċedura ta’ bejgħ b’irkant pubbliku tal-assi ta’ United Textiles, sabiex tiġi eżaminata iktar fil-fond il-possibbiltà li titkompla l-attività ta’ din l-impriża fil-kuntest usa’ tal-politika ta’ stimolu tal-industrija Ellenika u ta’ sigurtà tal-impjiegi. L-imsemmija awtoritajiet indikaw ukoll li huma kellhom l-intenzjoni li, fi kwalunkwe każ, jittieħed inkunsiderazzjoni l-avviż tal-Kummissjoni intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata Għajnuna mill-Istat inkompatibbli [mas-suq komuni u] li ngħatat kontra l-liġi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="272" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 272, p. 4</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’laqgħa f’Ateni (il-Greċja), fil-<DATE ISO="20160211">11 ta’ Frar 2016</DATE>, u permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20160222">22 ta’ Frar 2016</DATE>, is-servizzi tal-Kummissjoni talbu lill-awtoritajiet Elleniċi sabiex jipproċedu immedjatament għall-irkupru sħiħ tal-għajnuna jew li jkomplu l-proċedura ta’ falliment ta’ United Textiles.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20160411">11 ta’ April 2016</DATE>, l-awtoritajiet Elleniċi infurmaw lill-Kummissjoni li l-pjan ta’ bidu mill-ġdid tal-operat eżaminat mir-Repubblika Ellenika jinkludi irkupru totali u immedjat tal-għajnuna mill-Istat mogħtija, flimkien mal-interessi, qabel it-tkomplija eventwali tal-attività ta’ United Textiles. Permezz ta’ din l-ittra, huma talbu terminu ta’ 30 jum ta’ xogħol sabiex jikkonkludu l-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-imsemmi pjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tinvoka żewġ ilmenti, ibbażati fuq il-ksur, rispettivament, tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni 2012/541 kif ukoll tal-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, fl-ewwel lok, li r-Repubblika Ellenika ma ħaditx, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra l-għajnuna inkompatibbli u, fit-tieni lok, li dan l-Istat ma informahiex b’mod suffiċjenti dwar il-miżuri meħuda skont l-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment, ibbażat fuq nuqqas ta’ rkupru tal-għajnuna inkompatibbli</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li, fid-data tal-iskadenza tat-terminu previst fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2012/541, jiġifieri fil-<DATE ISO="20120625">25 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ir-Repubblika Ellenika ma kinitx żgurat l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Din l-istituzzjoni tosserva li hija ma kinitx estendiet it-terminu ta’ eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li, sabiex jissodisfa l-obbligu tiegħu ta’ rkupru ta’ għajnuna inkompatibbli, Stat Membru jista’ jirkupra mingħand l-impriża benefiċjarja l-ammont kollu ta’ din l-għajnuna, flimkien mal-interessi, jew, fin-nuqqas ta’ dan, jikseb id-dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ din l-impriża mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni d-diffikultajiet finanzjarji tal-imsemmija impriża u, fil-kuntest tal-proċedura ta’ falliment, jinkludi fl-iskeda tal-passiv dik dwar l-imsemmija għajnuna. F’din l-aħħar ipoteżi, l-istralċ tal-impriża inkwistjoni għandu jkun akkumpanjat minn waqfien definittiv tal-attività tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni huwa evidenti li, fid-data tal-iskadenza tat-terminu ta’ eżekuzzjoni, ir-Repubblika Ellenika ma kinitx ssodisfat dawn l-obbligi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-waqfien definittiv tal-attività tal-impriża benefiċjarja, il-Kummissjoni ssostni li, sabiex tiġi ggarantita l-eliminazzjoni tal-vantaġġ kompetittiv, din l-impriża għandha tieqaf teżisti mill-mument fejn hija tinsab fl-impossibbiltà assoluta li tħallas lura l-għajnuna li rċeviet. F’din l-ipoteżi, l-imsemmija impriża tintrabat fi proċess irriversibbli li jwassal għat-tmiem tal-eżistenza tagħha u li ma jistax jitwaqqaf, anki temporanjament, għar-raġuni li l-Istat Membru jkun jixtieq jeżamina l-possibbiltà ta’ rkupru totali u ta’ tkomplija tal-attività tal-impriża benefiċjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-awtoritajiet Elleniċi li, skont l-Artikolu 17 tal-AKL, issospendew il-proċedura ta’ falliment fil-fażi tal-bejgħ b’irkant pubbliku tal-assi ta’ United Textiles sabiex tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’ tkomplija tal-attività ta’ din l-impriża, ma ssodisfawx il-kundizzjoni ta’ waqfien definittiv tal-attività tal-imsemmija impriża. Fil-fatt, dawn l-awtoritajiet issospendew effettivament il-proċedura ta’ falliment sabiex jitwettaq eżami ipotetiku tal-possibbiltà ta’ tkomplija tal-attività ta’ United Textiles. Huma għalhekk invertew il-proċess li jwassal għat-tmiem tal-eżistenza ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika ssostni li ċ-ċirkustanza li impriżi benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat ikunu f’diffikultà jew f’falliment ma jaffettwax l-obbligu ta’ rkupru ta’ din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Hija tosserva, barra minn hekk, li l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti u l-eliminazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-għajnuna mogħtija illegalment jistgħu, bħala prinċipju, jinkisbu billi fl-iskeda tal-passiv jiġi rreġistrat id-dejn relatat mal-ħlas lura tal-għajnuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Dan l-Istat Membru josserva, minn naħa, li huwa abbażi tad-Deċiżjoni 2012/541 li United Textiles kienet, fid-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, ġiet iddikjarata falluta u li, minħabba f’hekk, hija ma teżerċita ebda attività fis-suq, b’tali mod li ma teżisti l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni f’dan is-suq. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Elleniċi kienu żammew kuntatt kontinwu mas-servizzi tal-Kummissjoni sabiex tingħata l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-proċedura ta’ falliment u, b’mod partikolari, dwar ir-reġistrazzjoni fl-iskeda tal-passiv tad-dejn relatat mal-ħlas lura tal-għajnuna illegali, dwar il-klassifikazzjoni tad-djun f’din l-iskeda u dwar il-waqfien tal-attività ta’ United Textiles. Għaldaqstant, ir-Repubblika Ellenika ssostni li hija ħadet il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra l-għajnuna mogħtija illegalment lil United Textiles matul il-proċedura ta’ falliment tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li din il-proċedura ta’ falliment għandha tkun irriversibbli u twassal għall-waqfien definittiv tal-attività tal-impriża li bbenefikat mill-għajnuna illegali, ir-Repubblika Ellenika tosserva li la l-ġurisprudenza u lanqas il-prassi tal-Kummissjoni ma jimponu li l-falliment ta’ impriża jirriżulta fi proċess irriversibbli li jwassal għat-tmiem tal-eżistenza tagħha. L-għan u l-loġika tad-dritt tal-għajnuna mill-Istat huma l-eliminazzjoni tal-vantaġġi kompetittivi miksuba minn impriża bis-saħħa tal-għajnuna, u mhux it-tmiem definittiv tal-eżistenza ta’ din l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, skont ir-Repubblika Ellenika, li, meta, matul il-proċedura ta’ falliment, tkun ingħatat prova li l-impriża benefiċjarja tal-għajnuna waqfet l-attivitajiet tagħha, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni tkun intemmet, peress li l-vantaġġ kompetittiv marbut mal-benefiċċju tal-għajnuna mill-Istat ikun tħassar. F’dawn iċ-ċirkustanzi, xejn ma jeskludi li pjan ta’ tkomplija sostenibbli tal-attivitajiet ta’ din l-impriża, li jipprevedi l-irkupru sħiħ tal-għajnuna kkonċernata qabel ma jitkomplew l-attivitajiet, jista’ jiġi ppreżentat fil-laqgħa tal-kredituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika tiddeduċi mill-avviż tal-Kummissjoni ċċitat fil-punt 16 ta’ din is-sentenza u li l-punt 67 tiegħu jsemmi espressament il-possibbiltà li jiġi propost pjan ta’ kontinwazzjoni tal-attivitajiet, li l-ftuħ u t-tkomplija tal-proċedura ta’ falliment ma jipprekludux, f’ċerti każijiet, it-tkomplija tal-attività tal-impriża, sakemm l-għajnuna mogħtija tiġi effettivament irkuprata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sospensjoni għal sitt xhur, skont l-Artikolu 17 tal-AKL, tal-proċedura ta’ bejgħ b’irkant pubbliku tal-assi ta’ din il-kumpannija, tista’ titqies bħala miżura raġonevoli u limitata <HT TYPE="ITALIC">rationae temporis</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Istat Membru destinatarju ta’ deċiżjoni li tobbligah jirkupra għajnuna illegali ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern huwa obbligat, skont l-Artikolu 288 TFUE, li jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżgura l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Dan għandu jwassal għall-irkupru effettiv tas-somom dovuti sabiex tiġi eliminata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni maħluqa mill-vantaġġ kompetittiv mogħti minn din l-għajnuna (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑529/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:31">EU:C:2013:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 659/1999, moqri fid-dawl tal-premessa 13 ta’ dan ir-regolament, jirriżulta li l-irkupru ta’ għajnuna illegali ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern għandu jsir mingħajr dewmien u f’konformità mal-proċeduri previsti mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm dawn tal-aħħar jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha previsti mis-sistemi ġuridiċi rispettivi tagħhom, inklużi l-miżuri provviżorji, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2193">EU:C:2014:2193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ipoteżi li l-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment għandha tiġi rkuprata minn impriżi benefiċjarji f’diffikultà jew fi stat ta’ falliment, għandu jitfakkar li tali diffikultajiet ma jaffettwawx l-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, l-Istat Membru huwa obbligat, skont il-każ, jikseb l-istralċ tal-kumpannija, jirreġistra d-dejn tiegħu fil-passiv tagħha jew jieħu kull miżura oħra li tippermetti l-ħlas lura tal-għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071206">6 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/05</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:753">EU:C:2007:753</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti u l-eliminazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta minn din l-għajnuna jistgħu, bħala prinċipju, jinkisbu billi fl-iskeda tal-passiv jiġi rreġistrat id-dejn relatat mal-ħlas lura tal-għajnuna kkonċernata (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li tali reġistrazzjoni tippermetti li jiġi ssodisfatt l-obbligu ta’ rkupru biss jekk, fil-każ li l-awtoritajiet statali ma jkunux jistgħu jirkupraw l-ammont kollu tal-għajnuna, il-proċedura ta’ falliment twassal għall-istralċ tal-impriża, jiġifieri l-waqfien definittiv tal-attività tagħha, li l-awtoritajiet statali jistgħu jikkawżaw fil-kapaċità tagħhom bħala azzjonisti jew kredituri (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:650">EU:C:2011:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-waqfien definittiv tal-attivitajiet tal-impriża benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat huwa meħtieġ biss fil-każ fejn l-irkupru tal-ammont sħiħ tal-għajnuna jibqa’ impossibbli matul il-proċedura ta’ falliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-aspetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-irkupru tal-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern, minn naħa, għandu jitfakkar li rkupru tardiv, jiġifieri wara t-termini stabbiliti, ma jistax jissodisfa r-rekwiżiti tat-Trattat (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑411/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:832">EU:C:2013:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi osservat, kif għamlet l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tagħha, li jidher improbabbli li d-diversi stadji ta’ proċedura ta’ falliment, mill-petizzjoni inizjali għal falliment sad-dikjarazzjoni ta’ falliment u r-reġistrazzjoni fl-iskeda tal-passiv sal-istralċ tal-benefiċjarju u l-irkupru sħiħ tal-għajnuna kkonċernata jew, skont il-każ, il-waqfien definittiv tal-attivitajiet tal-imsemmi benefiċjarju, iseħħu, normalment, fit-terminu ta’ erba’ xhur stabbilit normalment mill-Kummissjoni sabiex tiġi rkuprata l-għajnuna illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-reġistrazzjoni fl-iskeda tal-passiv tad-dejn relatat mal-ħlas lura tal-għajnuna kkonċernata għandha titqies li hija, bħala prinċipju, miżura xierqa li tista’ tiżgura l-eliminazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, kif tfakkar fil-punt 37 ta’ din is-sentenza, sakemm tali miżura hija segwita mill-irkupru tal-ammont sħiħ tal-imsemmija għajnuna jew mill-istralċ tal-impriża u mill-waqfien definittiv tal-attivitajiet tagħha, jekk tali rkupru jibqa’ impossibbli matul il-proċedura ta’ falliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Sabiex tali miżura tkun effettiva b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżit għal eżekuzzjoni immedjata tad-deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna illegali ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern, hija għandha, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 60 tal-konklużjonijiet tagħha, isseħħ fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:250">EU:C:2011:250</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:650">EU:C:2011:650</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex tkun tista’ tiġi evalwata, f’dan il-każ, l-eżistenza ta’ ksur taħt l-Artikolu 108(2) TFUE, għandu tiġi ddeterminata d-data li fiha r-Repubblika Ellenika kellha tirreġistra d-djun relatati mal-ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li d-data ta’ riferiment għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE hija dik prevista fid-deċiżjoni li n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tagħha jkun qiegħed jiġi kkontestat jew, jekk ikun il-każ, dik li l-Kummissjoni tkun iffissat suċċessivament (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑37/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:90">EU:C:2015:90</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Issa, fejn, f’każ partikolari, iċ-ċirkustanzi jew ir-raġunijiet relatati mal-proċeduri interni jipprekludu l-Istat Membru milli jirreġistra fl-iskeda tal-passiv id-dejn relatat mal-għajnuna kkonċernata fit-terminu previst, dan l-Istat għandu, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jissottometti dawn il-problemi għall-evalwazzjoni tal-Kummissjoni billi jipproponi emendi xierqa għad-deċiżjoni inkwistjoni. L-imsemmi Stat u l-Kummissjoni għandhom, skont ir-regola li timponi fuq l-Istati Membri u fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dmirijiet reċiproċi ta’ kooperazzjoni leali, li toħroġ, b’mod partikolari mill-Artikolu 4(3) TUE, jikkollaboraw b’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> sabiex jegħlbu d-diffikultajiet filwaqt li josservaw b’mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u, b’mod partikolari, dawk li jirrigwardaw l-għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑37/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:90">EU:C:2015:90</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, sakemm l-Istat Membru ma jkunx talab estensjoni tat-terminu stabbilit permezz tad-deċiżjoni li tordna l-irkupru tal-għajnuna mogħtija illegalment, id-data ta’ riferiment għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE u, b’mod partikolari, għar-reġistrazzjoni fl-iskeda tal-passiv tad-dejn relatat mal-ħlas lura tal-għajnuna kkonċernata tibqa’ dik prevista f’din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jekk, fid-data prevista fid-deċiżjoni li tordna l-imsemmi rkupru jew, skont il-każ, fid-data stabbilita, sussegwentement, mill-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri kollha neċessarji li jippermettu li jiġi ssodisfatt l-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna inkwistjoni u, b’mod partikolari, l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti u l-eliminazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-għajnuna mill-Istat kkonċernata, għandu jitqies, għall-finijiet tal-proċedura għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE, li dan l-Istat Membru jkun naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni u li, għaldaqstant, kull miżura oħra li tittieħed wara t-terminu stabbilit ma tkunx rilevanti għall-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk dan l-Istat Membru jkunx ħa l-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni fid-data tal-iskadenza tat-terminu ta’ eżekuzzjoni stabbilit mill-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010703">3 ta’ Lulju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑378/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:370">EU:C:2001:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Repubblika Ellenika kienet obbligata, skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2012/541, tiżgura l-irkupru immedjat u effettiv tal-għajnuna inkwistjoni. Dan l-Istat Membru kellu dan il-għan, skont l-Artikolu 3(2), terminu ta’ erba’ xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li ma ngħatat l-ebda estensjoni ta’ dan it-terminu mill-Kummissjoni, id-data ta’ riferiment għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE hija dik prevista fid-deċiżjoni 2012/541.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-imsemmija deċiżjoni ġiet innotifikata lir-Repubblika Ellenika fit-<DATE ISO="20120223">23 ta’ Frar 2012</DATE>, għandu jiġi kkonstatat li t-terminu li kien ġie stabbilit sabiex dan l-Istat Membru jirkupra l-għajnuna mogħtija illegalment kien jiskadi fil-<DATE ISO="20120625">25 ta’ Ġunju 2012</DATE>, peress li s-<DATE ISO="20120623">23 ta’ Ġunju 2012</DATE> kien is-Sibt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, huwa minnu li kien biss fid-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE> li United Textiles ġiet uffiċjalment iddikjarata falluta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-annessi tal-proċess jirriżulta li t-terminu mogħti għall-finijiet tan-notifika tal-djun beda jiddekorri fit-<DATE ISO="20120730">30 ta’ Lulju 2012</DATE> u li l-awtoritajiet Elleniċi nnotifikaw id-djun lir-Reġistru tal-Qorti tal-Falliment fit-<DATE ISO="20120803">3 ta’ Awwissu 2012</DATE>, għall-għajnuna mill-Istat tal-2007, u fl-<DATE ISO="20120914">14 ta’ Settembru 2012</DATE>, għall-għajnuna mill-Istat tal-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti mir-Repubblika Ellenika waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-aħħar notifika seħħet fis-<DATE ISO="20130207">7 ta’ Frar 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li r-Repubblika Ellenika ma ħaditx, fit-termini preskritti, il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2012/541, hemm lok li jintlaqa’ l-ewwel ilment tal-Kummissjoni, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni lment, ibbażat fuq nuqqas ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni lment tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, f’kull każ, ir-Repubblika Ellenika ma informahiex b’mod suffiċjenti dwar il-miżuri meħuda għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2012/541. Qabelxejn, il-Kummissjoni tikkonstata li kien permezz tal-ittra tal-awtoritajiet Elleniċi tad-<DATE ISO="20160119">19 ta’ Jannar 2016</DATE> li hija kienet ġiet informata bis-sospensjoni tal-proċedura ta’ bejgħ b’irkant pubbliku tal-assi ta’ United Textiles. Sussegwentement, il-Kummissjoni tosserva li dan l-Istat Membru ma pprovda ebda informazzjoni tanġibbli li tgħid li United Textiles ma toperax fis-suq u li din il-kumpannija waqfet teżerċita kull attività wara Diċembru 2015. Fl-aħħar nett, skont il-Kummissjoni, l-awtoritajiet Elleniċi ma pprovdew, mill-ittra tagħhom tal-<DATE ISO="20160411">11 ta’ April 2016</DATE>, ebda informazzjoni dwar United Textiles.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika ssostni li hija informat b’mod suffiċjenti lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2012/541.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2012/541 jimponi fuq ir-Repubblika Ellenika l-obbligu li tipprovdi ċerta informazzjoni dwar l-irkupru tal-għajnuna f’terminu ta’ xahrejn mid-data ta’ notifika ta’ din id-deċiżjoni. Peress li l-imsemmija deċiżjoni ġiet innotifikata lir-Repubblika Ellenika fit-<DATE ISO="20120223">23 ta’ Frar 2012</DATE>, għandu jiġi kkonstatat li t-terminu li ngħata lilha sabiex tipprovdi din l-informazzjoni skada fit-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tal-istess deċiżjoni jipprevedi l-obbligu għal dan l-Istat Membru, minn naħa, li jżomm lill-Kummissjoni regolarment informata bil-progress li jkun sar fir-rigward tal-miżuri meħuda għall-irkupru tal-għajnuna sakemm jitwettaq l-irkupru ta’ din l-għajnuna u, min-naħa l-oħra, li jittrażmetti informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u tal-interessi ta’ rkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-obbligu previst fl-imsemmi Artikolu 4(1), għandu jiġi kkonstatat li dan l-Istat Membru ma ssodisfax tali obbligu, peress li, kif jirriżulta mill-annessi tal-proċess, ir-Repubblika Ellenika ma kinitx ikkomunikat mal-Kummissjoni qabel Mejju 2012. Barra minn hekk, mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti mir-Repubblika Ellenika waqt is-seduta jirriżulta li l-informazzjoni dwar l-irkupru tal-għajnuna li kellha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni ma ġietx ipprovduta fit-terminu stabbilit f’dan l-Artikolu 4(1).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-obbligu previst fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2012/541, għalkemm mill-annessi tal-proċess jirriżulta li kien hemm korrispondenza frekwenti bejn il-Kummissjoni u r-Repubblika Ellenika, minn Mejju 2012, dwar il-progress tal-proċedura ta’ insolvenza ta’ United Textiles, xorta jibqa’ l-fatt li dan l-Istat Membru ma informax debitament u minn qabel lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni tal-AKL li permezz tiegħu l-bejgħ b’irkant pubbliku tal-assi il-United Textiles ġie sospiż. Kien biss wara l-ittra tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20151218">18 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li permezz tagħha hija talbet lir-Repubblika Ellenika sabiex tiċċara s-sitwazzjoni, li dan l-Istat Membru informa lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20160119">19 ta’ Jannar 2016</DATE>, li huwa kien issospenda l-imsemmi bejgħ b’irkant pubbliku għal perjodu ta’ sitt xhur sabiex jevalwa pjan sabiex United Textiles tibda’ topera mill-ġdid. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Elleniċi ma pprovdew, fl-ittra tagħhom tal-<DATE ISO="20160411">11 ta’ April 2016</DATE>, ebda informazzjoni dwar United Textiles.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li ġie stabbilit in-nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li l-Kummissjoni tiġi informata dwar il-miżuri meħuda skont id-Deċiżjoni 2012/541.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li jiġi kkonstatat li, billi ma ħadiex, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2012/541 u billi ma informatx b’mod suffiċjenti lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda skont din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll taħt it-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Repubblika Ellenika tilfet, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi ma ħaditx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/541/UE tat-<DATE ISO="20120222">22 ta’ Frar 2012</DATE> dwar għajnuna mill-Istat SA.26534 (C 27/10 ex NN 6/09), mogħtija mill-Greċja lill-United Textiles SA, u billi ma informatx b’mod suffiċjenti lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda skont din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll taħt it-Trattat FUE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>