|
8.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 318/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11037 — KKCG / ROCKAWAY / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 318/08)
1.
Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KKCG, li tappartjeni għal KKCG Group (ir-Repubblika Ċeka), |
|
— |
Rockaway, li tappartjeni għal Rockaway Group ikkontrollat minn Jakub Havrlant (ir-Repubblika Ċeka), |
|
— |
RE TopCo I a.s. (“TopCo I”), ikkontrollata minn Rockaway Group (ir-Repubblika Ċeka), |
|
— |
TopCo II (Ir-Repubblika Ċeka). |
KKCG u Rockaway jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ TopCo I u TopCo II.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma fir-rigward ta’ TopCo I u permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (joint venture, JV) fir-rigward ta’ TopCo II.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
KKCG hija grupp ta’ investiment privat li jopera fi 18-il pajjiż primarjament attiva fl-oqsma li ġejjin: iż-żejt u l-gass, l-inġinerija, il-logħob u d-divertiment, it-teknoloġija, l-IT u l-proprjetà immobbli, |
|
— |
Rockaway, kumpanija azzjonista b’ishma bi sħab, hija attiva fil-kummerċ elettroniku, l-ivvjaġġar elettroniku, it-teknoloġiji finanzjarji, il-media u l-pubblikazzjoni tal-kotba, il-kapital ta’ riskju u l-investimenti fl-iżvilupp tal-proprjetà immobbli. |
|
— |
TopCo I bħalissa hija kumpanija mingħajr ebda attività kummerċjali li tiġġenera l-fatturat. Taħt il-kontroll bi sħab ta’ KKCG u Rockaway, TopCo I se tkun attiva fl-iżvilupp tal-proprjetà immobbli industrijali. L-attivitajiet tan-negozju ta’ TopCo II se jkunu l-iżvilupp tal-proprjetà immobbli residenzjali u tal-uffiċċju. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11037 — KKCG / ROCKAWAY / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).