02011D0061 — MT — 17.12.2016 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-31 ta’ Jannar 2011 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali mill-Istat tal-Iżrael fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data personali (notifikata bid-dokument numru C(2011) 332) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 027 1.2.2011, p. 39) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 344 |
83 |
17.12.2016 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta’ Jannar 2011
skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali mill-Istat tal-Iżrael fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data personali
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 332)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/61/UE)
Artikolu 1
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, l-Istat tal-Iżrael huwa meqjus bħala li jipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għad-dejta personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea b’rabta mat-trasferimenti internazzjonali awtomatizzati ta’ dejta personali mill-Unjoni Ewropea jew, fejn ma jkunux awtomatizzati, ikunu suġġetti għal ipproċessar awtomatizzat ulterjuri fl-Istat tal-Iżrael.
2. L-awtorità ta’ sorveljanza kompetenti tal-Istat tal-Iżrael għall-applikazzjoni tal-istandards legali tal-protezzjoni tad-dejta hija l-“Awtorità Iżraeljana għal-Liġi, l-Informazzjoni u t-Teknoloġija (Israeli Law, Information and Technology Authority, ILITA)”, li ssir referenza għaliha fl-Anness ta’ ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni tirrigwarda biss l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta fl-Istat tal-Iżrael, kif iddefinit skont il-liġi internazzjonali, bil-ħsieb li tissodisfa l-ħtiġiet tal-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE u ma taffettwax kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet oħra li jimplimentaw dispożizzjoniet oħra ta’ dik id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu mal-ipproċessar ta’ dejta personali fl-Istati Membri.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata b’mod konformi mal-liġi internazzjonali. Hija mingħajr ħsara għall-istejtus tal-Artijiet Għoljin tal-Golan, tal-istrixxa ta’ Gaża u tax-Xatt tal-Punent, inkluża Ġersusalemm tal-Lvant, skont it-termini tal-liġi internazzjonali.
Artikolu 3
Kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 95/46/KE li twassal għas-sospensjoni jew il-projbizzjoni definittiva ta' flussi ta' dejta lejn l-Iżrael sabiex jipproteġu individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni li tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 4
1. Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi kontinwa, timmonitorja żviluppi fl-ordni ġuridiku ta' Iżrael li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament ta' din id-deċiżjoni, inklużi l-iżviluppi dwar l-aċċess għal dejta personali minn awtoritajiet pubbliċi, bl-għan li jiġi evalwat jekk l-Istat ta' Iżrael ikompli jiżgura' livell adegwat ta' protezzjoni tad-dejta personali.
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-każijiet fejn l-azzjoni tal-korpi responsabbli li jiżguraw il-konformità mal-istandard ta' protezzjoni tal-Istat tal-Iżrael tonqos milli tiżgura din il-konformità.
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinformaw lil xulxin bi kwalunkwe indikazzjoni li l-interferenzi mill-awtoritajiet pubbliċi ta' Iżrael responsabbli għas-sigurtà nazzjonali, l-infurzar tal-liġi jew interessi pubbliċi oħra mad-dritt tal-individwi għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom imorru lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju, jew li ma hemm l-ebda protezzjoni legali effettiva kontra tali interferenzi.
4. Jekk l-evidenza turi li livell adegwat ta' protezzjoni m'għadux żgurat, inkluż f'sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta' Iżrael u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi abbozz ta' miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE bil-għan li din id-Deċiżjoni tiġi rrevokata jew sospiża jew li jiġi limitat l-iskop tagħha.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament ta’ din id-Deċiżjoni u tirrapporta kwalunkwe sejbiet pertinenti lill-Kumitat imwaqqaf taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE, inkluża kull evidenza li tista’ taffettwa l-konklużjoni fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, li l-protezzjoni fl-Istat tal-Iżrael hija adegwata skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, u kwalunkwe evidenza li din id-Deċiżjoni tkun qed tiġi implimentata b’mod diskriminatorju. B’mod partikulari, għandha tissorvelja l-ipproċessar tad-dejta personali li tinsab f’bażijiet manwali tad-dejta.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtiġin sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni fi żmien 3 xhur mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Awtorità kompetenti ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 1 (2) ta’ din id-Deċiżjoni:
L-Awtorità Iżraeljana għal-Liġi, l-Informazzjoni u t-Teknoloġija
Il-Kampus tal-Gvern
Id-9 sular
125 Triq Begin
Tel Aviv
L-Iżrael
Indirizz postali:
Kaxxa Postali 7360
Tel. Aviv, 61072
Tel. + 972-3-7634050
Faks: + 972-2-6467064
L-indirizz tal-posta elettronika: ILITA@justice.gov.il
Sit fuq l-Internet: http://www.justice.gov.il/MOJEng/RashutTech/default.htm