|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/457 |
1.12.2023 |
P9_TA(2023)0098
Reviżjoni tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u r-Regolament (UE) 2015/757 (COM(2021)0551 – C9-0318/2021 – 2021/0211A(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2023/457)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0551), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0318/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Ċek, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2021 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' April 2022 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta’ Frar 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-9 ta' Marzu 2023 li tawtorizza lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jaqsam il-proċedura leġiżlattiva u jipproċedi bil-preżentazzjoni ta' żewġ testi konsolidati separati biex jiġu eżaminati fil-plenarja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0162/2022), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
|
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 175.
(2) ĠU C 301, 5.8.2022, p. 116.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-22 ta’ Ġunju 2022 (ĠU C 32, 27.1.2023, p. 108).
P9_TC1-COD(2021)0211A
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, id-Direttiva (UE) 2023/959.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fl-okkażjoni tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/959 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ skambju tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni
Fond ta' Innovazzjoni u marittimu
Is-suġġetti ddedikati għas-settur marittimu fis-sejħiet għal proposti msemmija fl-Artikolu 10a(8) għandhom jużaw 20 miljun kwota sal-2030 f’dawn l-oqsma, skont ir-regoli applikabbli stabbiliti fih.
Trasparenza tas-suq
Sabiex tkompli ttejjeb l-integrità u t-trasparenza tas-suq Ewropew tal-karbonju, il-Kummissjoni se tintroduċi bidliet fl-atti delegati li jirregolaw l-irkantar tal-kwoti tal-emissjonijiet u l-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni, biex ittejjeb ir-rapportar regolatorju u l-monitoraġġ tas-suq fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi tagħhom, tippromwovi l-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-abbuż tas-suq u tgħin fiż-żamma ta’ swieq ordnati għall-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi relatati.
L-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 (ir-Regolament dwar l-Irkantar) jistabbilixxi obbligu għall-pjattaforma tal-irkant li tirrapporta d-dettalji kompluti u preċiżi ta’ kull tranżazzjoni ta’ irkantar lill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħha deżinjata skont id-Direttiva 2014/65/UE (MiFID 2). Fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament dwar l-Irkantar, il-Kummissjoni se tipprevedi li d-data dwar l-irkantijiet tiġi rrapportata wkoll direttament lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA). Dan se jtejjeb il-monitoraġġ effiċjenti tal-irkanti fil-kwoti tal-emissjonijiet u r-rabtiet rilevanti mas-suq sekondarju.
L-Artikolu 55(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 (ir-Regolament dwar ir-Reġistru) jipprevedi li tranżazzjonijiet OTC purament bilaterali għandhom jiġu mmarkati mal-bidu ta’ trasferiment ta’ kwoti tal-emissjonijiet fir-Reġistru tal-Unjoni. Madankollu, dan l-immarkar ma jsirx b’mod sistematiku mill-parteċipanti fis-suq. Il-Kummissjoni se temenda r-rekwiżit tal-immarkar tat-tranżazzjonijiet OTC purament bilaterali, sabiex tinforma aħjar lid-detenturi tal-kontijiet u tiżgura implimentazzjoni aħjar ta’ din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se timplimenta aġġustamenti tekniċi fis-sistema tar-Reġistru tal-Unjoni biex tagħmel dan l-immarkar rekwiżit obbligatorju għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet.
Sabiex ittejjeb il-kwalità tad-data disponibbli għar-regolaturi tas-suq għall-hekk imsejjaħ suq spot tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-Kummissjoni se temenda wkoll ir-Regolament dwar ir-Reġistru biex ir-regolaturi tas-suq ikunu jistgħu jitolbu aċċess regolari għad-data mir-Reġistru tal-Unjoni. Dan se jippermetti lir-regolaturi jirċievu informazzjoni f’waqtha li tista’ tiġi kontroverifikata mad-data regolatorja riċevuta dwar is-swieq tad-derivattivi u jintervjenu jekk ikun xieraq sabiex jinżamm il-funzjonament xieraq tas-suq Ewropew tal-karbonju.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tixtieq tfakkar li, minn Jannar 2018, il-kwoti tal-emissjonijiet huma kklassifikati bħala strumenti finanzjarji permezz tad-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID2). Qabel, il-kuntratti tad-derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet biss kienu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tas-suq finanzjarju. Fil-prattika, din il-klassifikazzjoni toħloq obbligi speċifiċi ħafna għall-entitajiet li jinnegozjaw fis-suq Ewropew tal-karbonju.
Skont l-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/65/UE (MiFID 2), il-parteċipanti kollha fis-suq iridu jirrapportaw kuljum l-għadd ta’ pożizzjonijiet li jkollhom fis-suq tal-karbonju (rapportar dwar il-pożizzjoni). Dawn ir-rapporti dwar il-pożizzjoni jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti u jiġu ppubblikati kull ġimgħa mill-ESMA.
Skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (MiFIR), il-parteċipanti fis-suq iridu jirrapportaw ukoll id-dettalji tat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha tagħhom fil-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi tagħhom, inklużi t-tranżazzjonijiet barra l-Borża, lill-awtoritajiet nazzjonali (l-obbligu ta’ rapportar tat-tranżazzjonijiet). Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ir-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq), il-parteċipanti kollha fis-suq huma soġġetti għal regoli stretti dwar il-prevenzjoni tal-abbuż tas-suq, inkluż l-obbligu legali li jinnotifikaw kwalunkwe mġiba ta’ negozjar suspettuża lill-awtoritajiet finanzjarji rilevanti.
Il-parteċipanti fis-suq għandhom jirrapportaw it-tranżazzjonijiet fil-kwoti u d-derivattivi tagħhom lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti, li huma responsabbli għas-sorveljanza tas-suq tal-karbonju. Fil-livell Ewropew, l-azzjonijiet tagħhom huma kkoordinati mill-ESMA, kif inhu l-każ għal strumenti finanzjarji oħra.
Użu tad-dħul
Il-Kummissjoni tqis li l-Artikoli 3d(4), 10(3) u 30d(6) tad-Direttiva 2003/87/KE ma jobbligawx lill-Istati Membri jwarrbu fondi fil-livell nazzjonali. Dik id-Direttiva tistabbilixxi kemm is-sors tad-dħul kif ukoll l-iskopijiet ġenerali li l-Istati Membri jridu jagħżlu minnhom għall-użu ta’ dak id-dħul.
Il-Kummissjoni tikkonferma li l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jallokaw id-dħul mill-irkant tal-kwoti tal-ETS, iżda jistgħu jużaw “l-ekwivalenti f’valur finanzjarju” ta’ dan id-dħul.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/457/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)