52012DC0659

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR IKEL U INGREDJENTI TAL-IKEL TRATTATI BIR-RADJAZZJONI JONIZZANTI GĦAS-SENA 2011 /* COM/2012/0659 final */


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

DWAR IKEL U INGREDJENTI TAL-IKEL TRATTATI BIR-RADJAZZJONI JONIZZANTI GĦAS-SENA 2011

1.           Il-Bażi legali u l-isfond

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b'radjazzjoni li tijonizza[1] jirrikjedi li kull sena l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni:

– ir-riżultati tal-kontrolli li jkunu saru fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji u l-kwantitajiet ta' ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati u d-dożi li ngħataw

u

– ir-riżultati tal-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodott u l-metodi użati għall-individwazzjoni ta’ trattament b'radjazzjoni jonizzanti.

L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva jirrikjedi li l-Kummissjoni tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

– id-dettalji tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Istati Membri kif ukoll kull bidla fl-istatus tagħhom;

– rapport dwar it-tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali ta' superviżjoni.

Dan ir-rapport ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011. Dan jinkludi ġabra ta' tagħrif mgħoddi lill-Kummissjoni minn 25 Stat Membru. Il-Bulgarija u Malta ma bagħtu l-ebda dejta.

It-tagħrif dwar l-aspetti ġenerali tal-irradjazzjoni tal-ikel huwa disponibbli fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur[2].

1.1.    Il-faċilitajiet tal-irradjazzjoni

Skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 1999/2/KE, l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel jistgħu jiġu rradjati biss ġewwa faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati. Għall-faċilitajiet fl-UE, l-approvazzjoni tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Artikolu 7(3) jirrikjedi li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-faċilitajiet approvati tagħhom ta' irradjazzjoni.

L-irradjazzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel tista' biss issir permezz tas-sorsi li ġejjin:

– Raġġi gamma minn radjunuklidi 60Co jew 137Cs;

– Raġġi-X iġġenerati minn magni mħaddma fil-livell ta' enerġija nominali jew taħtu (enerġija kwantum massima) ta' 5 MeV;

– Elettroni ġġenerati minn magni mħaddma fil-livell ta' enerġija nominali jew taħtu (enerġija kwantum massima) ta' 10 MeV.

Il-lista tal-faċilitajiet ta' irradjazzjoni awtorizzati fl-Istati Membri ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni[3].

1.2.    L-ikel u l-ingredjenti tal-ikel irradjati

L-irradjazzjoni ta’ ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali hija awtorizzata fl-UE bid-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' ikel u ta' ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti[4]. Barra minn hekk, seba' Stati Membri nnotifikaw li għandhom awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal ċertu ikel u ingredjenti tal-ikel skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 1999/2/KE. Il-lista tal-awtorizzazzjonijiet nazzjonali ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni[5].

Kull prodott tal-ikel irradjat li fih ingredjent irradjat wieħed tal-ikel jew aktar għandu jkun immarkat bil-kliem “irradjat” jew “ittrattat b'radjazzjoni jonizzanti”. Jekk prodott irradjat jintuża bħala ingredjent f'ikel kompost, l-istess kliem għandhom jakkumpanjaw id-deskrizzjoni tiegħu fil-lista ta' ingredjenti. Fil-każ ta' prodotti mibjugħa bil-kwantità, dawn il-kliem għandhom jidhru flimkien mal-isem tal-prodott fuq targa jew avviż fuq jew maġenb il-kontenitur li fih jitqiegħdu l-prodotti.

Sabiex jiġi infurzat it-tikkettjar korrett jew biex jiġu individwati prodotti mhux awtorizzati, bosta metodi analitiċi ġew standardizzati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), wara mandat mogħti mill-Kummissjoni Ewropea.

2.           Ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni

Din it-taqsima tar-rapport telenka r-riżultati tal-kontrolli mwettqa fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti ttrattati u d-dożi li ngħataw. Skont l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri, il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti kkonfermaw il-konformità tal-faċilitajiet approvati tal-irradjazzjoni mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

It-tabelli li ġejjin jelenkaw il-kategoriji u l-kwantitajiet ta' prodotti li ġew irradjati fil-faċilitajiet approvati fl-Istati Membri tal-UE fl-2011.

2.1.    Il-Belġju

Hemm faċilità waħda approvata.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 238,129 || 6 - 9

Koxox taż-żrinġijiet iffriżati || 3050,944 || 5

Tjur || 1378,752 || 5

Ħut, frott tal-baħar bil-qoxra u molluski. || 153,122 || 3 – 5

Demm deidratat, plażma u koagulati || 84,1 || 6 – 9

Ħxejjex || 4,86 || 3 – 5

Id-dqiq mir-ross || 44,25 || 3

Abjad tal-bajd || 32,805 || 3

Gomma arabika || 2,1 || 3

Il-kolostru (għal riċerka veterinarja biss) || 41,887 || 0 - 10

Total || 5030,949 ||

2.2.    Il-Bulgarija

Hemm żewġ faċilitajiet approvati. L-ebda dejta ma ntbagħtet għall-2011.

2.3.    Ir-Repubblika Ċeka

Hemm faċilità waħda approvata.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 24,2 || 4-10

Total || 24,2 ||

2.4.    Il-Ġermanja

Hemm erba' faċilitajiet approvati. Ebda ikel ma ġie rradjat fi tnejn minn dawn il-faċilitajiet.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 152 || <10

Total || 152 ||

2.5.   Spanja

Hemm żewġ faċilitajiet approvati. Ebda ikel ma ġie rradjat f’waħda minn dawn il-faċilitajiet.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 307,546 || <10

Total || 307,546 ||

2.6.    L-Estonja

Hemm faċilità waħda approvata.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 19,2 || 10

Total || 19,2 ||

2.7.    Franza

Hemm ħames faċilitajiet approvati.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Tjur || 114,418 || 5

Gomma Arabika || 69,198 || 3

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 0,66 || 10

Koxox taż-żrinġijiet iffriżati || 510,625 || 5

Total || 694,901 ||

2.8.    L-Ungerija

Hemm faċilità waħda approvata.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 142 || 3-8

Total || 142 ||

2.9.    L-Italja

Hemm faċilità waħda approvata. Ma kienx hemm ikel irradjat fl-2011.

2.10. Il-Pajjiżi l-Baxxi

Hemm żewġ faċilitajiet approvati.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 199,585 || 6.4-7.3

Partijiet taż-żrinġijiet || 352,611 || 4

Laħam tat-tjur tal-irziezet || 111,955 || 5

Ħxejjex deidratati || 446,802 || 2-4

Abjad tal-bajd || 421,982 || 1.3

Gambli (iffriżati) || 38,478 || 3

Total || 1572,878 ||

2.11. Il-Polonja

Hemm żewġ faċilitajiet approvati.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 105,8 || 5-10

Total || 105,8 ||

2.12.  Ir-Rumanija

Hemm faċilità waħda approvata.

Kategorija tal- prodotti || Kwantità ttrattata (t) || Doża medja assorbita (kGy)

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 20 || 8

Total || 20 ||

2.13.  Ir-Renju Unit

Hemm faċilità waħda approvata. Ma kienx hemm ikel irradjat fl-2011.

2.14. Stati Membri oħra

Ma hemm l-ebda faċilità approvata fl-Istati Membri l-oħrajn (l-Awstrija, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Litwanja, il-Latvja, Malta, il-Portugall, l-Isvezja, is-Slovenja, is-Slovakkja).

2.15.  Sommarju għall-UE

It-tabella li ġejja tipprovdi sommarju tal-kwantitajiet ta' ikel (f'tunnellati) ittrattati bir-radjazzjoni li tijonizza f'faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Unjoni Ewropea fl-2011:

Kategorija tal-prodotti || BE || CZ || DE || EE || ES || FR || HU || NL || PL || RO || Total || %

Demm deidratat || 84,1 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 84,1 || 1,04

Abjad tal-bajd || 32,8 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 422 || 0 || 0 || 454,8 || 5,64

Ħut, Frott tal-baħar, Gambli || 153,1 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 38,5 || 0 || 0 || 191,6 || 2,37

Koxox taż-żrinġijiet || 3050,9 || 0 || 0 || 0 || 0 || 510,6 || 0 || 352,6 || 0 || 0 || 3914,1 || 48,52

Gomma arabika || 2,1 || 0 || 0 || 0 || 0 || 69,2 || 0 || 0 || 0 || 0 || 71,3 || 0,88

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 238,1 || 24,2 || 152 || 19,2 || 307,5 || 0,6 || 142 || 199,6 || 105,8 || 20 || 1208,9 || 14,98

Tjur || 1378,7 || 0 || 0 || 0 || 0 || 114,4 || 0 || 111,9 || 0 || 0 || 1605,0 || 19,89

Id-dqiq mir-ross || 44,2 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 44,2 || 0,55

Ħxejjex || 4,8 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 4,8 || 0,06

Prodotti deidratati || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 446,8 || 0 || 0 || 446,8 || 5,54

Oħrajn || 41,9 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 41,9 || 0,52

Total || 5030,7 || 24,2 || 152 || 19,2 || 307,5 || 694,8 || 142 || 1571,4 || 105,8 || 20 || 8067,5 || 100

% tat-total || 62,36 || 0,30 || 1,88 || 0,24 || 3,81 || 8,61 || 1,76 || 19,48 || 1,31 || 0,25 || 100 ||

3.           Ir-riżultati tal-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodott u l-metodi użati għall-individwazzjoni ta’ ikel irradjat

It-tabelli li ġejjin juru r-riżultati tal-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodott u l-metodi użati għall-individwazzjoni ta’ trattament b'radjazzjoni li tijonizza.

3.1.   L-Awstrija

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 126 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 44 || 0 || 0 || EN 1788, EN 13751

Te tal-ħxejjex aromatiċi || 39 || 0 || 0 || EN 1788, EN 13751

Laħam tat-tjur tal-irziezet || 43 || 0 || 0 || EN 1786

Total || 126 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100 % || 0% || 0% ||

3.2.    Il-Belġju

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 123 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Frott || 8 || 0 || 0 || EN 1788

Supplimenti tal-ikel || 19 || 0 || 2*

Noodles || 26 || 0 || 0

Ħxejjex || 12 || 0 || 0

Ħwawar || 13 || 0 || 0

Krustaċji || 21 || 0 || 0

Molluski || 22 || ||

Total || 121 || 0 || 2

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 98,4 % || 0 % || 1,6 % ||

* l-irradjazzjoni mhux permessa

3.3.   Il-Bulgarija

L-ebda dejta ma ntbagħtet għall-2011.

3.4.   Ċipru

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 6 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi ||

Ħxejjex imnixxfin, ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 6 || 0 || 0 || ΕΝ 13751

Total || 6 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100 % || 0 % || 0 % ||

3.5.    Ir-Repubblika Ċeka

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 40 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħut u frott tal-baħar || 1 || 1 || 0 || EN 1785

Prodotti tat-te tal-ħxejjex aromatiċi || 11 || 0 || 0 || EN 1788

Ħwawar || 8 || 4 || 0 || EN 1788

Supplimenti tad-dieta || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Sopop tal-instant noodles || 3 || 0 || 0 || EN 1788

Tjur || 3 || 0 || 0 || EN 1785

Frott frisk || 3 || 2 || 0 || EN 1788, EN 1785

Faqqiegħ imnixxef || 3 || 0 || 0 || EN 1788

Total || 33 || 7 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 82,5 % || 17,5 % || 0% ||

3.6.   Il-Ġermanja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 2.912 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ġobon, preparazzjonijiet tal-ġobon bil-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar || 37 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788 ASU§64 LFGB, L00.00-39

Ġobon, preparazzjonijiet tal-ġobon mingħajr ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 33 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1784, ASU§64 LFGB, L00.00-39

Butir imħawwar || 5 || 0 || 0 || EN 1787

Bajd u prodotti tal-bajd || 4 || 0 || 0 || EN 1784

Laħam (għajr tjur tal-irziezet, tajr salvaġġ) || 4 || 0 || 0 || EN 1786

Tjur || 92 || 0 || 0 || EN 1784, EN 1786

Prodotti tal-laħam (għajr prodotti ta' zliezet) || 46 || 0 || 0 || EN 1786, EN 1784, EN 1788

Prodotti ta’ zliezet || 47 || 0 || 0 || EN 1786, EN 1784

Ħut u prodotti tal-ħut || 44 || 0 || 4* || EN 1786, EN 1788, EN 1789

Krostaċeji, frott il-baħar, molluski u annimali akkwatiċi oħrajn inklużi l-prodotti tagħhom || 148 || 0 || 2* 2** || EN 1788, EN 1786, EN 1787, EN 1384, EN 13751, ASU§64 LFGB,L12.01-1,

Sopop, zlazi, inklużi sopop u ikel lest minn qabel || 239 || 5 || 2* 5** || EN 1787, EN 1788, EN 13751

Ċereali u prodotti taċ-ċereali || 44 || 0 || 3** || EN 1787, EN 1788, EN 13751

Imżiewed, ġewż u żrieragħ li fihom iż-żejt || 44 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788, EN 13751

Patata, partijiet ta’ pjanti rikki fil-lamtu || 26 || 0 || 0 || EN 1788, EN 13751

Ħxejjex friski || 17 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1787, EN 13751

Ħxejjex imnixxfin || 40 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1787, EN 13751

Faqqiegħ frisk || 11 || 0 || 0 || EN 1788

Faqqiegħ imnixxef jew prodotti mill-faqqiegħ || 142 || 0 || 6* || EN 1788, EN 13751, EN 1787

Frott frisk || 65 || 0 || 0 || EN 1784, EN 1788, EN 1787, EN 13751, EN 1385

Frott imnixxef u prodotti tal-frott || 49 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788, EN 13708

Kafè || 2 || 0 || 0 || EN 1788, EN 13751

Te u prodotti simili għat-te || 211 || 0 || 0 || EN 1788, EN 13751, EN 1787

Ikliet lesti || 9 || 0 || 0 || EN 1788, EN 1786, EN 13751

Supplimenti tal-ikel || 121 || 0 || 12* || EN 1788, EN 1787, EN 13751, Termoluminessenza

Ħwawar u kondimenti || 183 || 1 || 3** || EN 1788, EN 13751, EN 1787, Termoluminessenza

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin u ħwawar || 1084 || 10 || 7** || EN 1788, EN 1787, EN 13751, Termoluminessenza

Oħrajn || 98 || 1 || 0 || EN 1788, EN 13751, EN 13708

Enżimi || 4 || 0 || 0 || EN 1788, EN 13751

Total || 2.849 || 17 || 46 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 97,83% || 0,58% || 1,58% ||

* irradjazzjoni mhux permessa; ** mhux ittikkettjati korrettement

3.7.   Id-Danimarka

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 98 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Supplimenti tad-dieta || 23 || 0 || 3* || EN 13751, EN 1788

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 42 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Te tal-ħxejjex aromatiċi || 3 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Instant noodles imnixxfa || 16 || 0 || 3* || EN 13751, EN 1788

Sopop u zlazi || 8 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Total || 92 || 0 || 6 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 94 % || 0 % || 6 % ||

* irradjazzjoni mhux permessa

3.8.    L-Estonja

Fl-2011, ma twettqu l-ebda kontrolli fl-istadju tat-tqegħid tal-prodott fis-suq. M’hemm ebda laboratorju fl-Estonja li jwettaq analiżi għal radjazzjoni jonizzanti. Minħabba riżorsi finanzjarji limitati, il-kampjuni ma ntbagħtux barra mill-pajjiż għal analiżi.

3.9.    Il-Greċja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 20 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħwawar || 9 || 0 || 0 || EN 13751

Te || 9 || 0 || 0 || EN 13751

Ħwawar || 2 || 0 || 0 || EN 13751

Total || 20 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100% || 0% || 0% ||

3.10.  Spanja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 208 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 156 || 5 || 1** || EN 1787, EN 13751

Infużjonijiet || 18 || 0 || 0 || EN 13751

Frott imnixxef || 13 || 0 || 0 || EN 13708, EN 1787

Molluski || 8 || 0 || 0 || EN 1786

Laħam || 7 || 0 || 0 || EN 1786

Total || 202 || 5 || 1 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 97,12 % || 2,4 % || 0,48 % ||

** mhux ittikkettjati korrettement

3.11.  Il-Finlandja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 193 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin || 95 || 0 || 2 || EN 13751, EN 1788

Supplimenti tal-ikel, ikel maħsub għal użu djetetiku speċjali || 35 || 0 || 3 || EN 13751, EN 1788

Frott, berries, ħaxix || 11 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Te u preparazzjonijiet ta’ ħwawar || 20 || 0 || 1 || EN 13751, EN 1788

Preparazzjonijiet oħrajn || 24 || 0 || 2 ||

Total || 185 || 0 || 8** ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 95,8 % || 0 % || 4,2 % ||

* * mhux ittikkettjati korrettement jew minn faċilitajiet mingħajr l-approvazzjoni tal-UE

3.12.  Franza

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 112 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 18 || 1 || 0 || EN 1784, EN 1788

Krustaċji ffriżati jew molluski || 13 || 0 || 0 || EN 1784, EN 1788

Sopop u zlazi deidratati || 9 || 0 || 3** || EN 1784, EN 1788

Supplimenti tal-ikel || 10 || 4 || 2* || EN 1784, EN 1788

Koxox taż-żrinġijiet || 4 || 0 || 0 || EN 1784, EN 1788

Ħaruf || 3 || 0 || 0 || EN 1784, EN 1788

Tjur || 11 || 0 || 0 || EN 1784, EN 1788

Noodles imsajra minn qabel || 1 || 1 || 0 || EN 1784, EN 1788

Te || 13 || 0 || 0 || EN 1784, EN 1788

Frott deidratat, ħaxix, faqqiegħ || 18 || 1 || 0 || EN 1784, EN 1788

Total || 100 || 7 || 5 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 89,3% || 6,2% || 4,5% ||

* irradjazzjoni mhux permessa; ** mhux ittikkettjati korrettement

3.13.  L-Ungerija

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 78 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħwawar || 60 || 0 || 0 || EN 1788

Te || 18 || 0 || 0 || EN 1788

Total || 78 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100% || 0 % || 0 % ||

3.14.  L-Irlanda

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 110 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħwawar || 13 || 0 || 0 || EN 13751 (skrinjar), EN 1788 (konferma)

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 26 || 0 || 0

Togħmiet || 6 || 0 || 0

Żrieragħ || 8 || 0 || 0

Għaġin || 2 || 0 || 0

Noodles || 7 || 0 || 0

Tejiet || 48 || 0 || 0

Total || 110 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100% || 0 % || 0 % ||

3.15.  L-Italja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 423 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħut, molluski, krustaċji, || 144 || 0 || 10 || EN 13784, EN 1786, EN 1788, EN 13751

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 90 || 0 || 1 || EN 13783, EN13751, EN 1787, EN 1788

Laħam || 67 || 0 || 0 || EN 1786, EN 13784, EN 13751

Basal u tewm || 27 || 0 || 0 || EN 1788, EN 13751, EN 1787, EN 13783

Patata || 19 || 0 || 0 || EN 1788, EN 13751, EN 1787, EN 13783

Faqqiegħ imnixxef || 11 || 0 || 0 || EN 13708, EN13751

Taħwir veġetali || 9 || 0 || 0 || EN 1787, EN 13783

Ġewż || 8 || 0 || 0 || EN 1787, EN 13708

Frott imnixxef || 8 || 0 || 0 || EN 1787, EN 13708

Koxox taż-żrinġijiet || 7 || 0 || 5 || EN 1786, EN 1785

Frott frisk || 6 || 0 || 0 || EN 1787, EN 1788, EN 13708

Estratti veġetali || 4 || 0 || 0 || EN 13751

Supplimenti tal-ikel || 3 || 0 || 0 || EN 13751

Qamħ || 1 || 0 || 0 || EN 1787

Ħxejjex || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Te aħdar || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Prodotti li jinħmew || 1 || 0 || 0 || EN 1787

Total || 407 || 0 || 16** ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 98,95 % || 0 % || 1,05 % ||

** mhux ittikkettjati korrettement

3.16.  Il-Latvja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 42 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Faqqiegħ (immellaħ, iffriżat) || 13 || 0 || 0 || MI 2143-91 VNIIMS SDP 5.4.4R.01:2010 SSI- Rapport 93-11(Sr 90)

Supplimenti tal-ikel || 2 || 0 || 5* || EN 1788

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin u ħwawar || 4 || 0 || 0 || EN 1788

Ħut u krustaċji || 10 || 0 || 0 || MI 2143-91 VNIIMS SDP 5.4.4R.01:2010

Tewm || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Zalza tas-sojja || 2 || 0 || 0 || MI 2143-91 VNIIMS

Pomello || 1 || 0 || 0 || MI 2143-91 VNIIMS

Ilma minerali || 3 || 0 || 0 || MI 2143-91 VNIIMS SSI- Rapport 93-11(Sr 90)

Total || 37 || 0 || 5 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 88 % || 0 % || 12 % ||

* irradjazzjoni mhux permessa

3.17.  Il-Litwanja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 90 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Supplimenti tal-ikel || 23 || 0 || 0 || EN 13783

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 16 || 0 || 0 || EN 13783

Te || 34 || 0 || 0 || EN 1378

Ħxejjex imnixxfin || 17 || 0 || 0 || EN 1378

Total || 90 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100% || 0 % || 0 % ||

3.18.  Il-Lussemburgu

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 20 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Supplimenti tal-ikel || 5 || 0 || 5* || EN 1788

Noodles || 10 || 0 || 0 || EN 1788

Total || 15 || 0 || 5 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 75% || 0% || 25% ||

* irradjazzjoni mhux permessa

3.19.  Malta

L-ebda dejta ma ntbagħtet għall-2011.

3.20.  Il-Pajjiżi l-Baxxi

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 303 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Prodotti taċ-ċereali || 26 || 2 || 0 || EN 13751

Ħxejjex imnixxfin u prodotti veġetali || 28 || 0 || 0 || EN 13751

Frott imnixxef u prodotti tal-frott || 40 || 0 || 0 || EN 13751

Ġewż u żrieragħ || 40 || 0 || 0 || EN 13751

Ħut u prodotti tal-ħut || 26 || 0 || 0 || EN 13751

Insalati, għaġin u soppa || 31 || 3 || 0 || EN 13751

Ħwawar/togħmiet || 98 || 9 || 0 || EN 13751

Total || 289 || 14 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 95,4% || 4,6 % || 0% ||

3.21.  Il-Polonja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 229 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin u ħwawar || 75 || 0 || 1 || EN 13751, EN 1788

Ġewż || 21 || 0 || 0 || EN 1787

Ħxejjex (inkluż il-pulses) || 14 || 0 || 0 || EN 1788

Frott || 20 || 0 || 0 || EN 1784, EN 1787

Ħut u frott tal-baħar || 22 || 0 || 0 || EN 1786, EN 1788

Tejiet || 9 || 0 || 0 || EN 13751

Ġobon immaturat, cottage cheese, ġobon ieħor bil-ħwawar/ħxejjex aromatiċi || 10 || 0 || 0 || EN 1788

Ikliet ippreparati minn qabel || 15 || 0 || 1 || EN 1788

Laħam, fdalijiet, prodotti tal-laħam || 16 || 0 || 0 || EN 1786, EN 1784

Supplimenti tal-ikel || 12 || 0 || 2 || EN 13751, EN 1788

Ikel għal użi ta’ nutrizzjoni partikolari || 6 || 0 || 0 || EN 1788

Total || 225 || 0 || 4** ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 98,25 % || 0 % || 1,75 % ||

** mhux ittikkettjati korrettement

3.22. Il-Portugall

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 12 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħwawar, ħxejjex aromatiċi u estratti veġetali || 12 || 0 || 0 || Teknika PSL (Luminixxenza fotostimulata)

Total || 12 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100% || 0 % || 0 % ||

3.23. Ir-Rumanija

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 79 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 78 || 0 || 1*** || EN 1787, EN 13751

Total || 78 || 0 || 1 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 98,7 % || 0 % || 1,3% ||

* * * li ġew irradjati f’faċilità mingħajr l-approvazzjoni tal-UE

3.24. L-Isvezja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 5 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Laħam tat-tjur (minn tjur differenti) || 5 || 0 || 0 || EN 1784

Total || 5 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100% || 0 % || 0 % ||

3.25. Ir-Repubblika Slovakka

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 18 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ġewż || 10 || 0 || 0 || EN 1784

Żrieragħ taż-żejt || 3 || 0 || 0 || EN 1784

Tonn taż-żejt, imfarrak || 1 || 0 || 0 || EN 1784

Gallettini u bars taċ-ċereali || 3 || 0 || 0 || EN 1788

Prodott tal-laħam || 1 || 0 || 0 || EN 1784

Total || 18 || 0 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 100% || 0 % || 0 % ||

3.26. Is-Slovenja

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 20 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħwawar || 8 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Supplimenti tal-ikel || 4 || 1 || 0 || EN 13751, EN 1788

Tewm || 4 || 0 || 0 || EN 13751, EN 1788

Ross || 1 || 2 || 0 || EN 13751, EN 1788

Total || 17 || 3 || 0 ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 85 % || 15 % || 0 % ||

3.27.  Ir-Renju Unit

Ikel analizzat || Numru ta' kampjuni: 130 || Metodu CEN użat

Konformi || Inkonklussivi || Mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u taħwir veġetali || 51 || 2 || 2 || EN13751, EN 1788

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar friski u ppriservati (għajr dawk imnixxfa) || 14 || 0 || 0 || EN13751, EN 1788

Mixxellanji || 5 || 0 || 0 || EN13751, EN 1788

Noodles u ikel Ażjatiku deidratat || 10 || 2 || 2 || EN13751, EN 1788

Ħxejjex || 1 || 0 || 0 || EN13751, EN 1788

Sopop u zlazi || 11 || 1 || 1 || EN13751, EN 1788

Supplimenti tal-ikel || 17 || 2 || 1 || EN13751, EN 1788

Ħut u frott tal-baħar imnixxfa || 8 || 0 || 0 || EN13751, EN 1788

Total || 117 || 7 || 6** ||

Total f'% tal-kampjuni analizzati || 90,00 % || 5,4 % || 4,6 % ||

* * mhux ittikkettjati korrettement u l-ebda evidenza pprovduta għal dik li hija irradjazzjoni mwettqa f 'faċilità approvata

3.28.  Sommarju għall-UE

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor il-kampjuni analizzati u r-riżultati miksuba għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi:

Stat Membru || Kampjuni konformi || Inkonklussivi || Kampjuni mhux konformi || total tal-kampjuni || % mit-total tal-kampjuni tal-UE

AT || 126 || 0 || 0 || 126 || 2,3%

BE || 121 || 0 || 2 || 123 || 2,2%

BG || EDM || EDM || EDM || EDM ||

CY || 6 || 0 || 0 || 6 || 0,1%

CZ || 33 || 7 || 0 || 40 || 0,7%

DE || 2849 || 17 || 46 || 2912 || 54,0%

DK || 92 || 0 || 6 || 98 || 1,8%

EE || EAM || EAM || EAM || EAM ||

EL || 20 || 0 || 0 || 20 || 0,4%

ES || 202 || 5 || 1 || 208 || 3,8%

FI || 185 || 0 || 8 || 193 || 3,5%

FR || 100 || 7 || 5 || 112 || 2,0%

HU || 78 || 0 || 0 || 78 || 1,4%

IE || 110 || 0 || 0 || 110 || 2,0%

IT || 407 || 0 || 16 || 423 || 7,8%

LV || 37 || 0 || 5 || 42 || 0,8%

LT || 90 || 0 || 0 || 90 || 1,7%

LU || 15 || 0 || 5 || 20 || 0,4%

MT || EDM || EDM || EDM || EDM ||

NL || 289 || 14 || 0 || 303 || 5,6%

PL || 225 || 0 || 4 || 229 || 4,2%

PT || 12 || 0 || 0 || 12 || 0,2%

RO || 78 || 0 || 1 || 79 || 1,5%

SE || 5 || 0 || 0 || 5 || 0,1%

SK || 18 || 0 || 0 || 18 || 0,3%

SI || 17 || 3 || 0 || 20 || 0,4%

UK || 117 || 7 || 6 || 130 || 2,4%

Total EU || 5232 || 60 || 105 || 5397 || 100%

|| 97% || 1% || 2% || 100% ||

||

EDM: Ebda dejta mibgħuta EAM: Ebda analiżi mwettqa ||

4.           Sommarju

Dan ir-rapport ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011. Dan jinkludi ġabra ta' tagħrif mgħoddi lill-Kummissjoni minn 25 Stat Membru. Il-Bulgarija u Malta ma bagħtu l-ebda dejta.

Fl-2011, 24 faċilità approvata tal-irradjazzjoni kienu operattivi fi 13-il Stat Membru skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 1999/2/KE. L-ebda faċilità tal-irradjazzjoni ġdida ma ġiet approvata. Ma ngħalqet l-ebda faċilità tal-irradjazzjoni approvata. Ħames faċilitajiet tal-irradjazzjoni ma rradjaw l-ebda ikel matul l-2011 (l-ebda dejta ma ntbagħtet għaż-żewġ faċilitajiet fil-Bulgarija).

Kwantità totali ta' 8 067,5 tunnellata ta' prodotti ġew ittrattati bl-irradjazzjoni jonizzanti fl-Istati Membri, 90,45 % minnhom ġew irradjati fi tliet Stati Membri: il-Belġju (62,36%), il-Pajjiżi l-Baxxi (19,48%) u Franza (8,61%). L-akbar tliet frazzjonijiet fil-kategoriji rradjati kienu l-koxox taż-żrinġijiet (48,52%), it-tjur (19,89%) u l-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar imnixxfa (14,98%).

Kien hemm tnaqqis żgħir fil-kwantità totali tal-prodotti rradjati fl-UE meta mqabbel mal-2010 (9 263,4 tunnellata). Fi Franza, kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-kwantità ta’ ħxejjex aromatiċi mnixxfin, ħwawar u togħmiet veġetali kif ukoll fil-kwantità ta’ laħam tat-tjur ittrattat bir-radjazzjoni jonizzanti: 65% u 75% rispettivament. Fl-Olanda, kien hemm żieda ta’ 2,85% fil-kwantità totali ta’ prodotti ttrattati b' radjazzjoni li tijonizza, l-aktar minħabba żieda qawwija tal-kwantità tal-abjad tal-bajd irradjat fl-2011.

25 Stat Membru bagħtu informazzjoni dwar il-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodott. Stat Membru wieħed ma wettaq l-ebda kontrolli analitiċi fil-kontroll u l-ispezzjoni uffiċjali minħabba l-fatt li ma għandux laboratorji biex iwettaq l-analiżi u li jibgħat kampjuni biex jiġu analizzati barra mill-pajjiż jiġi jiswa wisq.

Total ta' 5 397 kampjun ġew analizzati minn 24 Stat Membru, tliet Stati Membri kienu responsabbli għal 67,4% tal-kampjuni (il-Ġermanja 54%, l-Italja 7,8% u l-Pajjiżi l-Baxxi 5,6%). 5 232 kampjun (97%) kienu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi, 105 kampjuni (2%) ma kinux konformi, 60 kampjun (1%) ma wasslux għal riżultati konklużivi. Ir-raġunijiet għar-riżultati inkonklużivi huma l-aktar marbuta ma nuqqas ta' konferma wara riżultati pożittivi minn testijiet ta' skrinjar u/jew mad-diffikultà biex jiġi ddeterminat liema ingredjenti ġew irradjati, anke jekk ikollhom it-tikketta, fil-prodotti tal-ikel komposti. Iż-żewġ raġunijiet prinċipali għan-nuqqas ta’ konformità tal-kampjuni ttestjati huma ttikkettjar mhux korrett u l-irradjazzjoni pprojbita; in-nuqqas ta’ konformità hija wkoll minħabba faċilitajiet tal-irradjazzjoni mhux approvati mill-UE. Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità jingħataw f'kull tabella li tagħti rapport tat-testijiet imwettqa f’kull Stat Membru.

[1]               ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

[2]               http://europa.eu.int/comm/food/food/biosafety/irradiation/index_en.htm

[3]               ĠU C 265, 1.9.2012, p. 3.

[4]               ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24.

[5]               ĠU C 283, 24.11.2009, p. 5.