<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑678/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0678</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:100">EU:C:2017:100</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tmilcjeKONKLUŻJONIJIET CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA – KAWŻA C-678/15</P><P>KHORASSANI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez-Bordona</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20170208">8 ta’ Frar 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-678/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mohammad Zadeh Khorassani</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Kathrin Pflanz</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali, il-Ġermanja)</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Swieq ta’ strumenti finanzjarji</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>servizzi u attivitajiet ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Servizz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni eventwali tal-intermedjazzjoni fil-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali, il-Ġermanja) titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tieħu deċiżjoni fuq wieħed mill-metodi ta’ provvediment ta’ servizzi finanzjarji rregolati mid-Direttiva 2004/39/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>) Ġeneralment, hija magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva MiFID I<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></NOTE>. Hija tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk l-azzjonijiet ta’ persuna fiżika li sservi ta’ intermedjatur fil-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni ta’ portafoll (iffirmat bejn terz u kumpannija ta’ investiment residenti f’Liechtenstein) jistgħux jaqgħu fost is-servizzi li għalihom tapplika d-Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kawża hija rilevanti, minn naħa waħda, mill-perspettiva ġenerali tal-protezzjoni tal-investitur. Id-diskrepanza fl-informazzjoni bejn l-utenti ta’ dawn is-servizzi u d-ditti li jipprovduhom, il-kumplessità li dejjem tiżdied tal-prodotti offruti u n-nuqqas ta’ kultura finanzjarja ta’ segmenti kbar tal-popolazzjoni, flimkien ma’ fatturi oħra, jikkawżaw li l-individwi jistgħu jitħeġġu biex jieħdu deċiżjonijiet żbaljati (u jkunu ta’ dannu serju għall-interessi tagħhom) fil-qasam tat-tfaddil, l-investimenti jew id-dejn. Sabiex dawn il-fenomeni jitwaqqfu, li kienu parti minn xi kriżijiet riċenti, minkejja l-liberalizzazzjoni tas-swieq u l-livell għoli ta’ kompetizzjoni globali tagħhom, il-leġiżlaturi għaddew regolamenti li jiddefendu l-pożizzjoni tal-konsumaturi, biex jippruvaw jiksbu bilanċ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Fl-isfond tal-problema, hemm kunċetti differenti dwar il-pożizzjoni legali tal-utenti tas-servizzi finanzjarji. Għal xi wħud, l-ammont żejjed ta’ protezzjoni kważi jwassal biex, fil-prattika, iġibhom eqwivalenti għal persuni li ma humiex kapaċi jagħtu l-kunsens tagħhom. Għal oħrajn, għall-kuntrarju, peress li huma tranżazzjonijiet kumplessi li jinvolvu t-teħid ta’ riskji (fil-każ tad-deċiżjonijiet finanzjarji), l-obbligi ta’ informazzjoni minn qabel ma jidhrux li huma biżżejjed u ġie magħżul li jiġu ssupplimentati b’kundizzjonijiet serji u garanziji <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>.</P></NOTE> bejn l-interessi tagħhom u dawk tal-operaturi tas-suq. Dan il-mudell ta’ intervent huwa l-bażi preċiża tad-Direttiva MiFID I.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, minn perspettiva iktar iffokata fuq is-sistema legali unika ta’ din id-direttiva, qiegħed jiġi kkontestat il-qafas regolatorju ta’ ċerti suppożizzjonijiet ta’ intermedjazzjoni bħal dak li jinsab fil-bidu tal-kawża prinċipali. Huma suġġetti għad-Direttiva MiFID I, li jirriżulta f’iktar protezzjoni tal-investituri jew, għall-kuntrarju, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha? Il-kontroversja hija llimitata, b’mod partikolari, biex tanalizza jekk is-servizzi finanzjarji għandhomx jinkludu biss dawk id-ditti tal-investiment li jirċievu u jittrażmettu ordnijiet mill-investituri dwar strumenti finanzjarji <HT TYPE="ITALIC">partikolari</HT>. Sar dibattitu twil fuq dan l-aġġettiv tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/39</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>B’mod konformi mal-premessa 2:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[…] huwa meħtieġ li jiġi pprovvdut il-grad ta’ armonizzazzjoni meħtieġ sabiex joffri lill-investituri livell għoli ta’ protezzjoni u sabiex id-ditti tal-nvestiment jitħallew jipprovdu servizzi ġewwa l-Komunità kollha, ġaladarba hi Suq Waħdieni, fuq il-bażi tas-sorveljanza tal-pajjiż tal-post..[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-premessa 20 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kummerċ tar-riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet għandu jinkludi wkoll li jinġiebu flimkien żewġ investituri jew iktar biex b’hekk tinġieb tranżazzjoni bejn dawn l-investituri.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għad-ditti tal-investiment u s-swieq regolati.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx din id-Direttiva rigward kull persuna li għaliha huma l-Istat Membru tal-post li:</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ma jkollhiex il-permess li żżomm il-fondi jew it-titoli tal-klijenti u li għal din ir-raġuni ma titħalla fl-ebda ħin li tqiegħed lilha nfisha f’debitu mal-klijenti tagħha, u</P></ITEM><ITEM><P>ma jkollha l-permess li tipprovdi l-ebda servizz ta’ investiment għajr li tirċievi u tittrasmetti l-ordnijiet fit-titoli trasferibbli u l-unitajiet fl-impriżi ta’ investiment kollettiv u l-provvediment ta’ pariri dwar l-investimenti li jkollhom x’jaqsmu ma’ dawn l-istrumenti finanzjarji, u</P></ITEM><ITEM><P>fil-kors tal-provvediment tas-servizz, titħalla tittrasmetti ordnijiet biss lil:</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>id-ditti ta’ l-investiment awtorizzati skond din id-Direttiva;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1), fih id-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Ditti ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser kull persuna legali li x-xogħol jew kummerċ regolari tagħha huma l-provvediment ta’ servizz jew iktar ta’ investiment lil partijiet terzi u/jew it-twettiq ta’ attività jew iktar ta’ investiment fuq bażi professjonali.</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Servizzi u attivitajiet ta’ investimenti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> ifissru kull waħda mis-servizzi u l-attivitjiet elenkati fit-Taqsima A ta’ l-Anness I li għandhom x’jaqsmu ma’ kull wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima Ċ tal-Anness I;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Parir/i dwar l-investiment/i<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> ifissru l-provvediment ta’ rakkommandazzjonijiet personali lill-klijent, jew fuq it-talba tiegħu jew fuq l-inizjattiva tad-ditta ta’ l-investiment, rigward transazzjoni jew iktar li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-istrumenti finanzjarji.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>It-twettiq ta’ l-ordnijiet f’isem il-klijenti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> ifisser ħidma sabiex jiġu konklużi ftehimijiet għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ strument finanzjarju jew iktar f’isem klijenti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>‘Il-ġestjoni tal-portafoll’ tfisser il-maniġġjar tal-portafolli skond il-mandati mogħtija mill-klijenti fuq bażi diskrezzjonali, klijent bi klijent, meta dawn il-portafolli jinkludu strument finanzjarju jew iktar.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fl-Anness 1 Taqsima A jissemmew bħala servizzi u attivitajiet ta’ investiment:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>“(1)</NO.P><TXT>Ir-riċeviment u t-trasmissjoni tal-ordnijiet f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>It-twettiq ta’ l-ordnijiet f’isem il-klijenti</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Il-kummerċ akkont tiegħu inifsu</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Il-ġestjoni tal-portafoll</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Il-pariri dwar l-investiment</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Direttiva 2006/73/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Id-Direttiva tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20060810">10 ta’ Awwissu 2006</DATE>, li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanjiet ta’ dik id-Direttiva (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="241" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 241, p. 26</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 81:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Konsulenza ġenerika dwar tip ta’ strument finanzjarju mhijiex konsulenza dwar l-investiment għall-finijiet tad-Direttiva 2004/39/KE, minħabba li din id-Direttiva tispeċifika li, għall-finijiet tad-Direttiva 2004/39/KE, konsulenza dwar l-investiment hija ristretta għal konsulenza dwar strumenti finanzjarji partikolari. Madankollu, jekk kumpanija tal-investiment tipprovdi konsulenza ġenerika lil klijent dwar tip ta’ strument finanzjarju li hi tippreżenta bħala addattata għal, jew ibbażata fuq<?PAGE NO="4"?> konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ta’, dak il-klijent, u dik il-konsulenza mhijiex infatti addattata għall-klijent, jew mhijiex ibbażata fuq konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tiegħu, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari, il-kumpanija x’aktarx tkun qiegħda taġixxi f’kontravenzjoni tal-Artikolu 19(1) jew (2) tad-Direttiva 2004/39/KE. B’mod partikolari, kumpanija li tagħti lil klijent din it-tip ta’ konsulenza x’aktarx li tkun qiegħda tikkontravjeni r-rekwiżit tal-Artikolu 19(1) li taġixxi b’mod onest, ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħha. Bl-istess mod jew alternattivament, din il-konsulenza x’aktarx li tkun tikkontravjeni r-rekwiżit tal-Artikolu 19(2) li informazzjoni indirizzata minn kumpanija lil klijent għandha tkun ġusta, ċara u ma tqarraqx.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 52 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Għall-finijiet tad-definizzjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>konsulenza dwar l-investiment<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> fl-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2004/39/KE, rakkomandazzjoni personali hija rakkomandazzjoni li ssir lil persuna fil-kapaċità tagħha bħala investitur jew investitur potenzjali, jew fil-kapaċità tagħha bħala aġent għal investitur jew investitur potenzjali.</ALINEA><ALINEA><P>Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tkun ippreżentata bħala addattata għal dik il-persuna, jew għandha tkun ibbażata fuq konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ta’ dik il-persuna, u għandha tikkostitwixxi rakkomandazzjoni biex jittieħdu l-passi li ġejjin</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ix-xiri, il-bejgħ, l-abbonament, l-iskambju, ir-rimbors, iż-żamma jew is-sottoskrizzjoni ta’ strument finanzjarju partikolari</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta’ eżerċizzju ta’ xi dritt mogħti minn strument finanzjarju partikolari għal xiri, bejgħ, abbonament, skambju, jew rimbors ta’ strument finanzjarju</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Rakkomandazzjoni mhijiex rakkomandazzjoni personali jekk toħroġ esklussivament permezz ta’ kanali ta’ distribuzzjoni jew tkun destinata għall-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għall-kawża jinsabu fil-Kreditwesengesetz (liġi dwar is-settur finanzjarju, iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>KWG<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Liġi tad-<DATE ISO="19980909">9 ta’ Settembru 1998</DATE> (BGB1. 1998 I, p. 2776), emendata bil-Liġi tas-<DATE ISO="20070716">16 ta’ Lulju 2007</DATE> (BGB1. 2007 I, p. 1330).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 jipprevedi</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001A"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1a.</NO.PARAG><ALINEA><P>[…] Għandhom jiġu kkunsidrati bħala servizzi finanzjarji:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-intermedjazzjoni fix-xiri u l-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji (intermedjazzjoni fil-qasam tal-investiment);</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1a)</NO.P><TXT>parir personali lill-klijenti jew lir-rappreżentanti tagħhom, rigward tranżazzjonijiet ta’ strumenti finanzjarji speċifiċi, sakemm ir-rakkomandazzjonijiet ikunu jieħdu inkunsiderazzjoni l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni personali tal-investitur jew jitqiesu bħala adattati għalih u ma jingħatawx biss permezz ta’ mezzi ta’ informazzjoni jew ikunu diretti lejn il-pubbliku ġenerali (parir dwar investiment);</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 32(1) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull min jixtieq jipprovdi servizzi finanzjarji fit-territorju nazzjonali ta’ natura professjonali jew f’volum li jeħtieġ stabbiliment kummerċjali […] għandu jikseb l-awtorizzazzjoni bil-miktub mill-Bundesanstalt [für Finanzdienstleistungsaufsicht (Uffiċċju Federali tal-kontroll tas-servizzi finanzjarji […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 823(2) tal-Bürgerliches Gesetzbuch (Kodiċi Ċivili Ġermaniż, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>BGB<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-obbligu [li jingħata kumpens għal ħsara kkawżata] jaqa’ fuq kull persuna li tikser dispożizzjoni intiża sabiex tipproteġi persuna oħra.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>F’Novembru 2007, M. Z. Khorassani kkuntattja lil K. Pflanz, li rrakkomandatlu, kif jidher, li l-investiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Grand-Slam<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. K. Pflanz ma kellhiex awtorizzazzjoni mill-Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (Uffiċċju Finanzjarju ta’ Sorveljanza Federali, il-Ġermanja; iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>BaFin<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) sabiex tipprovdi servizzi finanzjarji skont l-Artikolu 32(1) tal-KWG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20071119">19 ta’ Novembru 2007</DATE>, K. Pflanz tat parir lil M. Z. Khorassani sabiex jiffirma kuntratt ta’ servizzi mal-kumpannija G.S.S. AG, kif ukoll kuntratt ta’ amministrazzjoni ta’ portafoll mal-kumpannija D. AG, it-tnejn li huma stabbiliti f’Liechtenstein.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>M. Z. Khorassani ffirma dawk il-kuntratti, u ntrabat li jagħmel ħlas inizjali, għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>, u ħlasijiet suċċessivi ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> kull xahar, flimkien ma’ 5 % bħala primjum azzjonanarju. F’Diċembru 2007, kien diġà ħallas total ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">27000</FT>, li minnhom ġew imnaqqsa EUR <FT TYPE="DECIMAL">19731.60</FT>, bħala ħlas ta’ amministrazzjoni bil-quddiem u EUR <FT TYPE="DECIMAL">1285.71</FT>, bħala primjum azzjonarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>M. Z. Khorassani rrevoka l-kuntratti u talab, kemm liż-żewġ kumpanniji ta’ Liechtenstein kif ukoll lil K. Pflanz, il-ħlas lura tal-ammonti mħallsa, flimkien ma’ kumpens. Il-Landgericht Berlin (qorti reġjonali ċivili u kriminali ta’ Berlin, il-Ġermanja) ċaħdet it-talba kontra ż-żewġ kumpanniji, minħabba li tqis li hija ma għandhiex ġurisdizzjoni internazzjonali, u kkunsidrat dik ippreżentata kontra K. Pflanz bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Wara li kiseb ħlas lura ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">6803.03</FT>, M. Z. Khorassani qies li t-talba tiegħu għal dan l-ammont ġiet issodisfatta, iżda ppreżenta appell quddiem il-Kammergericht (qorti reġjonali superjuri ta’ Berlin, il-Ġermanja), fejn insista fuq it-talba tiegħu (il-ħlas ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">20196.97</FT> flimkien mal-interessi u dikjarazzjoni tat-terminazzjoni tal-kuntratt) kontra K. Pflanz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Kammergericht (qorti superjuri reġjonali ċivili u kriminali ta’ Berlin, il-Ġermanja) ċaħdet l-appell. Fil-fehma tagħha, M. Z. Khorassani ma kellux dritt għal kumpens skont l-Artikolu 823(2) tal-BGB, flimkien mal-Artikolu 32(1) tal-KWG, peress li K. Pflanz ma kienet offriet ebda servizz suġġett għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 1(1a) tal KWG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-qorti tal-appell iddikjarat li ma kienx biss ingħata parir dwar investiment, iżda kienet saret ukoll intermedjazzjoni fil-qasam ta’ investiment (għall-finijiet ta’ dawk l-istandards nazzjonali), peress li, wara l-parir, K. Pflanz wasslet lil M. Z. Khorassani biex jiffirma<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Id-digriet tar-rinviju ma huwiex ċar wisq fid-deskrizzjoni ta’ din il-parti tal-fatti.</P></NOTE> d-dokumenti korrispondenti. Madankollu, ebda waħda mill-attivitajiet imsemmija ma kienu jirreferu għal tranżazzjoni (speċifika) ta’ xiri u bejgħ<?PAGE NO="6"?> ta’ strumenti finanzjarji. Għall-qorti tal-appell kien importanti li M. Z. Khorassani kien ingħata kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll li, sussegwentement, kellu jservi bħala bażi għall-akkwist, il-bejgħ u l-amministrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji speċifiċi, iżda li, fih innifsu, ma kienx jikkostitwixxi strument finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>M. Z. Khorassani appella din is-sentenza quddiem il-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali). Fid-digriet tar-rinviju tagħha, din il-qorti temmen li l-qorti tal-appell ikkonkludiet ġustament li K. Pflanz ma kienet ipprovdiet lil M. Z. Khorassani ebda servizz ta’ parir dwar investiment, skont l-Artikolu 1(1a) tal-KWG. Għal din ir-raġuni, hija żiedet, li ma kienx sar ksur tal-Artikolu 32(1) tal-KWG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Skont il-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali), meta tingħata rakkomandazzjoni ta’ amministrazzjoni ta’ portafoll<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Hija tinvoka, għal dan il-għan, it-tieni sentenza, punt 3 tal-Artikolu 1(1a), tal-KWG u l-Artikolu 4(1)(9) tad-Direttiva 2004/39.</P></NOTE> mingħajr ma jsir riferiment għall-istrumenti finanzjarji speċifiċi, ma jingħatax parir rigward investiment. K. Pflanz ma kinitx twettaq attività ta’ għoti ta’ parir, minħabba li l-kuntratti li kienet tirrakkomanda kienu mmirati lejn l-amministrazzjoni ta’ portafolli finanzjarji u ma ġiex stabbilit li, minbarra dan, tat rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar investimenti ta’ kapital speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, l-aġir ta’ K. Pflanz li wassal lil M. Z. Khorassani jikkonkludi kuntratt ta’ ġestjoni tal-assi jqajjem dubji għall-qorti tar-rinviju. Għall-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali), ir-riżoluzzjoni tat-tilwima tiddependi fuq il-fatt li l-intermedjazzjoni f’kuntratti ta’ amministrazzjoni ta’ portafolli hija koperta mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1)(2), flimkien mal-Anness I, it-taqsima A, il-punt 1, tad-Direttiva MiFID I, li l-kontenut tagħhom huwa inkorporat fir-regoli Ġermaniżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Skont il-liġi Ġermaniża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>It-tieni sentenza, punt 1a tal-Artikolu 1(1a) tal-KWG.</P></NOTE>, intermedjazzjoni fir-rigward ta’ investiment tfisser dik li sseħħ f’kuntratti ta’ xiri u bejgħ ta’ strumenti finanzjarji, li teħtieġ attività diretta, finalment, lejn il-fatt li l-klijent jikkonkludi negozju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali) tqis is-sejbiet tal-qorti tal-appell, skont liema K. Pflanz ipprovdiet medjazzjoni fil-kuntratt ta’ ġestjoni tal-assi li sar mill-applikant mal-kumpannija D. AG. Għandu jiġi ċċarat, għalhekk, jekk dan il-kuntratt huwiex fih innifsu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>operazzjoni ta’ xiri u bejgħ ta’ strumenti finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> skont it-tieni sentenza, punt 1 tal-Artikolu 1(1a) tal-KWG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tipprovdi li għadha ma ġietx solvuta din il-kwistjoni u li, fil-Ġermanja, il-BaFin jagħti interpretazzjoni li kuntratt ta’ ġestjoni tal-assi huwa tranżazzjoni li tinvolvi x-xiri u l-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji, minħabba li jinvolvi t-twettiq ta’ dawn it-tranżazzjonijiet f’isem l-investitur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Hija żżid li din l-interpretazzjoni ġiet ikkonfermata minn żewġ qrati kontenzjużi-amministrattivi f’sentenzi prudenzjali mogħtija fl-ewwel istanza, li rrispettaw il-kliem tal-liġi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Geschäfte über<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>tranżazzjonijiet f’relazzjoni ma’<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), li minn dan wieħed ma jistax jiddeduċi li l-intermedjazzjoni biss hija inkorporata taħt tranżazzjonijiet legali li fihom isir direttament l-akkwist legali tal-istrument finanzjarju.</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, l-opinjoni prevalenti fil-ġurisprudenza dwar it-tieni sentenza, punt 1 tal-Artikolu 1(1a) tal-KWG u l-ewwel sentenza, punt 4 tal-Artikolu 2(3) identiku, tal-Wertpapierhandelsgesetz (liġi dwar il-kummerċ ta’ titoli) hija li l-intermedjazzjoni fil-qasam tal-investiment ma tistax tinvolvi passi intermedji biss, iżda għandha tiġi estiża għal tranżazzjoni li tikkonċerna strumenti finanzjarji speċifiċi, b’tali mod li l-intermedjazzjoni għall-amministrazzjoni ta’ portafolli ma hijiex inkluża f’dik il-kategorija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Quddiem id-dubju dwar jekk għandhiex tingħata interpretazzjoni stretta jew interpretazzjoni iktar wiesgħa tal-ewwel sentenza, punt 2 tal-Artikolu 4(1), flimkien mal-Anness I, taqsima A, punt 1 tad-Direttiva MiFID I, il-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali) ikkunsidrat li kien meħtieġ li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordni li għandha bħala suġġett attività ta’ ġestjoni tal-portafoll (Artikolu 4(1)(9) tad-Direttiva 2004/39) huma servizzi ta’ investiment fis-sens tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1)(2) u tal-Anness I, Taqsima A, punt 1 tad-Direttiva 2004/39/KE?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-ebda waħda miż-żewġ partijiet fil-kawża prinċipali ma ppreżentat osservazzjonijiet bil-miktub matul il-proċedura preliminari, u lanqas ma attendew is-seduta li saret fis-<DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, li fiha ppreżentaw is-sottomissjonijiet orali tagħhom il-Gvern tar-Renju Unit u l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, kif ukoll il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi tad-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali) illimitat b’mod preċiż id-domanda preliminari tagħha, wara li ddeċidiet li l-intervent ta’ K. Pflanz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ma huwiex ċar fid-digriet tar-rinviju jekk din il-mara aġixxietx b’titolu professjonali jew biss personali, u lanqas jekk għamlitx dan darba biss jew b’mod regolari. Kif irrikonoxxa matul is-seduta l-Gvern Ġermaniż, id-Direttiva 2004/39, kif ġiet trasposta fil-liġi nazzjonali, hija tapplika biss f’dan il-pajjiż għall-persuni fiżiċi meta jipprovdu s-servizzi tagħhom professjonalment.</P></NOTE>, meta ssuġġeriet li M. Z. Khorassani jiffirma kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll mal-kumpanniji ta’ investiment ta’ Liechtenstein, jista’ jiġi deskritt bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>pariri dwar l-investiment<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tal-Anness I, Taqsima A, punt 5, tad-Direttiva MiFID I. Skont il-qorti tar-rinviju, peress li dawn ma kinux rakkomandazzjonijiet personalizzati dwar strumenti finanzjarji speċifiċi, ma setgħux jiġu kklassifikati bħala servizz ta’ dak it-tip.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tillimita r-risposta tagħha għall-qorti tar-rinviju, u tillimita ruħha skont l-interpretazzjoni tad-Direttiva MiFID I dwar jekk ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordni li għandha bħala suġġett attività ta’ ġestjoni tal-portafoll humiex servizz ta’ investiment, mingħajr ma tkun meħtieġa l-opinjoni tagħha rigward il-kunċett ta’ pariri dwar l-investiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, huwa rilevanti li fid-dibattitu ntużaw dawn it-termini. Jekk, bħala riżultat tal-avvenimenti sussegwenti, l-għażla tal-kumpanniji ta’ ġestjoni tal-portafoll issuġġeriti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Skont kif indika l-Gvern Ġermaniż matul is-seduta, K. Pflanz aġixxiet bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>ambaxxatriċi<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, meta pproponiet il-kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll lil M. Z. Khorassanil, li dan iffirma u hi bagħtet, sussegwentement, lill-kumpannija ta’ ġestjoni. Hija kkunsidrat, għalhekk, li l-problema mqajma f’din il-kawża kienet idderivata iktar mir-rakkomandazzjoni li jsir kuntratt (aġir li kienet ħatja tiegħu) milli mit-trażmissjoni tal-kuntratt diġà ffirmat.</P></NOTE> minn K. Pflanz irriżultat mhux adegwata, l-aġir tagħha fl-għoti ta’ din ir-rakkomandazzjoni, fl-opinjoni tiegħi, huwa iktar importanti mill-firma, sussegwenti, u kważi dderivata, tal-kuntratt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>indott<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> li ffirma M. Z. Khorassani. Ikun paradossali li jiġi eskluż l-obbligu ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva (u, fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, ir-responsabbiltà konsegwenti) għall-aġir iktar serju, jiġifieri, għall-parir li parti mill-assi jiġu fdati għand żewġ kumpanniji speċifiċi sabiex jimmaniġġjawhom u, fl-istess ħin, tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni (u tiġi ġġenerata r-responsabbiltà sussegwenti, jekk tkun nieqsa) minħabba l-fatt, kważi strumentali, li dak il-kuntratt ikun intbagħat lill-kumpanniji tal-ġestjoni tal-portafoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Finalment, għandu jiġi ċċarat jekk aġir bħal dak ta’ K. Pflanz jirrappreżentax servizz ta’ investiment suġġett għar-regoli tad-Direttiva MiFID I, b’mod speċifiku, servizz tar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Ir-raġunamenti fid-digriet tar-rinviju u fl-osservazzjonijiet, bil-miktub u orali, juru li hemm żewġ interpretazzjonijiet possibbli ta’ dak il-kunċett. Il-Gvernijiet tal-Ġermanja, tar-Renju Unit u tal-Portugall jiddefendu interpretazzjoni wiesgħa jew estensiva, filwaqt li l-Kummissjoni u l-Gvern Pollakk jiffavorixxu interpretazzjoni stretta jew restrittiva. Diġà nista’ ngħid li jien nippreferi din tal-aħħar, jiġifieri, li tingħata risposta negattiva għad-domanda tal-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li hemm lok, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, li jiġu kkunsidrati mhux biss il-kliem tagħhom iżda wkoll il-kuntest tagħhom u l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li huma jifformaw parti minnha.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Lanigan</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑237/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:474">EU:C:2015:474</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ognyanov</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑554/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:835">EU:C:2016:835</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> Għalhekk, ser napplika dawn l-istess kriterji ermenewtiċi (dak litterali, dak sistematiku, u dak teleoloġiku) għar-regola kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ser nibda bl-interpretazzjoni litterali. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva MiFID I, huma servizzi u attivitajiet tal-investiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>kull waħda mis-servizzi u l-attivitjiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I li għandhom x’jaqsmu ma’ kull wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness I<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Dawn is-servizzi jinkludu r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Anness I, Taqsima A, punt 1</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-verżjoni Ġermaniża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Annahme und Übermittlung von Aufträgen, die ein oder mehrere Finanzinstrument(e) zum Gegenstand haben<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></P></QUOT.S></NOTE> ta’ dan l-artikolu tidher li hija iktar restrittiva minn oħrajn, bħall-Ispanjola, il-Franċiża, l-Ingliża, it-Taljana jew il-Portugiża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Skont il-verżjoni Spanjola, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>recepción y transmisión de órdenes de clientes en relación con uno o más instrumentos financieros<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>; skont dik Franċiża, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>réception et transmission d’ordres portant sur un ou plusieurs instruments financiers<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>; skont dik Ingliża, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>reception and transmission of orders in relation to one or more financial instruments<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>; skont dik Taljana, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ricezione e trasmissione di ordini riguardanti uno o più strumenti finanziari<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>; skont dik Portugiża, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>recepção e transmissão de ordens relativas a um ou mais instrumentos financeiros<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</P></NOTE>. Għalhekk, il-Gvern Ġermaniż josserva li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> (jew l-ekwivalenti tagħha fil-maġġor parti tal-verżjonijiet lingwistiċi) tista’ ma tkunx teħtieġ rabta <HT TYPE="ITALIC">diretta</HT> bejn il-kuntratt tal-ġestjoni tal-portafoll u l-istrumenti finanzjarji speċifiċi. Minn din il-perspettiva, huwa biżżejjed li jkun hemm intermedjazzjoni finanzjarja <HT TYPE="ITALIC">indiretta</HT> sabiex l-attività tkun inkluża fil-kunċett: hekk jiġri fl-aġir li jwassal biex jiġi konkluż kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll, li, konsegwentement, jiġi kklassifikat, bħala servizz finanzjarju skont id-Direttiva MiFID I li t-twettiq tiegħu jeħtieġ l-awtorizzazzjoni amministrattiva rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għalkemm l-argument fih punti rilevanti, ma jikkonvinċinix għalkollox. Bħall-Kummissjoni, jiena nemmen, pjuttost, li l-element ewlieni għall-interpretazzjoni tal-Anness I, Taqsima A, punt 1, tad-Direttiva MiFID I huwa l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>ordnijiet<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, irripetuta invarjabbilment fil-verżjonijiet lingwistiċi differenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>ordres<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>orders<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>Auftrag<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>ordini<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>ordens<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Ir-regola titkellem dwar servizzi finanzjarji li jikkonsistu fir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> u dawn, fil-fehma tiegħi, għandhom jirreferu għal tranżazzjonijiet dwar strumenti finanzjarji partikolari jew speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, diffiċli li wieħed jirċievi u jittrażmetti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>ordni<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> li ma tikkonċernax it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji speċifiċi, peress li dak it-terminu, fit-terminoloġija tas-soltu użata f’dawn is-swieq, jinkludi l-idea ta’ speċifiċità. Għalkemm id-Direttiva, f’dan il-paragrafu tal-anness, ma tużax il-formula magħżula mil-leġiżlatur Ġermaniż fl-Artikolu 1 tal-KWG (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>tranżazzjonijiet ta’ xiri u bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>), jiena nikkunsidra li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>ordnijiet<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> huwa marbut b’mod inseparabbli mal-istrumenti finanzjarji speċifiċi li fuqhom jiġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>ordnat<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> akkwist, bejgħ jew tranżazzjoni oħra simili. L-inkoraġġiment biex jingħata investiment rigward ċerti tipi ta’ assi finanzjarji, ġeneralment, ikun pjuttost rakkomandazzjoni jew parir, iżda mhux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>ordni<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> kapaċi li twassal għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>riċeviment u trasmissjoni<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija msaħħa bil-fatt li t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>twettiq ta’ l-ordnijiet f’isem il-klijenti<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, mod ta’ servizz finanzjarju fl-Anness I, Taqsima A, punt 2, tad-Direttiva MiFID I, jiġi ddefinit fl-Artikolu 4(1)(5) tal-imsemmija direttiva bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>ħidma sabiex jiġu konklużi ftehimijiet għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ strument finanzjarju jew iktar f’isem klijenti<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ma hemmx korsiv fil-verżjoni oriġinali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Hemm rabta mill-qrib bejn is-servizz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>riċeviment u trasmissjoni ta’ ordnijiet<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> u t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>twettiq ta’ ordnijiet f’isem il-klijenti<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>. Jekk il-kumpannija li tipprovdi t-tnejn li huma jkollha l-infrastruttura u l-possibbiltajiet adegwati, ir-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordni dwar prodott speċifiku (<HT TYPE="ITALIC">strument jew iktar</HT>) tkun marbuta, bilfors, mat-twettiq tagħha. Ma kienx ikun meħtieġ li ssir distinzjoni bejn iż-żewġ tipi ta’ servizzi finanzjarji f’ċirkustanzi bħal dawn, iżda d-Direttiva MiFID I għamlet din id-distinzjoni minħabba li hemm kumpanniji tas-servizzi finanzjarji li, mingħajr il-kapaċità li jwettqu l-ordnijiet li jirċievu, għandhom jittrażmettuhom lil impriżi oħrajn li kapaċi jagħmlu dan. F’dawn il-każijiet, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>riċeviment u t-trasmissjoni<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> huma differenti mit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>twettiq<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, iżda l-ordnijiet jibqgħu l-istess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Madankollu, kemm ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet kif ukoll it-twettiq tagħhom għandhom jirreferu għal strumenti finanzjarji speċifiċi: ma huwiex possibbli li jiġu mwettqa, f’dawn it-tipi ta’ swieq, ordnijiet ġenerali u lanqas ma għandhom jiġu rċevuti jew trażmessi meta t-twettiq iktar tard tagħhom ma jkunx fattibbli. Fid-Direttiva MiFID I, l-ordnijiet ma jistgħux jiġu assimilati fil-kompiti ġeneriċi, u lanqas ma għandha tiġi inkluża fosthom l-attività mmirata għall-iffirmar ta’ kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll, li ma tinvolvi ebda ordni eżegwibbli fir-rigward ta’ kwalunkwe strument finanzjarju speċifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jipprovdi r-Renju Unit, ma naħsibx li din l-interpretazzjoni hija kkontestata mill-premessa 20 tad-Direttiva MiFID<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Nixtieq infakkar li, skont din il-premessa, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>[g]ħall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kummerċ tar-riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet għandu jinkludi wkoll li jinġiebu flimkien żewġ investituri jew iktar biex b’hekk tinġieb transżazzjoni bejn dawn l-investituri.<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>.</P></NOTE>. Fil-fehma tiegħi, l-attività li jinġiebu flimkien żewġ investituri jew iktar, bħala eżempju ipotetiku ta’ riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet, għandu jkollha l-għan, sabiex tkun inkluża fis-servizzi finanzjarji, ta’ tranżazzjoni speċifika bejniethom dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>strument jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> ta’ dan it-tip.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, tintlaħaq l-istess konklużjoni, fuq il-bażi tal-konnessjoni sistematika tal-kunċett ma’ oħrajn li huma qrib bejn wieħed u ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Sabiex jiddefendu l-interpretazzjoni wiesgħa tal-Anness I, Taqsima A, punt 1, tad-Direttiva MiFID I, il-Gvernijiet tar-Renju Unit u tal-Ġermanja invokaw ir-regolamentazzjoni diverġenti tas-servizzi ta’ pariri dwar l-investiment, minn naħa waħda, u r-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet tal-klijenti fuq strumenti finanzjarji, mill-oħra:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Skont il-premessa 81 u l-Artikolu 52 tad-Direttiva 2006/73, parir ġeneriku dwar tip ta’ strument finanzjarju, għall-finijiet tad-Direttiva MiFID I, ma jikkostitwixxix parir dwar l-investiment, peress li dan huwa ristrett għal dak li jsir dwar strumenti finanzjarji partikolari.</P></ITEM><ITEM><P>Għall-kuntrarju, id-Direttiva MiFID I u d-Direttiva 2006/73 ma fihomx limitazzjoni simili fuq is-servizzi ta’ riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għandu jiġi mifhum, għalhekk, skont il-Gvern tal-Ġermanja u l-Gvern Brittaniku, li l-ordnijiet ma għandhomx neċessarjament ikunu relatati ma’ strumenti finanzjarji speċifiċi. Konsegwentement, għandha tiġi miċħuda l-interpretazzjoni restrittiva tal-Anness I, Taqsima A, punt 1, tad-Direttiva MiFID I, peress li, kieku l-leġiżlatur ried jintroduċi din il-limitazzjoni, kien jagħmel dan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Dan l-argument <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT> lanqas ma jikkonvinċini. Ir-riferimenti tal-premessa 81 u l-Artikolu 52 tad-Direttiva 2006/73 għal strumenti finanzjarji speċifiċi, fir-rigward ta’ pariri dwar investiment, huma spjegati sabiex jiġi deċiż li dan tal-aħħar ma jinkludix il-pariri ġenerali dwar tip ta’ strument finanzjarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Genil 48 u Comercial Hostelera de Grandes Vinos</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑604/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:344">EU:C:2013:344</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. L-idea li (f’dan l-istadju tar-regolament)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Għandu jitfakkar li l-parir dwar l-investiment ġie kklassifikat bħala tip ta’ servizz finanzjarju, għall-ewwel darba, fid-Direttiva MiFID I, peress li d-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, tal-<DATE ISO="19930510">10 ta’ Mejju 1993</DATE>, dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam ta’ titoli (ĠU Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 43), ma kinitx tirrikonoxxiha. Ikun illoġiku kieku d-Direttiva 93/22 inkludiet bħala servizz finanzjarju ta’ riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet il-medjazzjoni sabiex jiġi konkluż kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll u ma applikatx din għas-servizzi ta’ parir dwar l-investiment.</P></NOTE> il-parir ġeneriku ma jiġix suġġett għall-ħtiġijiet tad-Direttiva MiFID I hija spjegata mill-fatt li ġie introdott, b’mod espliċitu, ir-riferiment għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>strumenti finanzjarji partikolari<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, sabiex jiġu ddefiniti l-limiti, pożittivi u negattivi, ta’ dan il-kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, ma kinitx essenzjali din l-istess speċifikazzjoni għas-servizzi finanzjarji ta’ riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet, minħabba li dawn diġà kienu (u huma) fihom infushom marbutin mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>ordnijiet<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> ta’ azzjoni li, skont id-definizzjoni tagħhom, jinkorporaw mandat dwar strumenti finanzjarji partikolari. Kien ikun superfluwu li tiġi rripetuta din in-nota fid-Direttiva 2006/73, rigward dawk is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif tenfasizza ġustament il-Kummissjoni, speċifikazzjoni inserita f’direttiva tal-iżvilupp (f’dan il-każ, id-Direttiva 2006/73 dwar is-servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment ma tistax isservi bħala bażi għall-interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT> ta’ dispożizzjoni tad-direttiva bażika (id-Direttiva MiFID I), rigward is-servizzi finanzjarji ta’ riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fir-realtà, wieħed jista’ jgħid li s-servizzi u l-attivitajiet kollha ta’ investiment ipprovduti fl-Anness I, Taqsima A, tad-Direttiva 2004/39 jikkonċernaw tranżazzjonijiet fuq strumenti finanzjarji speċifiċi. Il-parir dwar l-investiment kien l-uniku wieħed li seta’ joħloq dubji u, biex tneħħihom, id-Direttiva ta’ implementazzjoni (id-Direttiva 2006/73) żiedet, b’mod espliċitu, li l-pariri kienu jaqgħu biss taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha fil-każ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>strumenti finanzjarji partikolari<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fil-qosor, meta persuna tintervjeni bħala intermedjatur bejn il-klijent u l-kumpannija ta’ investiment, fejn tissuġġerixxi lill-ewwel wieħed iqabbad lit-tieni waħda għall-ġestjoni tal-assi tiegħu, ma taġixxix u lanqas taħdem, fil-prinċipju, bi kwalunkwe strument finanzjarju partikolari. Sussegwentement ikunu l-kumpanniji tal-ġestjoni tal-portafoll tal-klijent dawk li, bil-qbil tiegħu jew taħt il-mandat tiegħu, għandhom jispeċifikaw f’liema strumenti finanzjarji ser isir l-investiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tal-kriterji ta’ interpretazzjoni teleoloġiċi jew finalisti, twassalni nwieġeb b’mod negattiv ukoll għad-domanda tal-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Nilaş <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑248/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:166">EU:C:2012:166</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessi 2, 5 u 44 tad-Direttiva MiFID I, l-għanijiet ta’ dawn tal-aħħar jinkludu, b’mod partikolari, il-protezzjoni tal-investituri, il-preservazzjoni tal-integrità u l-effikaċja globali tas-sistema finanzjarja kif ukoll it-trasparenza tat-tranżazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż, dak Britanniku u dak Portugiż invokaw il-protezzjoni tal-investituri, stipulata b’mod estensiv fid-Direttiva 2004/39, sabiex jiġġustifikaw l-interpretazzjoni wiesgħa tal-Anness I, Taqsima A, paragrafu 1, tad-Direttiva MiFID I. L-intermedjazzjoni sabiex jiġi konkluż kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll, minn dik il-perspettiva, kienet ekwivalenti għar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>riċeviment u t-trasmissjoni ta’ ordnijiet f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Dawk l-istess gvernijiet isostnu li l-interpretazzjoni li jipproponu hija l-iktar waħda koerenti mal-għan li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni għall-investituri, peress li tippermetti li dawn is-suppożizzjonijiet ta’ intermedjazzjoni finanzjarja indiretta jiġu suġġetti għad-Direttiva MiFID I. L-operaturi bħal K. Pflanz, konsegwentement, ikunu obbligati fil-Ġermanja li jkollhom l-awtorità amministrattiva ta’ BaFin, u taħt is-sorveljanza tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Ċertament, il-protezzjoni tal-investituri hija għan kruċjali tad-Direttiva MiFID I<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Għandu jiġi nnotat li din id-direttiva ma tarmonizzax kompletament il-provvediment ta’ servizzi finanzjarji u hija limitata biex twettaq armonizzazzjoni parzjali, kif jirriżulta mit-tieni premessa tagħha, li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>huwa meħtieġ li jiġi pprovvdut il-grad ta’ armonizzazzjoni meħtieġ sabiex joffri lill-investituri livell għoli ta’ protezzjoni u sabiex id-ditti ta’ l-investiment jitħallew jipprovdu servizzi ġewwa l-Komunità kollha, ġaladarba hi Suq Waħdieni, fuq il-bażi tas-sorveljanza tal-pajjiż tal-post.<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/></P></NOTE>, li huwa rifless fir-rekwiżiti imposti fuq l-impriżi tal-investiment fir-relazzjonijiet tagħhom mal-utenti tas-servizzi tagħhom: huma għandhom jaġixxu, f’konformità mal-Artikolu 19(1) u (2), b’mod onest, ġust u professjonali, skont l-aħjar interess ta’ dawk il-klijenti, li għandhom jipprovdu informazzjoni ġusta, ċara u li ma tqarraqx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli tal-protezzjoni tal-investitur ma tistax twassal għal riżultati sproporzjonati, bħalma tkun l-estensjoni tal-kontrolli tad-Direttiva MiFID I għal kwalunkwe operatur u għal kull tip ta’ servizzi finanzjarji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>F’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Banif Plus Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑312/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:794">EU:C:2015:794</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) ikkonkludiet li ma humiex servizz jew attività ta’ investiment għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39 ċerti tranżazzjonijiet ta’ kambju, magħmula minn istituzzjoni ta’ kreditu skont klawżoli ta’ kuntratt ta’ self f’muniti barranin, li għandhom jiddeterminaw l-ammont tas-self skont it-tip ta’ xiri tal-munita barranija applikabbli fiż-żmien tal-ħlas tal-fondi u fid-determinazzjoni tal-ammonti tal-pagamenti mensili skont dan it-tip ta’ bejgħ ta’ din il-munita barranija applikabbli fiż-żmien tal-kalkolu ta’ kull pagament mensili.</P></NOTE>. Għan tajjeb, li bla dubju huwa dak li jispira t-teorija tal-gvernijiet li jippruvaw jimmassimizzaw il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-direttiva sabiex jipproteġu lill-investituri kontra aġir bħal dak fil-kawża prinċipali, ma tistax issir interpretazzjoni ta’ dritt fis-seħħ li tibdel is-sens tagħha stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Id-Direttiva MiFID I tinkorpora ċerti limiti, li fihom għandu jiġi applikat l-għan tal-protezzjoni tal-investitur, mingħajr ma jinqabżu. Minn naħa waħda, l-Artikolu 4(1)(1) jinkludi biss fid-definizzjoni ta’ ditta ta’ investiment lill-persuni legali ddedikati sabiex jipprovdu fuq bażi regolari u professjonali servizzi finanzjarji lil terzi, għalkemm jawtorizza lill-Istati Membri jintegraw f’din id-definizzjoni lil persuni fiżiċi, taħt ċerti kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 3(1) tad-Direttva MiFID I jippermetti wkoll lill-Istati Membri li jirregolaw permezz tar-regoli nazzjonali u li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom l-attività ta’ kwalunkwe persuna mhux awtorizzata sabiex iżżomm fondi jew valuri ta’ klijenti u li tista’ biss tirċievi jew tittrażmetti ordnijiet fuq titoli trasferibbli u azzjonijiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv, meta dik il-persuna tkun awtorizzata li tittrażmetti dawk l-ordnijiet għat-twettiq tagħhom mid-ditti tal-investiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Qed insemmi dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet sabiex nenfasizza li l-protezzjoni tal-utent tas-servizzi finanzjarji, bħala l-iktar parti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>dgħajfa<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> fl-ekwazzjoni, ma tiġġustifikax it-tneħħija tar-rekwiżiti inerenti għall-interpretazzjoni korretta tar-regoli, speċjalment jekk dawn tal-aħħar jiftħu forom oħra ta’ ħarsien tad-drittijiet u l-interessi tal-investitur, kif jiġri hawn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>F’dan is-sens, sabiex jinkiseb il-bilanċ tal-assi li jaspira għalih M. Z. Khorassani meta jitlob li jiġi rritornat l-investiment tiegħu, ma huwiex indispensabbli li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>riċeviment u t-trasmissjoni ta’ ordnijiet tal-klijenti f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>, ma għandux jiġi mgħawweġ b’tali mod li jinkludi aġir preċedenti (f’dan il-każ, dak tal-intermedjazzjoni sabiex jiġi konkluż kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll) separat fih innifsu mit-termini li fihom finalment issir il-ġestjoni effettiva tal-assi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-protezzjoni tal-investitur hija żgurata biżżejjed mid-Direttiva MiFID I, peress li l-kumpannija ta’ ġestjoni tal-portafoll, li toffri lill-investitur it-twettiq tal-ordnijiet (f’dan il-każ) li jikkonċernaw strumenti finanzjarji partikolari, terfa’ r-responsabbiltajiet inerenti għall-pożizzjoni legali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ M. Z. Khorassani (li, madankollu, ma setax jinjora l-fatt li kien qed jinvesti permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti fil-Ġermanja), jista’ jitlob lill-kumpanniji ta’ Liechtenstein skont il-klawżoli li fih il-kuntratt tal-ġestjoni tal-portafoll tiegħu mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni. Kieku dan kien tal-Liechtenstein, il-protezzjoni legali tiegħu bħala klijent kienet tkun iggarantita, peress li d-Direttiva MiFID I tapplika fiż-Żona Ekonomika Ewropea, li l-Liechtenstein huwa parti minnha, mingħajr kunsiderazzjoni ta’ pajjiż terz għall-finijiet ta’ din id-direttiva.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Id-Direttiva MiFID II (Artikoli 39 sa 42) u r-Regolament MiFIR (Artikoli 46 sa 49), li ser jissostitwixxu d-Direttiva MiFID I mit-<DATE ISO="20180103">3 ta’ Jannar 2018</DATE>, jipprovdu sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ ditti ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jipproponu s-servizzi finanzjarji tagħhom fl-Unjoni mingħajr il-bżonn li jistabbilixxu fergħa, bil-kundizzjoni li s-sistema ta’ sorveljanza tal-Istat ta’ oriġini tagħhom tkun ikkunsidrata mill-Kummissjoni bħala ekwivalenti għal dik tal-Unjoni. Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Nru 600/2014, tal-<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="173" PAGE.FIRST="84" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 173, p. 84</REF.DOC.OJ>) u d-Direttiva 2014/65/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="173" PAGE.FIRST="349" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 173, p. 349</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Peress li l-klijent għandu l-possibbiltà ta’ litigazzjoni kontra l-kumpannija ta’ ġestjoni tal-portafoll, ma narax il-ħtieġa li tiġi estiża s-sistema tad-Direttiva MiFID I għal min kien intermedjatur biss għall-iffirmar tal-kuntratt tal-ġestjoni tal-portafoll. L-għan li tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-interessi tal-investitur, meta dawn ikunu diġà debitament issalvagwardjati minn dispożizzjonijiet oħra f’dik id-direttiva, nirrepeti, ma jeħtieġx interpretazzjoni sfurzata, f’termini legali, tal-kunċetti suġġetti għat-tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, nixtieq inżid kumment wieħed, b’mod konformi mal-osservazzjonijiet tal-Gvern Pollakk. Permezz tal-informazzjoni fid-digriet tar-rinviju ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk K. Pflanz kinitx jew le aġent marbut maż-żewġ ditti tal-investiment ta’ Liechtenstein, li għandu jiġi ċċarat mill-qrati nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Meta ġie mistoqsi fuq dan il-punt waqt is-seduta, il-Gvern Ġermaniż iddikjara li ma kellux biżżejjed informazzjoni addizzjonali dwar il-fatti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fil-każ li hija aġent marbut, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-Artikolu 23 tad-Direttiva MiFID I, li jimponi serje ta’ obbligi u kontrolli fuq il-kumpanniji finanzjarji li jaħtru aġenti marbuta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>għall-għanijiet li jippromwovu s-servizzi tad-ditta ta’ l-investiment, li jitolbu għall-kummerċ bil-ħerqa jew jirċievu ordnijiet minn għand il-klijenti jew klijenti potenzali u jittrasmettuhom, jagħtu post lil strumenti finanzjarji u jipprovdu pariri rigward dawn l-istrumenti u servizzi finanzjarji offruti mid-ditta tal-investiment<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>F’din l-ipotesi, peress li l-intermedjazzjoni biex jiġi konkluż kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll tkun attività oħra minn dawk li aġent marbut jista’ jwettaq favur il-kumpannija li tqabbdu, għandhom jiġu rrispettati wkoll ir-regoli tal-aġir għall-forniment ta’ servizzi stabbiliti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva MiFID I. B’mod partikolari, il-paragrafu 1, tiegħu, jinkludi l-obbligu li l-aġent marbut <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>jaġixxi b’mod onest, ġust u professjonali skond l-aħjar interessi tal-klijenti tiegħu u jikkonforma, b’mod partikolari, mal-prinċipji ddikjarati fil-paragrafi minn 2 sa 8<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>. Nirrepeti li hija l-qorti tar-rinviju (jew, fejn xieraq, il-qrati inferjuri) li għandha tiddeċiedi jekk fil-kawża prinċipali jistgħux jiġu applikati dawn il-kunċetti u jirriżultaw il-konsegwenzi legali neċessarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali, il-Ġermanja) kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>L-intermedjazzjoni fil-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, ma tikkostitwixxix servizz ta’ investiment fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1)(2), u tal-Anness I, Taqsima A, punt 1 tad-Direttiva 2004/39KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji.<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>