European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7527

19.12.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11834 – GTCR / INSIGHT PARTNERS / TRICENTIS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/7527)

1.   

Fit-12 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

GTCR LLC (“GTCR”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Insight Venture Management, LLC (“Insight Partners”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikonrollata minn Insight Holdings Group LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Tricentis Corporation (“Tricentis”, l-Istati Uniti tal-Amerika), li bħalissa hija kkontrollata minn Insight Partners.

GTCR u Insight Partners se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Tricentis.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

GTCR hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq l-investiment f’kumpaniji li qed jikbru fl-industriji tas-servizzi finanzjarji, tal-kura tas-saħħa, tat-teknoloġija, tat-telekomunikazzjoni tal-media, u tas-servizzi kummerċjali,

—

Insight Partners hija kumpanija globali ta’ kapital ta’ riskju u ta’ ekwità privata li tinvesti f’teknoloġija ta’ tkabbir għoli u f’kumpaniji tas-software li qed jespandu,

—

Tricentis hija fornitur globali ta’ ttestjar kontinwu u soluzzjonijiet ta’ inġinerija ta’ kwalità. Tricentis isservi firxa ta’ industriji inklużi l-finanzi, il-kura tas-saħħa, il-bejgħ bl-imnut u t-teknoloġija, u jappoġġa organizzazzjonijiet fl-iżgurar tal-prestazzjoni tal-applikazzjoni u t-twassil.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11834 – GTCR / INSIGHT PARTNERS / TRICENTIS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Għaqdiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7527/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)