31974L0132

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 1974 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

Official Journal L 074 , 19/03/1974 P. 0007 - 0013
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0215
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0195
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0215
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0171
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 3 P. 0171
CS.ES Chapter 13 Volume 002 P. 56 - 61
ET.ES Chapter 13 Volume 002 P. 56 - 61
HU.ES Chapter 13 Volume 002 P. 56 - 61
LT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 56 - 61
LV.ES Chapter 13 Volume 002 P. 56 - 61
MT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 56 - 61
PL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 56 - 61
SK.ES Chapter 13 Volume 002 P. 56 - 61
SL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 56 - 61

Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-11 ta’ Frar 1974

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(74/132/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/156/KEE [1] tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, kif emendata bl-Att [2] anness mat-Trattat li jirrigwarda l-Adeżjoni tal-Istati Membri ġodda mal-KEE u l-KEEA iffirmat fi Brussel fit-22 ta’ Jannar 1972, u b’mod partikolari u b’mod partikolari l-Artikoli 11, 12 u 13 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 [3] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, kif emendata bl-Att [4] anness mat-Trattat li jirrigwarda l-Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-KEE u KEEA iffirmat fi Brussel fit-22 ta’ Jannar 1972, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi ħafna inċidenti jseħħ jew minħabba l-lokkjar tar-roti tal-fus ta’ wara ta’ trakk vojt u ta’ tractiveunits għall-vetturi artikulati, jew ugwalment minħabba l-lokkjar ta’ roti ta’ karru jew semi-karru meta jiġu bbrejkjati fuq triq li ma toffrix qabda; billi f’dawn il-kondizzjonijiet distribuzzjoni tal-brejkijiet, li hija eċċellenti meta l-vettura tkun mgħobbija, jinsab li huwa kompletament mhux adatt fil-kondizzjonijiet ta’ operazzjoni meta l-vettura hija vojta u li jistgħu jirriżultaw fil-lokkjar tar-roti fuq il-fus ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur jew tar-roti tal-fusijiet ta’ karrijiet, anke għal deċelerazzjonijiet relattivament baxxi; billi l-vettura jew il-kumbinazzjoni ta’ vetturi tista’ tiskiddja jew tingħalaq fiha nnifisha (jack-knife).

Billi fid-dawl ta’ progress tekniku issa huwa possibbli li vetturi jiġu mgħammra b’mezzi li jqabbel l-isforz ta’ l-ibbrejkjar mat-tagħbija;

Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma f’konformita ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat dwar l-adatattament għall-progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ l-ostakoli tekniċi lill-kummerċ fis-settur tal-vetturi bil-mutur,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II u IX tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 huma modifikati bi qbil ma’ l-Anness mad-Direttiva preżenti.

Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1974 l-ebda Stat Membru m’għandu, għal raġunijiet li jirrelataw mal-mezzi ta’ brejkijiet:

- jirrifjuta approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar subsezzjoni, tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970, jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura bil-mutur;

- lanqas jipprojbixxi d-dħul fis-servizz tal-vetturi; jekk il-mezzi ta’ l-ibbrekjar ta’ din it-tip ta’ vettura jew ta’ dawn il-vetturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971, kif emendata l-aħħar b’din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta’ Jannar 1975 il-quddiem l-Istati Membri:

- m’għandhomx aktar jagħtu d-dokument previst fl-Artikolu 10(1), l-aħħar subsezzjoni, tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970, għal tip ta’ vettura li l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar tagħha ma jikkonformawx mad-dispożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971, kif emendata l-aħħar b’din id-Direttiva;

- jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura li l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar tagħha ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971, kif emendata l-aħħar b’din id-Direttiva.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1975, Stat Membru jista’ jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar tagħhom ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971, kif emendata l-aħħar b’din id-Direttiva.

4. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjoni meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Ġunju 1974 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fiBrussel, fil-11 ta’ Frar 1974.

Għall-Kummissjoni

Il-President

François-Xavier Ortoli

[1] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 73, 27.3.1972, pp. 115 u 157.

[3] ĠU L 202, 6.9.1971, p. 37.

[4] ĠU L 73, 27.3.1972, pp. 118, 119 u 158.

--------------------------------------------------

ANNESS

Modifikazzjonijiet ta’ l-annessi tad-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 (71/320/KEE)

ANNESS II TEST TA’ L-IBBREJKJAR U R-RENDIMENT TAL-MEZZI TA’ L-IBBREJKJAR

Punt 1.1.3.4 għandu jaqra:Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet li jinsabu fil-punt 1.1.4.2 ta’ hawn taħt, it-triq għandha tippossjedi wiċċ li joffri qabda taba.Wara l-punt 1.1.4.1 żid il-punt

1.1.4.2. L-imġieba ta’ vetturi fil-kategoriji M1, M2, M3, N1, N2, N3, O3 u O4 fuq wiċċ ta’ triq li għandha qabda mnaqqsa għandha tissodisfa l-ħtiġiet stipulati f’dan l-Appendiċi.

Appendiċi (Ara 1.1.4.2)DISTRIBUZZJONI TA’ L-ISFORZ TA’ L-IBBREJKJAR FOST IL-FUSIJIET TAL-VETTURA

1. ĦTIĠIET ĠENERALI

Vetturi tal-kategoriji M1, M2, M3, N1, N2, N3, O3 u O4 li m’humiex mgħammra b’mezz ta’ kontra l-lokkjar tar-roti għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ l-Anness preżenti.

2. NOTAMENT

i = indiċi tal-fus (i = 1, fus ta’ quddiem, i = 2, fus ta’ wara).

Pi = reazzjoni normali tal-wiċċ tat-triq fuq il-fus i taħt kondizzjonijiet statiċi.

Ni = reazzjoni normali tal-wiċċ tat-triq fuq il-fus i waqt l-ibbrejkjar.

Ti = forza eżerċitata fuq il-fus i mill-brejkijiet.

fi = Ti/Ni qabda użata mill-fus i

J = deċelerazzjoni tal-vettura

g = aċċelerazzjoni tal-gravita = 10 m/s2

z = proporzjon ta’ brejkjar tal-vettura J/g [1]

P = piż tal-vettura.

h = għoli taċ-ċentru ta’ gravita.

E = distanza bejn ir-roti.

k = koeffiċjent teoretiku ta’ qabda bejn it-tyre u t-triq.

Kurvi ta’ qabda użati mill-vettura jfisser kurvi li juru l-qabda użata mill-fus ta’ quddiem u l-fus ta’ wara mpinġijin kontra l-proporzjon ta’ brejkjar tal-vettura fuq il-kundizjonijiet ta’ tagħbija speċifikati.

3. ĦTIĠIJIET GĦAL VETTURI BIL-MUTUR

3.1. Vetturi b’żewġ fusijiet

3.1.1. [2] Taħt il-kondizzjonijiet kollha ta’ tagħbija tal-vettura l-kurva ta’ qabda għar-roti ta’ quddiem għandha tkun fuq dik għar-roti ta’ wara:

- għall-proporzjonijiet kollha ta’ ibbrejkjar ta’ bejn 0.15 u 0.8 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija M1;

- għal proporzjonijiet ta’ibbrejkjar ta’ bejn 0.15 u 0.30 fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji oħra, bl- eċċezzjoni ta’ karozzi tal-linja urbani.

B’żieda, għall-valuri k ta’ bejn 0.2 u 0.8,

+++++ TIFF +++++

3.1.2. Il-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom jintlaħqu awtomatikament..

3.1.3. Il-pressjoni fir-ras ta’ gganċjar ta’ vettura bil-mutur awtorizzata li tirmonka karru mgħammar bi brejkijiet ta’ l-arja m’għandhiex tkun affettwata mill-ħidma tal-mezzi ta’ regolament tal-pressjoni fuq il-fusijiet tal-vettura ta’ rmonk.

3.1.4. Sabiex tiġi verifikata l-ħtieġa tal-punt 3.1.1., il-manifattur għandu jipprovdi l-kurvi ta’ utilizzazzjoni ta’ qabda għall-fusijiet ta’ quddiem u ta’ wara kalkulati bil-formuli:

f1 = T1N1 = T1P1 + z hE P | f2 = T2N2 = T2P2 − z hE P |

3.1.4.1. Vetturi altru minn tractive units għal semi-karrijiet.

Il-graffijiet għandhom jitpinġew għaż-żewġ kondizzjonijiet ta’ tagħbija li ġejjin:

- mhux mgħobbijin, f’ordni ta’ ħidma u bix-xufier abbord,

- mgħobbijin. Fejn issir dispożizzjoni għal ħafna possibilitajiet ta’ distribuzzjoni tat-tagħbija, dik fejn il-fus ta’ quddiem huwa mgħobbi l-aktar huwa dak li għandu jiġi rigwardat.

Il-valuri speċifikati mill manifattur għandhom jittieħdu bħala h.

3.1.4.2. Tractive units għal semi-karrijiet.

3.1.4.2.1. Solotractive units. Il-graffijiet għandhom jitpinġu għal vettura mhux mgħobbija f’ordni ta’ ħidma bix-xufier abbord u h għandu jittieħed bħala l-valur speċifikat mill-manifattur.

3.1.4.2.2. Tractive units mgħobbijin. It-tagħbija dinamika tas-semi karru fuq it-tractive unit għandha tkun rappreżentata minn piż statiku Ps applikat lill-kingpin ta’ gganċjar, ugwali għal:

P

= P

so1 + 0,45 z

fejn Pso jirrapreżenta d-differenza bejn il-piż massimu mgħobbi tat-tractive unit u l-piż mhux tiegħu mhux mgħobbi.

għal h il-valur li ġej għandu jkun ikkonsidrat: h =

h

P

+ h

P

sP

fejn

ho huwa l-valur speċifikat fil-punt 3.1.4.2.1,

hs huwa l-għoli tal-pjan ta’ l-igganċjar li fuqu jistrieħ is-semi-karru.

Po huwa l-piż tas-solotractive unit mhux mgħobbi,

P = Po + Ps.

3.2. Vetturi b’aktar minn żewġ fusijiet

Il-ħtiġiet tal-punt 3.1 għandhom japplikaw lill-vetturi b’aktar minn żewġ fusijiet. Dawn il-ħtiġiet għandhom jiġu kkunsidrati li ntlaħqu, jekk, fil-każ ta’ proporzjonijiet ta’ibbrejkjar bejn 0.15 – 0.30, il-qabda wżata mill-fus ta’ quddiem hija akbar minn dik użata minn ta’ l-anqas wieħed mill-fusijiet ta’ wara.

4. ĦTIĠIJIET GĦAL SEMI-KARRIJIET

4.1. Il-ħtiġiet li ġejjin għandhom japplikaw lis-semi karrijiet mgħammra bi brejkijiet ta’ arja kumpressata biss.

4.2. Is-sistemi ta’ brejkijiet imwaħħla ma’ dawn is-semi-karrijiet għandhom ikunu tali li l-kurva li tirrapreżenta l-proporzjon ta’ brejkjar tal-fusijiet tas-semi karru mpinġijin kontra l-pressjoni fil-linja tas-servizz imkejjel fir-ras ta’ gganċjar fi ħdan l-erja hatched tad-dijagramma mehmuża.

4.3. Din il-ħtieġa għandha tiġi sodisfatta l-kondizzjonijiet ta’ tagħbija kollha permessibbli tal-fusijiet tas-semi-karrijiet.

5. ĦTIĠIET GĦAL KARRIJIET

5.1. Il-ħtiġiet li ġejjin għandhom japplikaw biss għall-karrijiet mgħammra bi brejkijiet ta’ l-arja. M’għandhomx japplikaw għal karrijiet b’fus wieħed u l-anqas għall-karrijiet b’żewġ fusijiet fejn il-firxa tal-fusijiet hija anqas minn 2 metri.

5.2. Il-ħtiġijiet imqiegħda fil-punt 3.1 għandhom japplikaw lill-karrijiet b’żewġ fusijiet li m’humiex esklużi bil-ħtiġijiet kontenuti f’ 5.1.

5.3. Karrijiet b’aktar minn żewġ fusijiet għandhom ikunu suġġetti għall-ħtiġiet li jinsabu fil-punt 3.2.

6. KONDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI FIL-KAŻ TA’ ĦSARA FIS-SISTEMA TA’ DISTRIBUZZJONI TAL-BREJKIJIET

Fejn il-ħtiġiet ta’ dan l-Appendiċi jiġu sodisfatti permezz ta’ xi mezz speċjali (eż, kontrollati b’mod mekkaniku mis-suspensjoni tal-vettura), għandu jkun possibbli fil-każ ta’ ħsara f’dan il-mezz jew il-unit ta’ kontroll tiegħu li titwaqqaf il-vettura taħt il-kondizzjonijiet preskritti għall-ibbrejkjar ta’ emerġenza.

7. MARKI

7.1. Vetturi, minn barra dawk tal-kategorija M1, li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ dan l-Appendiċi permezz ta’ mezz kontrollat b’mod mekkaniku mis-suspensjoni tal-vettura, għandhom ikunu mmarkati sabiex juru tal-mixi utli tal-mezz bejn il-posizzjonijiet li jikkorrispondu ma’ l-istati tal-vettura meta tkun mgħobbija jew mhux mgħobbija rispettivament.

7.2. Fejn il-ħtiġijiet ta’ dan l-Appendiċi jiġu sodisfatti permezz ta’ mezz li jitħaddem b’arja kumpressata, il-vettura għandha tkun immarkata sabiex turi l-valuri ta’ pressjoni fin-naħa ta’ l-iżbokk tal-mezz waqt brejkjar sħiħ tal-vettura taħt kondizzjonijiet sew mgħobbija u sew mhux mgħobbija.

7.3. Il-marki msemmija fil-punti 7.1 u 7.2 ta’ hawn fuq għandhom jitwaħħlu f’pożizzjoni li tidher f’mod li ma jitħassarx.

8. SPEZZJONI TAL-VETTURA

Waqt l-ittestjar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ vettura l-awtorita ta’ spezzjoni teknika għandha tivverifika l-konformità mal-ħtiġijiet li jinsabu fl-Appendiċi preżenti u twettaq xi testijiet oħra li jistgħu jiġu kkunsidrati meħtieġa għal dan il-għan. Ir-rapport dwar it-testijiet addizzjonali għandu jkun mehmuż maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

Diagramma (ara punt 4.2 ta’ l-Appendiċi)

+++++ TIFF +++++

ANNESS IX: MUDELLTA’ KOMMUNIKAZZJONI DWAR L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TA’ L-IBBREJKJAR

Wara l-punt 17, il-punti ġodda 17 (a) u 17 (a) 1 li ġejjin għandhom jiżdiedu:

17 (a) Distribuzzjoni ta’ l-ibbrejkjar fost il-fusijiet ta’ vettura.

17 (a) 1. Il-vettura tissodisfa l-ħtiġijiet li jinsabu fl-Appendiċi? (Ara punt 1.1.4.2.) … iva/le (4).

[1] Għal semi-karrijiet, z huwa l-forza ta’ brejkjar diviż bil-piż statiku fuq il-fus(ijiet) tal-karru.

[2] Il-ħtieġa għall-punt 3.1.1 m’għandhiex tkun interpretata li teħtieġ livell ta’ effiċjenza għola minn dak stabbilit fl-Anness II.