18.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 438/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10897 – PREDICA / VAUBAN / TELEFONICA / BLUEVIA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 438/08)

1.   

Fit-3 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Predica jew Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole S.A. (“Predica”, Franza)

—

Vauban Infrastructure Partners S.C.A. (“Vauban”, Franza)

—

Telefónica, S.A. (“Telefonica”, Spanja),

—

Bluevia Fibra, S.L. (“Bluevia”, Spanja)

Predica, Vauban u Telefonica jakkwistaw kontroll bi sħab ta’ Bluevia fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Predica hija kumpanija tal-assikurazzjoni tal-ħajja u tas-saħħa u hija sussidjarja kollha kemm hi ta’ Crédit Agricole Assurances S.A;

—

Vauban hija kumpanija Ewropea tal-ġestjoni tal-assi b’enfasi fuq investimenti ta’ ekwità fl-infrastruttura fid-disinn, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, il-finanzjament u t-tħaddim ta’ assi infrastrutturali essenzjali fis-setturi tat-trasport, soċjali, diġitali u tal-utilitajiet;

—

Telefonica hija attiva fis-setturi tat-telekomunikazzjonijiet, tal-media u tad-divertiment, iffukata fuq servizzi ta’ telefonija bil-fili u bla fili, broadband, internet, traffiku tad-data, televiżjoni bi ħlas u servizzi diġitali oħra;

—

Bluevia se tħaddem u tisfrutta network FTTH f’żoni rurali u żoni oħra inqas popolati fi Spanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10897 – PREDICA / VAUBAN / TELEFONICA / BLUEVIA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-l-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.