32000R0341



Official Journal L 043 , 16/02/2000 P. 0019 - 0021


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 341/2000

tal-15 ta’ Frar 2000

li jiffissa r-rata tal-kambju applikabbli għal ċerti għajnuniet diretti u miżuri ta’ natura strutturali jew ambjentali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-euro [1],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1410/1999 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 2808/98 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-agrikolutra [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1) Taħt l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 23421/1999 tat-28 ta’ Ottubru 1999 [3], li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u tal-vitella inkwantu l-skemi ta’ premium [4], id-data tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni tikkostitwixxi l-fatt operattiv sabiex tiġi stabbilità s-sena li għaliha jiġu allokati l-annimali koperti mill-iskemi ta’ premium fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella. Taħt l-Artikolu 43 ta’ dak ir-Regolament il-konverżjoni fi flus nazzjonali ta’ ammonti premium u tal-pagament ta’ estensifikazzjoni jiġi stabbilit skond il-medja, ikkalkolat pro rata temporis, tar-rati ta’ kambju applikabbli fix-xahar ta’ Diċembru li jiġi qabel is-sena ta’ allokazzjoni.

(2) Taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-agrikoltura [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1410/1999, il-fatt operattiv għar-rata tal-kambju fil-każ ta’ ammonti ta’ natura strutturali jew ambjentali hi fl-1 ta’ Jannar tas-sena li matula tittieħed id-deċiżjoni biex tingħata l-għajnuna. Taħt l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament, ir-rata tal-kambju li trid tintuża hi l-medja tar-rati tal-kambji applikabbli matul ix-xahar ta’ qabel id-data tal-fatt operattiv, ikkalkolata pro rata temporis.

(3) Taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 293/98 tal-4 ta’ Frar 1998 li jistabilixxi l-fatti operattivi applikabbli għall-prodotti fis-settur tal-frott u l-ħaxix, għall-prodotti proċessati ta’ frott u ħaxix u parzjalment għall-prodotti tal-florikultura u għal ċerti prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1445/93 [6], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1410/1999, ir-rata ta’konverżjoni li trid tiġi applikata għall-konverżjoni ta’ kull sena fil-munita nazzjonali ta’ l-għajnuna massima għal kull ettaru sabiex tittejjeb il-kwalità u marketing tal-ġewż u tal-ħarrub iffissata fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 790/89 [7], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1825/97 [8] hi l-medja tar-rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar ta’ qabel l-1 ta’ Jannar tal-perjodu annwali ta’ referenza fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2159/89 [9], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1363/95 [10], ikkalkolat pro rata temporis.

(4) Taħt l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2700/93 tat-30 ta’ Settembru 1993 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-premium favur il-produtturi tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż [11], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1410/1999, ir-rata ta’ konverżjoni li trid tiġi applikata lill-ammont tal-bilanċ tal-premium fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ hi il-medja tar-rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar ta’ qabel l-aħħar jum tas-sena ta’ marketing li fir-rigward tagħha il-premium qed jiġi mogħti, ikkakolat pro rata temporis.

(5) Taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2700/93, ir-rata ta’ konverżjoni li trid tiġi applikata lill-ammont ta’ ħlas bil-quddiem fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ hi l-medja tar-rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar li fir-rigward tiegħu il-premium qed jiġi mogħti, ikkalkolat pro rata temporis,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Ir-rata ta’ konverżjoni li għandha tiġi applikata għal:

- l-ammonti ta’ premium fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1254/1999,

- l-għajnuna massima għal kull ettaru sabiex jiġi mtejjeb il-marketing fis-settur tal-ġewż u tal-ħarrub iffissata fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 790/89, u

- l-ammonti ta’ natura strutturali jew ambjentali imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98,

hi mniżżla fl-Anness I.

2. Ir-rata ta’ konverżjoni li trid tiġi applikata lillammont tal-bilanċ u tal-premium imsemmija fr-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/98 [12], u lill-ammont tat-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3493/90 [13] hi mniżżla fl-Anness II.

3. Ir-rata ta’ konverżjoni li trid tiġi applikata lill-ammont tal-ħlas bil-quddiem imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 2467/98 u lill-ammont tat-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru No 3493/90 hi mniżżla fl-Anness III.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Frar 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 1.

[2] ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 53.

[3] ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, p. 30.

[4] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[5] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 36.

[6] ĠU L 30, tal-5.2.1998, p. 16.

[7] ĠU L 85, tat-30.3.1989, p. 6.

[8] ĠU L 260, tat-23.9.1997, p. 9.

[9] ĠU L 207, tad-19.7.1989, p. 19.

[10] ĠU L 132, tas-16.6.1995, p. 8.

[11] ĠU L 245, ta’ l-1.10.1993, p. 99.

[12] ĠU L 312, ta’ l-20.11.1998, p. 1.

[13] ĠU L 337, ta’ l-4.12.1990, p. 7.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Rata ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 1(1)

EUR 1 = (medja ta' l- 1.12.1999 to tal- 31.12.1999)

7,44023 | Krona Daniża |

329,655 | Drakma Griega |

8,58622 | Krona Svediża |

0,626674 | Lira Sterlina |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Rata ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2)

EUR 1 = (medja tat- 2.12.1999 to ta' l- 1.1.2000)

7,44036 | Krona Daniża |

329,705 | Drakma Griega |

8,58643 | Krona Svediża |

0,626326 | Lira Sterlina |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Rata ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 1(3)

EUR 1 = (medja tal- 31.12.1999 to tat- 2.1.2000)

7,44048 | Krona Daniża |

329,762 | Drakma Griega |

8,58502 | Krona Svediża |

0,626045 | Lira Sterlina |

--------------------------------------------------